Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-0170/2010

Testi mressqa :

O-0170/2010 (B7-0663/2010)

Dibattiti :

PV 19/01/2011 - 14
CRE 19/01/2011 - 14

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
20 t'Ottubru 2010
O-0170/2010
Mistoqsija għal tweġiba orali
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Nadja Hirsch, Renate Weber, Cecilia Wikström, Louis Michel, Sonia Alfano, Stanimir Ilchev, Nathalie Griesbeck, Jan Mulder, f'isem il-Grupp ALDE

 Suġġett: Trasmissjoni ta' informazzjoni dwar l-ispejjeż finanzjarji li jirriżultaw mill-eżami ta' talbiet ta' ażil fl-Istati Membri
 Tweġiba 

Ir-rapport tal-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/85/KE tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar l-istandards minimi għall-proċeduri għall-għoti u l-irtirar ta' stejtus ta' refuġjat fl-Istati Membri ġie ppreżentat fit-8 ta' Settembru li għadda.

Dan ir-rapport stabbilixxa l-ħtieġa ta' riformulazzjoni tad-direttiva tal-2005.

Filfatt, teżisti disparità kbira fil-proċeduri implimentati fl-Istati Membri, bil-konsegwenzi inevitabbli ta' riżulati kontrastanti ħafna f'dik li hi kwalità tal-akkoljenza għal min jitlob l-ażil.

Barra minn hekk, dan ir-rapport jenfasizza li l-"frontloading", li jikkonsiti f'titjib fil-kwalità tad-deċiżjonijiet fl-ewwel istanza, jippemetti li jitnaqqsu, tul iż-żmien, l-ispejjeż tas-sistema. B'investiment ta' sforzi fil-proċedura tal-ewwel istanza kif tipproponi r-riformulazzjoni, wieħed ikun jista' jidentifika fi stadju bikri l-persuni li jistgħu ikollhom jedd għal protezzjoni internazzjnali u dawk li ma jkollhomx. L-Istati Membri b'hekk jaraw jonqsu b'mod sinifikattiv l-ispejjeż tal-għajnuna li trid tingħata skont id-dispożizzjonijiet tad-direttiva attwali. Il-persuni li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali jkunu jistgħu ukoll jintegraw ruħhom aktar malajr fil-pajjiż ospitanti u jikkontribwixxu għall-ekonomija tiegħu.

Fil-laqgħa teknika tad-29 ta' Settembru l-Kummissjoni rrikonoxxit li ma kellhiex informazzjoni konkreta mingħand l-Istati Membri dwar l-ispejjeż finanzjarji (l-forniment ta' disponibilità ta' interpreti, assistenza legali, eċċ.) li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-direttiva tal-2005.

Huwa madankollu kruċjali li tingħata informazzjoni dwar dawn l-ispejjeż sabiex tkun tista' ssir stima affidabbli u preċiża tal-ispejjeż li r-riformulazzjoni tkun tista' tippermetti li jiġu ffrankati tul terminu mifrux ta' żmien.

Tista' l-Kummissjoni timpenja ruħa li tipprovdi studju komparattiv ta' dawn l-ispejjeż?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: FR
Aġġornata l-aħħar: 26 t'Ottubru 2010Avviż legali