Il-pjan ta' azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea kontra t-terrorizmu
Rapport dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar il-pjan ta' azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea kontra t-terrorizmu [2004/2214(INI)] - Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Rapporteur: Rosa Díez González (A6-0164/2005)
Attakki terroristiċi: prevenzjoni, preparazzjoni u reazzjoni
Rapport dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attakki terroristiċi: prevenzjoni, preparazzjoni u reazzjoni [2005/2043(INI)] - Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Rapporteur: Jaime Mayor Oreja (A6-0166/2005)
Protezzjoni ta' l-infrastruttura vitali fil-qafas tal-ġlieda kontra t-terrorizmu
Rapport dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' l-infrastruttura vitali fil-qafas tal-ġlieda kontra t-terrorizmu [2005/2044(INI)] - Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Rapporteur: Stavros Lambrinidis (A6-0161/2005)
Il-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terrorizmu
Rapport dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terrorizmu [2005/2065(INI)] - Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Rapporteur: Mario Borghezio (A6-0159/2005)
Skambju ta' informazzjoni u ta' 'intelligence' b'mod partikulari fir-rigward ta' reati serji inklużi atti terroristiċi *
Rapport dwar l-inizjattiva mir-Renju ta' l-Iżvezja bil-ħsieb li tiġi adottata Deċiżjoni-Qafas tal-Kunsill dwar l-issimplifikar ta' l-iskambju ta' informazzjoni u ta' 'intelligence' bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari fir-rigward ta' reati serji inklużi atti terroristiċi [10215/2004 - C6-0153/2004 - 2004/0812(CNS)] - Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Rapporteur: Antoine Duquesne (A6-0162/2005)
Skambju ta' informazzjoni u koperazzjoni fir-rigward ta' reati terroristiċi *
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iskambju ta' informazzjoni u koperazzjoni fir-rigward ta' reati terroristiċi [15599/2004 – C6-0007/2004 – 2004/0069(CNS)] - Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Rapporteur: Antoine Duquesne (A6-0160/2005)
Skambju ta' informazzjoni u koperazzjoni fir-rigward ta' reati terroristiċi
Rapport dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iskambju ta' informazzjoni u koperazzjoni fir-rigward ta' reati terroristiċi [2005/2046(INI)] - Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Rapporteur: Antoine Duquesne (A6-0165/2005)
Prevenzjoni, investigazzjoni, tkixxif u prosekuzzjoni ta' reati u offiżi kriminali li jinkludu t-terroriżmu *
Rapport dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, l-Iżvezja u r-Renju Unit bil-ħsieb li jiġi adottat mill-Kunsill abbozz ta' Deċiżjoni Qafas dwar iż-żamma ta' 'data' pproċessata u maħżuna li hija marbuta mal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku jew ta' 'data' trażmessa fuq netwerks ta' komunikazzjoni pubblika għall-għan tal-prevenzjoni, ta' l-investigazzjoni, tat-tkixxif u tal-prosekuzzjoni ta' reati u offiżi kriminali li jinkludu t-terroriżmu [8958/2004 - C6-0198/2004 - 2004/0813(CNS)] - Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Rapporteur: Alexander Nuno Alvaro (A6-0174/2005)
Bijoterroriżmu
Mistoqsija orali magħmula minn Karl-Heinz Florenz, f'isem il- Kumitat ENVI, lill-Kunsill: Il-kapaċitajiet ta' l-Unjoni Ewropea li twieġeb għat-theddid mill-bijoterroriżmu għas-saħħa pubblika (B6-0243/2005)
Mistoqsija orali magħmula minn Karl-Heinz Florenz, f'isem il- Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Il-kapaċitajiet ta' l-Unjoni Ewropea li twieġeb għat-theddid mill-bijoterroriżmu għas-saħħa pubblika (B6-0244/2005)
Rosa Díez González ippreżentat ir-rapport (A6-0164/2005).
Jaime Mayor Oreja ippreżenta r-rapport (A6-0166/2005).
Alexander Nuno Alvaro ippreżenta r-rapport (A6-0174/2005).
Karl-Heinz Florenz għamel il-mistoqsijiet orali (B6-0243/2005 u B6-0244/2005).
Tkellem Franco Frattini (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Jaime Mayor Oreja (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET) (A6-0164/2005), István Szent-Iványi (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET) (A6-0160/2005), Antonio López-Istúriz White (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI) (A6-0160/2005), u Angelika Niebler (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE) (A6-0174/2005).
IPPRESIEDA Gérard ONESTA Viċi President
Tkellmu: Manuel Medina Ortega (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI) (A6-0174/2005), Agustín Díaz de Mera García Consuegra f'isem il-grupp PPE-DE, Martine Roure f'isem il-grupp PSE, Ignasi Guardans Cambó f'isem il-grupp ALDE, Johannes Voggenhuber f'isem il-grupp Verts/ALE, Giusto Catania f'isem il-grupp GUE/NGL, James Hugh Allister Membru mhux affiljat, Frederika Brepoels, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Sarah Ludford, Kathalijne Maria Buitenweg, Kyriacos Triantaphyllides, Georgios Karatzaferis, Frank Vanhecke, Panayiotis Demetriou, Edith Mastenbroek, Sophia in 't Veld, Hélène Flautre, Sylvia-Yvonne Kaufmann u Carlos Coelho.
IPPRESIEDA Ingo FRIEDRICH Viċi President
Tkellmu: Genowefa Grabowska, Anneli Jäätteenmäki, Athanasios Pafilis, Ioannis Varvitsiotis, Erika Mann, Alexander Stubb, Marek Maciej Siwiec, Timothy Kirkhope, Nikolaos Sifunakis, Charlotte Cederschiöld, Proinsias De Rossa, Piia-Noora Kauppi, Lasse Lehtinen, John Bowis, Luís Queiró, Geoffrey Van Orden, Herbert Reul, Nicolas Schmit (President tal-Kunsill fil-karika) et Franco Frattini.