Rapport dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III - Kummissjoni (C6-0287/2007 – 2007/2019(BUD)) u Ittra ta' emenda Nru 1/2008 (13659/2007 - C6-0341/2007) għall-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 – Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Kyösti Virrankoski (A6-0397/2007)
Rapport dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 Taqsima I - Parlament Ewropew Taqsima II – Kunsill Taqsima IV - Qorti tal-Ġustizzja Taqsima V - Qorti ta' l-Awdituri Taqsima VI - Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Taqsima VII - Kumitat tar-Reġjuni Taqsima VIII - Ombudsman Ewropew Taqsima IX - Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data [C6-0288/2007 – 2007/2019B(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Ville Itälä (A6-0394/2007)
Il-President għamel id-dikjarazzjoni li ġejja: «Qabel ma nistieden lis-Sinjura Kummissarju Dalia Grybauskaitė biex titkellem, nixtieq ngħid kemm stagħġibt meta nnutajt li xi Kummissarji oħra li tlabna jiġu huma assenti. Hemm diversi ġustifikazzjonijiet. Jista' jkun li l-istediniet tagħna ntbagħtu ftit tard. Huwa possibbli u jien se niżgura ruħi dwar x'ġara.
Madankollu nixtieq infakkar lill-Kummissjoni li, minħabba ftehima interistituzzjonali, hi marbuta biex tkun preżenti waqt is-sessjonijiet parzjali tal-Parlament Ewropew. Jien se neżamina din il-kwistjoni aktar fil-fond, u nistenna li l-Kummissjoni, u bl-istess mod il-Parlament naturalement, tirrispetta l-impenji li ħadet fil-ftehima interistituzzjonali.
Nixtieq nitlob lis-Sinjura Kummissarju Dalia Grybauskaitė hawnhekk preżenti biex tgħaddi dan li ntqal lill-Kummissjoni. Barra minn hekk jien diġa tkellimt dwar dan is-suġġett fil-kuntest tal-Konferenza tal-Presidenti. Madankollu ma nixtieqx titfa' akkużi unilaterali, imma se neżamina l-kwistjoni.»
Ville Itälä u Kyösti Virrankoski ippreżentaw ir-rapporti.
Tkellmu: Richard James Ashworth f'isem il-grupp PPE-DE, Catherine Guy-Quint f'isem il-grupp PSE, Anne E. Jensen f'isem il-grupp ALDE, Wiesław Stefan Kuc f'isem il-grupp UEN, Helga Trüpel f'isem il-grupp Verts/ALE, Esko Seppänen f'isem il-grupp GUE/NGL, Nils Lundgren f'isem il-grupp IND/DEM, u Hans-Peter Martin Membru mhux affiljat.
Tkellem Dalia Grybauskaitė (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Michael Gahler (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET) u Ralf Walter (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE).
IPPRESIEDA Manuel António dos SANTOS Viċi-President
Tkellmu: Peter Šťastný (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Salvador Garriga Polledo (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT), Cristobal Montoro Romero (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Gabriele Stauner (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Jutta Haug (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Angelika Niebler (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Luisa Fernanda Rudi Ubeda (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Wojciech Roszkowski (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Jan Mulder (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Emanuel Jardim Fernandes (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PECH), Helga Trüpel (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Gérard Deprez (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE), Rihards Pīks (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO), Christa Prets (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Luciana Sbarbati (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PETI), László Surján, Jutta Haug, Gérard Deprez, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Gérard Onesta, Pedro Guerreiro, Jean-Claude Martinez, Sergej Kozlík, Ingeborg Gräßle, Vladimír Maňka, Nathalie Griesbeck, Seán Ó Neachtain, Margrete Auken, Adamos Adamou u Janusz Lewandowski.
IPPRESIEDA Adam BIELAN Viċi-President
Tkellmu: Louis Grech, István Szent-Iványi, Konrad Szymański, Satu Hassi, James Elles, Joan Calabuig Rull, Samuli Pohjamo, Simon Busuttil, Göran Färm, Hannu Takkula, Monica Maria Iacob-Ridzi, Marusya Ivanova Lyubcheva, Margarita Starkevičiūtė, Rolf Berend, Thijs Berman, Christofer Fjellner, Katerina Batzeli u Reimer Böge (Chairman tal-Kumitat BUDG).