Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-0132/2010

Testi mressqa :

O-0132/2010 (B7-0562/2010)

Dibattiti :

PV 24/11/2010 - 21
CRE 24/11/2010 - 21

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
29 ta' Settembru 2010
O-0132/2010
Mistoqsija għal tweġiba orali
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Daniel Caspary, Cristiana Muscardini, Tokia Saïfi, Georgios Papastamkos, f'isem il-Grupp PPE
Kader Arif, Bernd Lange, Gianluca Susta, f'isem il-Grupp S&D
Metin Kazak, Niccolò Rinaldi, Marielle De Sarnez, f'isem il-Grupp ALDE
Yannick Jadot, f'isem il-Grupp Verts/ALE
Helmut Scholz, f'isem il-Grupp GUE/NGL
Robert Sturdy, Syed Kamall, Jan Zahradil, f'isem il-Grupp ECR

 Suġġett: Sitwazzjoni u perspettivi ta' każijiet ta' anti-dumping
 Tweġiba 

Il-Parlament Ewropew huwa tal-istess fehma tal-Kummissjoni Ewropea li, fil-kuntest tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ internazzjonali, il-ħarsien tal-produzzjoni Ewropea kontra t-tgħawwiġ kummerċjali internazzjonali, bħad-dumping, għandu jitqies bħala komponent ta' strateġija kummerċjali miftuħa u ġusta.

Il-Kummissjoni tista' tipprovdi lill-PE b'ħarsa ġenerali u tikkumenta dwar il-każijiet attwali, u tista' tiżgura li d-deċiżjoni finali tkun ibbażata bis-sħiħ fuq elementi tekniċi u fattwali? Il-Kummissjoni kif biħsiebha tirreaġixxi għal pressjoni inadegwata minn partijiet interessati matul l-investigazzjoni b'rabta mal-istrument ta' difiża kummerċjali? Il-Kummissjoni hija konxja mill-fatt li pajjiżi terzi qed jipprovaw jinfluwenzaw lill-Istati Membri fir-rigward tal-pożizzjoni tagħhom fil-kumitat tal-anti-dumping?

Fir-rigward tar-regoli attwali tad-WTO u tal-UE, il-Kummissjoni kif tista' tiżgura li l-istrument ta' difiża kummerċjali tal-anti-dumping dejjem ikun għodda effikaċi u adegwata ta' reazzjoni għat-tgħawwiġ fis-suq, u dejjem iwieġeb għat-tħassib min-naħa tal-industrija tal-UE rigward kompetizzjoni inġusta? L-UE kif tista' tiżgura li l-aċċess għat-TDIs ikun garantit għall-SMEs, b'mod ekwu meta mqabbel mal-aċċess għal kumpaniji ikbar? X'inhu l-impatt tiegħu fuq il-kompetizzjoni fl-UE? u kif jaffettwa lill-SMEs?

Il-Kummissjoni kif biħsiebha tinvolvi lill-PE u tipprovdih b'informazzjoni sħiħa dwar l-investigazzjonijiet b'rabta mal-anti-dumping u l-anti-subsidy, fid-dawl tat-Trattat ta' Lisbona? Meta u kif biħsiebha l-Kummissjoni tressaq regolamenti xierqa f'konformità mat-Trattat u mas-setgħat ġodda mogħtija lill-PE fil-qasam tal-miżuri kummerċjali awtonomi?

L-istrument qed jintuża dejjem iktar mis-sħab kummerċjali maġġuri u minuri tagħna kontra l-esportazzjonijiet tal-UE. Il-Kummissjoni tista' tesprimi opinjoni dwar il-kwestjoni speċifika u tispjega kif biħsiebha tiffaċċja dawn l-azzjonijiet, f'każ li jmorru kontra r-regoli tad-WTO?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 1 t'Ottubru 2010Avviż legali