Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 10 ta' Marzu 2009 - StrasburguVerżjoni finali

8.12. Emissjonijiet industrijali (prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis) (tfassil mill-ġdid) ***I (votazzjoni)
CRE

Rapport dwar il-proposta ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) [COM(2007)0844 - C6-0002/2008 - 2007/0286(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Holger Krahmer (A6-0046/2009)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 12)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni bl-emendi (P6_TA(2009)0093)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P6_TA(2009)0093)

Interventi

Graham Watson f'isem il-Grupp ALDE, staqsa dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 80a tar-Regoli ta' Proċedura fir-Rapporti Holger Krahmer (A6-0046/2009) u Michael Cashman (A6-0077/2009) u talab għall-aġġornament tal-votazzjoni dwar l-ewwel rapport għal ħin tal-votazzjoni ta' għada.

Dwar it-talba għall-aġġornament tal-votazzjoni u dwar ir-reċevibilitá tal-emendi intervjenew Guido Sacconi f'isem il-Grupp PSE, Caroline Jackson f'isem il-Grupp PPE-DE, u Holger Krahmer (rapporteur).

Il-Parlament ċaħad t-talba permezz ta' VE (301 favur, 311 kontra, 28 astensjonijiet).

Tkellmu: wkoll Avril Doyle, Monica Frassoni u Anders Wijkman dwar il-proċedura ta' “tfassil mill-ġdid” stipulata fl-Artikolu 80 a tar-Regoli ta' Proċedura (Il-President ħabbar li l-President tal-Parlament għada se jagħmel dikjarazzjoni dwar dan is-suġġett ) kif ukoll Christopher Heaton-Harris, Holger Krahmer u Chris Davies.

Aġġornata l-aħħar: 7 t'April 2009Avviż legali