Mistoqsija Parlamentari - O-0177/2010Mistoqsija Parlamentari
O-0177/2010

Trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Parlament u lill-Kummissjoni dwar il-kwestjonijiet pendenti fil-Kunsill b'rabta mad-Direttiva dwar il-Proċedura

Mistoqsija għal tweġiba orali O-0177/2010
lill-Kunsill
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Kyriacos Triantaphyllides, Cornelis de Jong, Cornelia Ernst, Marie-Christine Vergiat
f'isem il-Grupp GUE/NGL

Proċedura : 2011/2529(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0177/2010
Testi mressqa :
O-0177/2010 (B7-0002/2011)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-1 ta’ Diċembru 2005 dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat (COM(2010)0465) tressaq fit-8 ta’ Settembru.

Dan ir-rapport juri biċ-ċar id-differenzi fil-proċeduri tal-ażil bejn l-Istati Membri. Dan biss diġà jistabbilixxi l-bżonn urġenti ta’ riformulazzjoni tad-Direttiva 2005 (2005/85/KE).

Fl-istess ħin, xi Stati Membri indikaw it-tħassib tagħhom fir-rigward ta’ approċċ armonizzat. Dan wassal għal iffriżar totali tad-diskussjonijiet u n-negozjati dwar dan ir-rapport, li pperikola l-objettiv innifsu tat-twaqqif ta’ sistema komuni ta’ ażil fl-UE sal-2012.

Matul il-laqgħa teknika tad-29 ta’ Settembru, il-Kummissjoni rrikonoxxiet ukoll li ma kelliex informazzjoni sostanzjali minn għadd sinifikanti ta’ Stati Membri involuti fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005. Dan qed jimpedixxi lill-Kummissjoni milli tassisti lill-Kunsill fis-sejba ta’ soluzzjonijiet għal kwestjonijiet pendenti li qed jimblukkaw in-negozjati.

Il-Kunsill jista’ jiddeskrivi l-kwestjonijiet pendenti involuti fl-ilħiq ta' pożizzjoni komuni fir-rigward tad-Direttiva dwar il-Proċedura, inklużi l-argumenti tad-diversi Stati Membri, sabiex jitnedew mill-ġdid in-negozjati dwar dan il-fajl kruċjali tal-pakkett tal-ażil, u biex jintlaħaq l-objettiv sal-iskadenza ffissata?

Imressqa: 28.10.2010

Mgħoddija: 29.10.2010

L-iskadenza għat-tweġiba: 19.11.2010