Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000006/2012

Testi mressqa :

O-000006/2012 (B7-0030/2012)

Dibattiti :

PV 15/02/2012 - 17
CRE 15/02/2012 - 17

Votazzjonijiet :

OJ 16/02/2012 - 76

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
13 ta' Jannar 2012
O-000006/2012
Mistoqsija għal tweġiba orali
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Erminia Mazzoni, f'isem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet

 Suġġett: L-aċċess ta' persuni għomja għall-kotba
 Tweġiba 

Sabiex tiġi indirizzata l-problema ta' aċċess ta' persuni għomja u b'diżabilitajiet li ma jippermettulhomx jaqraw kitba stampata għall-kotba u prodotti stampati oħrajn, l-Unjoni Dinjija tal-Għomja u l-Unjoni Ewropea tal-Għomja pproponew trattat li jorbot internazzjonalment fl-Organizzazzjoni tal-Proprjetà Intellettwali Dinjija (WIPO) biex tiġi stabbilita eċċezzjoni mmirata għad-dritt tal-awtur. Il-Kummissjoni u l-Kunsill, min-naħa l-oħra, qed jipproponu ftehimiet tal-partijiet interessati fl-UE u rakkomandazzjoni volontarja fil-WIPO. Il-komunità Ewropea tal-għomja qed tqis lit-tnejn li huma bħala totalment insuffiċjenti.

1. Filwaqt li l-UE tappoġġa t-trattati li jorbtu tal-WIPO għar-raġunijiet l-oħra kollha, il-Kummissjoni kif biħsiebha tiġġustifika l-proposta li jkun hemm standard aktar baxx ta' protezzjoni legali globali għal persuni b'diżabilità?

2. Il-Kummissjoni qiegħda tqis li l-azzjonijiet tagħha fir-rigward tat-trattat tal-WIPO jwieġbu għal kollox għax-xewqat tal-Parlament Ewropew kif espressi fir-rapport tiegħu "Il-ksib tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi", li jitlob għal trattat li jorbot legalment fil-WIPO?

3. Il-Kummissjoni qiegħda tqis l-oppożizzjoni tagħha għat-trattat tal-WIPO bħala konsistenti mal-istrateġija 2010-2020 tagħha stess għal persuni b'diżabilità, li tfittex b'mod speċifiku li tneħħi l-ostakli għall-inklużjoni u toħloq kultura ta' opportunitajiet ugwali?

4. Il-Kummissjoni qiegħda tqis, f'dan ir-rigward, li l-liġi tal-UE u dik internazzjonali attwali qegħdin f'armonija mal-objettivi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet, u b'mod partikolari l-Artikoli 21 u 30 tagħha, u mal-obbligi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li t-tnejn li huma għandhom l-għan li jevitaw id-diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilitajiet?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Jannar 2012Avviż legali