Mistoqsija bi tweġiba orali O-0079/2009 mressqa minn Sophia in 't Veld, Jeanine Hennis-Plasschaert, Leonidas Donskis, Gianni Vattimo, Sarah Ludford, Ulrike Lunacek, Raül Romeva i Rueda, Jean Lambert u Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kunsill: Il-Liġi tal-Litwanja għall-Protezzjoni tal-Minuri kontra l-Effett Detrimentali tal-Informazzjoni Pubblika (B7-0201/2009)
Mistoqsija bi tweġiba orali O-0080/2009 mressqa minn Sophia in 't Veld, Jeanine Hennis-Plasschaert, Leonidas Donskis, Gianni Vattimo, Sarah Ludford, Ulrike Lunacek, Raül Romeva i Rueda, Jean Lambert u Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Il-Liġi tal-Litwanja għall-Protezzjoni tal-Minuri kontra l-Effett Detrimentali tal-Informazzjoni Pubblika (B7-0202/2009)
Mistoqsija bi tweġiba orali O-0081/2009 mressqa minn Rui Tavares, Cornelia Ernst, Cornelis de Jong, Marie-Christine Vergiat, Willy Meyer u Kyriacos Triantaphyllides f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kunsill: Il-Liġi tal-Litwanja għall-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effett Negattiv tal-Informazzjoni Pubblika (B7-0204/2009)
Mistoqsija bi tweġiba orali O-0082/2009 mressqa minn Rui Tavares, Cornelia Ernst, Cornelis de Jong, Marie-Christine Vergiat, Willy Meyer u Kyriacos Triantaphyllides f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Il-Liġi tal-Litwanja għall-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effett Negattiv tal-Informazzjoni Pubblika (B7-0205/2009)
Mistoqsija bi tweġiba orali O-0083/2009 mressqa minn Michael Cashman, Claude Moraes u Emine Bozkurt f'isem il-Grupp S-D, lill-Kunsill: Il-Liġi tal-Litwanja għall-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effetti Negattivi tal-Informazzjoni Pubblika (B7-0206/2009)
Mistoqsija bi tweġiba orali O-0084/2009 mressqa minn Michael Cashman, Claude Moraes u Emine Bozkurt f'isem il-Grupp S-D, lill-Kummissjoni: Il-Liġi tal-Litwanja għall-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effetti Negattivi tal-Informazzjoni Pubblika (B7-0207/2009)
Sophia in 't Veld, Ulrike Lunacek, Rui Tavares u Michael Cashman għamlu l-mistoqsijiet bi tweġiba orali.
Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsijiet B7-0202/2009, B7-0205/2009 u B7-0207/2009.
Tkellmu: Vytautas Landsbergis f'isem il-Grupp PPE, Claude Moraes f'isem il-Grupp S-D, Leonidas Donskis f'isem il-Grupp ALDE, Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, Konrad Szymański f'isem il-Grupp ECR, Eva-Britt Svensson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Véronique Mathieu, Vilija Blinkevičiūtė u Emine Bozkurt.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Miroslav Mikolášik, Justas Vincas Paleckis, Cecilia Wikström u Anna Záborská.
Tkellmu: Cecilia Malmström u Jacques Barrot.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Sophia in 't Veld, Jeanine Hennis-Plasschaert, Leonidas Donskis, Gianni Vattimo u Sarah Ludford f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-Liġi Litwana dwar il-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effetti Negattivi tal-Informazzjoni Pubblika (B7-0026/2009);
- Véronique Mathieu u Vytautas Landsbergis f'isem il-Grupp PPE, dwar il-Liġi Litwana dwar il-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effetti Negattivi tal-Informazzjoni Pubblika (B7-0027/2009);
- Claude Moraes, Michael Cashman u Monika Flašíková Beňová f'isem il-Grupp S-D, dwar il-Liġi Litwana dwar il-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effetti Negattivi tal-Informazzjoni Pubblika (B7-0029/2009);
- Ulrike Lunacek, Raül Romeva i Rueda, Jean Lambert u Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-Liġi Litwana dwar il-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effetti Negattivi tal-Informazzjoni Pubblika (B7-0030/2009);
- Rui Tavares, Cornelia Ernst, Kyriacos Triantaphyllides, Marie-Christine Vergiat, Thomas Händel u Sabine Lösing f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-Liġi Litwana dwar il-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effetti Negattivi tal-Informazzjoni Pubblika (B7-0031/2009).