Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2325(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

A6-0504/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/12/2008 - 6.2
PV 18/12/2008 - 6.6
CRE 18/12/2008 - 6.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0618

Minuti
Il-Ħamis, 18 ta' Diċembru 2008 - StrasburguVerżjoni finali

6.6. Abbozz tal-baġit ġenerali 2009, kif modifikat mill-Kunsill (taqsimiet kollha) (votazzjoni)
CRE

Abbozzi ta' emendi għall-abbozz ta' baġit ġenerali, kif modifikat mill-Kunsill.

(Maġġoranza kwalifikata)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)

L-emendi adottati jidhru fl-Anness fit-«Testi Adottati»

Éric Woerth (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni li ġejja:

«Il-votazzjoni tagħkom dwar it-tieni qari tal-Abbozz ta' Baġit hija l-aħħar pass ta' proċedura karatterizzata minn koperazzjoni ta' kwalità għolja ħafna bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja u mal-Kummissjoni. Nixtieq nirringrazzja ħafna lil dawk kollha li ħadu sehem, b'mod speċifiku liċ-Chairperson tal-Kumitat għall-Baġits, Reimer Böge, lir-rapporteurs, Jutta Haug u Janusz Lewandowski, u anke lill-Kummissarju Dalia Grybauskaité.

Flimkien, waqt il-laqgħa ta' kollaborazzjoni tagħna tal-21 ta' Novembru li għadda, iddefinixxejna baġit għall-2009 ekwilibrat, li jassigura finanzjament meqjus tajjeb għall-politiki tal-Unjoni Ewropea, dejjem waqt li jiġu ppreservati l-interessi tal-Ewropej li jħallsu t-taxxi. Flimkien, wasalna għall-modalitajiet ta' finanzjament tal-istrument tal-ikel, biex b'hekk tajna rispons għad-dmir tagħna ta' solidarjetà fir-rigward ta' dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u, flimkien, fassalna miżuri konkreti li jippermettu li noħorġu mis-sitwazzjoni ta' impass dwar il-politika ta' koeżjoni u li nniedu finalment il-programmi għall-perjodu 2007-2013.

L-importanza ta' din l-inizjattiva ġiet enfasizzata mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern waqt il-Kunsill Ewropew, u tikkostitwixxi aspett ewlieni tar-reazzjoni Ewropea għall-kriżi ekonomika li għandna malajr inkomplu l-ħidmiet tagħna fuqha. Il-vot tagħkom jassigura l-konkretizzazzjoni sħiħa tar-riżultati tal- kollaborazzjoni u, bi qbil mal-proċedura stabbilita mit-Trattat, nista' għalhekk nikkonferma li l-Kunsill aċċetta r-rata minima ta' żieda li tirriżulta mit-tieni qari tagħkom.»

Il-President ħa nota ta' dan u għamel id-dikjazzjoni li ġejja:

«Niddikjara li l-proċedura baġitarja tlestiet bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u tal-Ftehima Interistuzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006. Barra minn hekk, niddikjara li, bi qbil mal-punt 13 tal-ftehima interistituzzjonali imsemmija, il-Kunsill u l-Parlament jaqblu li tiġi aċċettata r-rata massima ta' żieda fl-infiq mhux obbligatorju li rriżulta mit-tieni qari tal-Parlament. Għaldaqstant il-proċedura baġitarja tista' tiġi ddikjarata li tlestiet u tista' tiġi adottata b'mod definittiv».

Il-President stieden lil Éric Woerth, Dalia Grybauskaitė (Membru tal-Kummissjoni), Reimer Böge (Chairman tal-Kumitat BUDG), kif ukoll lir-rapporteurs Jutta Haug u Janusz Lewandowski biex jingħaqdu miegħu.

Il-President, Éric Woerth u Dalia Grybauskaitė pproċedew biex iffirmaw il-modifika tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja (rapporti Jo Leinen A6-0509/2008 u Böge A6-0504/2008).

Il-President u Éric Woerth ipproċedew biex iffirmaw id-deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-fondi ta' solidarjetà tal-unjoni Ewropea (rapport Böge A6-0474/2008), kif ukoll id-deċiżjoni ta' mobilizzazzjoni tal-istrument ta' flessibilità (rapport Böge A6-0493/2008).

Il-President ipproċeda biex iffirma l-baġit.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Frar 2009Avviż legali