Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Konklużjonijiet tas-Samit tal-G20
Petr Nečas (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel dikjarazzjoni.
PRESIDENT: Gérard ONESTA Viċi President
Tkellmet Pervenche Berès, dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu.
Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.
Tkellmu: Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE-DE, Poul Nyrup Rasmussen f'isem il-Grupp PSE, Margarita Starkevičiūtė f'isem il-Grupp ALDE, Roberts Zīle f'isem il-Grupp UEN, Caroline Lucas f'isem il-Grupp Verts/ALE, Francis Wurtz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jana Bobošíková Membru mhux affiljata, Othmar Karas, Elisa Ferreira, Rebecca Harms, Hans-Peter Martin, Jean-Paul Gauzès, Pervenche Berès u Antolín Sánchez Presedo.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Danutė Budreikaitė u Bart Staes.
Tkellmu: Petr Nečas u Olli Rehn.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Cristiana Muscardini, Guntars Krasts u Roberta Angelilli f'isem il-Grupp UEN, dwar is-Samit tal-G20 tat-2 ta' April 2009 (B6-0185/2009),
- Daniel Cohn-Bendit, Monica Frassoni u Pierre Jonckheer f'isem il-Grupp Verts/ALE, fis-Samit tal-G20 ta’ Londra tat-2 ta' April 2009 (B6-0186/2009),
- Gunnar Hökmark f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar ir-riżultat tal-laqgħa tal-G20 li saret f’Londra fit-2 ta’ April 2009 (B6-0187/2009),
- Graham Watson, Wolf Klinz u Margarita Starkevičiūtė f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-Samit tal-G20 ta' Londra tat-2 ta' April 2009 (B6-0188/2009),
- Martin Schulz, Harlem Désir, Robert Goebbels, Pervenche Berès u Elisa Ferreira f'isem il-Grupp PSE, dwar il-konklużjonijiet tas-Samit tal-G20 (B6-0189/2009),
- Francis Wurtz u Sahra Wagenknecht f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-konklużjonijiet tas-Samit tal-G20 (B6-0190/2009).