Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000155/2011

Testi mressqa :

O-000155/2011 (B7-0423/2011)

Dibattiti :

PV 14/09/2011 - 15
CRE 14/09/2011 - 15

Votazzjonijiet :

OJ 15/09/2011 - 140

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
20 ta' Ġunju 2011
O-000155/2011
Mistoqsija għal tweġiba orali
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Cornelis de Jong, Cornelia Ernst, Nikolaos Chountis, Søren Bo Søndergaard, Alfreds Rubiks, f'isem il-Grupp GUE/NGL

 Suġġett: Tisħiħ tal-miżuri kontra l-korruzzjoni
 Tweġiba 

Hemm sens kbir ta' urġenza, minħabba l-impatt korrużiv serju tal-korruzzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri, l-integrità ekonomika tas-swieq u l-fiduċja taċ-ċittadini fil-gvernijiet tagħhom.

1. Il-Kummissjoni taqbel li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Istati Membri tal-UE tikkostitwixxi tħassib ewlieni? Bi qbil ma' dan, il-Kummissjoni taqbel li din l-urġenza tirrikjedi adozzjoni ħafna iktar mgħaġġla tal-ewwel Rapport tal-UE kontra l-Korruzzjoni, li għandu għalhekk jiġi adottat fl-2012 minflok fl-2013?

2. Il-komunikazzjoni tgħid b'mod ċar li hemm nuqqas ta' rieda politika fost l-Istati Membri li jiġġieldu l-korruzzjoni. Hemm saħansitra xi Stati Membri tal-UE li ma ffirmawx il-Konvenzjoni tal-UE kontra l-Korruzzjoni u strumenti internazzjonali legalment vinkolanti oħra kontra l-korruzzjoni. Il-Kummissjoni lesta tikkonforma mal-abbozz tal-konklużjonijiet tal-Kunsill fejn ġiet espressa r-rieda politika li l-korruzzjoni tiġi miġġielda bħala prijorità ewlenija għall-Kunsill, u fejn l-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan tħeġġu jirratifikaw l-istrumenti internazzjonali li ma ffirmawx?

3. Hemm xi Stati Membri tal-UE bi problemi urġenti, bħall-Greċja, il-Portugall u l-Irlanda, li, partikolarment meta jitqies l-appoġġ finanzjarju tal-FMI u tal-UE, sfaw taħt pressjoni qawwija biex inaqqsu l-ispejjeż u jipprivatizzaw il-beni u s-servizzi pubbliċi. Il-korruzzjoni matul dawn il-proċessi żgur mhux se tgħin biex jittaffew il-problemi, u għandha tiġi ffaċċjata. L-intenzjoni tal-Kummissjoni li terġa' tqajjem in-netwerk ta' punti ta' kuntatt tal-UE kontra l-korruzzjoni (EACN) hija ħaġa pożittiva. Il-Kummissjoni taqbel li dan in-netwerk jista' jkollu rwol fundamentali biex jgħin lil pajjiżi li qed jiffaċċjaw sfidi serji fir-rigward tal-korruzzjoni? Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tan-netwerk, lesta tistabbilixxi 'flying squads' għal pajjiżi bħall-Greċja li qed jiffaċċjaw kriżijiet ta' dejn serji u li għandhom problemi ta' ġbir ta' taxxi?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ġunju 2011Avviż legali