Günther Oettinger (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Marc Tarabella, Silvia-Adriana Ţicău u Franz Obermayr.
Mistoqsija 25 (Silvia-Adriana Ţicău): Il-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam tal-enerġija (H-0417/10).
Günther Oettinger wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsija supplementari ta' Silvia-Adriana Ţicău.
Günther Oettinger wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Takis Hadjigeorgiou, sostitut għall-awtur, Anni Podimata u Georgios Papanikolaou.
Günther Oettinger wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsija supplementari ta' Salvatore Iacolino, Paul Rübig u Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė.
Mistoqsija 33 (Ioannis A. Tsoukalas): Il-ħtieġa tar-ristrutturazzjoni radikali tal-qafas Ewropew tal-finanzjament tar-riċerka (H-0401/10).
Máire Geoghegan-Quinn (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Ioannis A. Tsoukalas, Paul Rübig u Silvia-Adriana Ţicău.
Mistoqsija 34 (Georgios Papanikolaou): Evalwazzjoni tal-funzjonament tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (H-0407/10).
Máire Geoghegan-Quinn wieġbet il-mistoqsija kif ukoll mistoqsija supplementari ta' Georgios Papanikolaou.
Mistoqsija 35 (Pat the Cope Gallagher): Is-sehem tal-SMEs fil-programmi ta' riċerka tal-UE (H-0409/10).
Máire Geoghegan-Quinn wieġbet il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Pat the Cope Gallagher, Brian Crowley u Seán Kelly.
Mistoqsija 42 (Bernd Posselt): Strateġija tad-Danubju u Ewroreġjuni (H-0400/10).
Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsija supplementari ta' Bernd Posselt.
Mistoqsija 43 (Brian Crowley): Applikazzjoni tal-Gvern Irlandiż għal għajnuna fir-rigward ta' ħsarat ikkawżati mill-għargħar (H-0412/10).
Johannes Hahn wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Brian Crowley, Seán Kelly u Pat the Cope Gallagher.
Mistoqsija 44 (Richard Howitt): Interruzzjonijiet fl-għoti ta' fondi lill-gruppi li jiddependu mill-fondi reġjonali tal-UE.
Johannes Hahn wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsija supplementari ta' Richard Howitt.