Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0195(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0137/2010

Testi mressqa :

A7-0137/2010

Dibattiti :

PV 15/06/2010 - 4
CRE 15/06/2010 - 4

Votazzjonijiet :

PV 16/06/2010 - 8.10
CRE 16/06/2010 - 8.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0221

Minuti
L-Erbgħa, 16 ta' Ġunju 2010 - StrasburguVerżjoni finali

8.10. L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq ***I (votazzjoni)
CRE

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/15/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq [COM(2008)0650 - C6-0354/2008- 2008/0195(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Edit Bauer (A7-0137/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Miċħuda

Wara li l-Parlament fil-bidu tal-votazzjoni adotta l-emendi 1 u 29 li jiċħdu l-proposta tal-Kummissjoni, Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) indika li l-Kummissjoni se teżamina għażliet differenti fosthom dik li eventwalment tirtira l-proposta tagħha

Il-President iddikjara li t-test se jkun irreferut lura lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 56(1) tar-Regoli ta' Proċedura.

Tkellmu: Pervenche Berès, li qalet li tqis inutli li t-test ikun irreferut lura lill-kumitat responsabbli jekk il-Kummissjoni tikkonferma l-irtirar tal-proposta tagħha, Štefan Füle, ippreċiża li l-irtirar imsemmi bħalissa huwa waħda mid-diversi għażliet possibbli, Pervenche Berès, li għalhekk talbet li l-Assemblea tesprimi ruħha dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva, li huwa pjuttost favur iċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni, Edit Bauer (rapporteur) u Giles Chichester, li t-tnejn opponew din it-talba, u Emilie Turunen, li appoġġaha.

Il-Parlament approva t-talba permezz tal-VE (337 favur, 329 kontra, 9 abstentions).

Tkellem Hannes Swoboda.

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P7_TA(2010)0221)

Il-President iddikjara l-proċedura magħluqa skont l-Artikolu 56(2) tar-Regoli ta' Proċedura. .

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Lulju 2010Avviż legali