Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000040/2011

Testi mressqa :

O-000040/2011 (B7-0211/2011)

Dibattiti :

PV 07/04/2011 - 5
CRE 07/04/2011 - 5

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
21 ta' Frar 2011
O-000040/2011
Mistoqsija għal tweġiba orali
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Erminia Mazzoni, f'isem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet

 Suġġett: Petizzjoni Nru 1565/2009 minn José Maria Pozancos (ta' nazzjonalità Spanjola) dwar l-importazzjonijiet tat-tadam fl-UE mill-Marokk
 Tweġiba 

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew sema' lmenti mill-Federazzjoni Spanjola tal-Produtturi u l-Esportaturi tal-Frott, Ħxejjex u Fjuri (FEPEX) rigward allegazzjonijiet ta' importazzjonijiet irregolari ta' tadam mill-Marokk. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) innota fir-rapport finali tiegħu CMS Nru OF/2004/015 tas-16 ta' Novembru 2007 "irregolaritajiet possibbli fl-importazzjonijiet ta' tadam mill-Marokk fi Franza".

L-OLAF jaqbel li l-oriġini ta' dawn l-irregolaritajiet hija l-applikazzjoni abbużiva tal-metodu għat-tnaqqis previst fir-Regolament (KE) Nru 3223/94, li jistabbilixxi tliet metodi differenti għall-kalkolu tal-prezz tad-dħul fl-UE. L-użu ta' dan il-metodu ta lill-operaturi l-possibilità li jevadu l-ħlas tad-dazji addizzjonali previsti mil-leġiżlazzjoni meta l-prezzijiet u l-valuri tal-importazzjoni jkunu inqas mill-prezz tad-dħul stabbilit mill-UE.

B'dan il-mod, u kif kellu l-opportunità li jinnota l-OLAF, din is-sitwazzjoni kkawżat telf ta' dħul mid-dazji għall-UE. Barra minn hekk, il-produtturi tat-tadam tal-UE saritilhom ħsara minħabba l-impatt li dawn l-importazzjonijiet kellhom fuq il-livell tal-prezzijiet tat-tadam fis-suq tal-UE.

Tista' l-Kummissjoni tispjega għalfejn ma ħadet l-ebda miżuri biex timmodifika s-sistema tal-prezz tad-dħul għat-tadam biex ittemm dawn il-prattiki abbużivi enfasizzati mill-OLAF? Il-Kummissjoni ma taħsibx li għandha tagħmel dawn il-bidliet mingħajr dewmien, meta wieħed iqis li l-kapitolu l-ġdid dwar l-agrikoltura fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Marokk jipprevedi żieda fl-importazzjonijiet tat-tadam fl-UE?

Il-Kummissjoni pprevediet miżuri biex tirkupra d-dazji mhux imħallsa?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Frar 2011Avviż legali