Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-0141/2010

Testi mressqa :

O-0141/2010 (B7-0559/2010)

Dibattiti :

PV 11/11/2010 - 5
CRE 11/11/2010 - 5

Votazzjonijiet :

OJ 11/11/2010 - 60

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
7 t'Ottubru 2010
O-0141/2010/rev.1
Mistoqsija għal tweġiba orali
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Esther Herranz García, Albert Deß, Mairead McGuinness, Giovanni La Via, Michel Dantin, Véronique Mathieu, Gabriel Mato Adrover, Herbert Dorfmann, Georgios Papastamkos, Mariya Nedelcheva, Filip Kaczmarek, Jarosław Kalinowski, Béla Glattfelder, Czesław Adam Siekierski, Rareş-Lucian Niculescu, Sergio Paolo Frances Silvestris, Elisabeth Köstinger, Milan Zver, Peter Jahr, Maria do Céu Patrão Neves, f'isem il-Grupp PPE
James Nicholson, f'isem il-Grupp ECR
Luis Manuel Capoulas Santos, Paolo De Castro, Stéphane Le Foll, Iratxe García Pérez, f'isem il-Grupp S&D

 Suġġett: Il-kriżi fis-settur tal-bhejjem tal-UE
 Tweġiba 

Il-vijabilità ta' għadd kbir ta' azjendi tal-bhejjem hija mhedda serjament miż-żieda f'daqqa ta dan l-aħħar fil-prezzijiet taċ-ċereali fl-Unjoni Ewropea, dovuta b'mod partikolari għal kundizzjonijiet klimatiċi estremi mhux previsti kif ukoll għall-ispekulazzjoni. Il-prezzijiet taċ-ċereali fid-dinja kollha laħqu l-ogħla livell f'dawn l-aħħar sentejn. Setturi bħal dak tal-laħam tal-majjal huma partikolarment esposti, bl-ispejjeż tal-għalf jirrappreżentaw sa 60 fil-mija tal-ispejjeż totali tal-produzzjoni. Il-volatilità fis-suq taċ-ċereali tista' twassal għal tfixkil kbir fis-setturi kollha tal-bhejjem u dan fi żmien meta dawn is-setturi jridu jikkonformaw ma' standards dejjem aktar stretti fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali.

Il-Kummissjoni ħabbret li se tirrilaxxa stokkijiet ta' intervent ta' ċereali fil-ġimgħat li ġejjin. X'miżuri oħra biħsiebha tieħu biex tgħin lil dawn is-setturi jlaħħqu mas-sitwazzjoni attwali? Il-Kummissjoni qiegħda tikkunsidra li ddaħħal miżuri mtejba marbuta mas-suq biex tiġi affrontata l-volatilità tal-prezzijiet?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 25 t'Ottubru 2010Avviż legali