Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0122/2010) imressqa minn Jo Leinen, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: L-implikazzjonijiet għall-UE tat-tixrid taż-żejt fil-każ Deepwater Horizon: azzjoni dwar l-estrazzjoni taż-żejt u l-esplorazzjoni għaż-żejt fl-Ewropa (B7-0470/2010)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0123/2010) imressqa minn Jo Leinen, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: L-implikazzjonijiet għall-UE tat-tixrid taż-żejt fil-każ Deepwater Horizon: azzjoni dwar l-estrazzjoni taż-żejt u l-esplorazzjoni għaż-żejt fl-Ewropa (B7-0551/2010)
Jo Leinen żviluppa l-mistoqsijiet bi tweġiba orali.
Tkellmu: Richard Seeber f'isem il-Grupp PPE, Zigmantas Balčytis f'isem il-Grupp S&D, Corinne Lepage f'isem il-Grupp ALDE, Bart Staes f'isem il-Grupp Verts/ALE, Struan Stevenson f'isem il-Grupp ECR, Niki Tzavela f'isem il-Grupp EFD, u Nick Griffin, Membru mhux affiljat.
PRESIDENZA: Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU Viċi President
Tkellmu: Herbert Reul, Pavel Poc, Gerben-Jan Gerbrandy, Bas Eickhout, Konrad Szymański, Bogusław Sonik, George Lyon, Zbigniew Ziobro, Catherine Soullie, Mirosław Piotrowski, János Áder, Romana Jordan Cizelj, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Jolanta Emilia Hibner, Gaston Franco, Seán Kelly u Maria Da Graça Carvalho.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Diana Wallis, Giovanni Collino, dwar suġġett ieħor, Kriton Arsenis, João Ferreira, Andreas Mölzer, Kyriakos Mavronikolas, Sonia Alfano, Andrew Henry William Brons u Angelika Werthmann.
Tkellmu: Günther Oettinger u Olivier Chastel.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Jo Leinen, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar azzjoni tal-UE fil-qasam tat-tfittxija għaż-żejt u l-estrazzjoni taż-żejt fl-Ewropa (B7-0540/2010)