Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2290(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0369/2010

Testi mressqa :

A7-0369/2010

Dibattiti :

PV 14/12/2010 - 14
CRE 14/12/2010 - 14

Votazzjonijiet :

PV 15/12/2010 - 7.3
CRE 15/12/2010 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0475

Minuti
L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru 2010 - Strasburgu

7.3. Il-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz ta' Baġit ġdid 2011 kif modifikat mill-Kunsill (votazzjoni)
Rapporti Verbatim

Rapport dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, taqsimiet kollha, kif modifikat mill-Kunsill [17635/2010 - C7-0411/2010- 2010/2290(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Korapporteurs: Sidonia Elżbieta Jędrzejewska u Helga Trüpel (A7-0369/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2010)0475)

Interventi

Qabel il-votazzjoni

Sidonia Elżbieta Jędrzejewska (rapporteur).

Wara l-votazzjoni

Olivier Chastel (President fil-kariga tal-Kunsill) li kkostata li l-Parlament approva l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit 2011 mingħajr emendi, u feraħ b'dan ir-riżultat.

Il-President għamel din id-dikjarazzjoni:

“Għall-ewwel darba, applikajna l-proċedura prevista fit-Trattat ta' Lisbona. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tal-10 ta' Diċembru 2010 tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali ppreżentat mill-Kummissjoni fis-26 ta' Novembru 2010. Il-proċedura baġitarja tlestiet f'konformità mal-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. F'konformità ma' dan l-artikolu u mal-punt 4(a) tiegħu, jien nikkostata li l-baġit għas-sena finanzjarja 2011 ġie adottat definittivament.”

Il-President stieden lil Alain Lamassoure (President tal-Kumitat BUDG), lill-korapporteurs Sidonia Elżbieta Jędrzejewska u Helga Trüpel, kif ukoll lil Olivier Chastel (President fil-kariga tal-Kunsill) u Janusz Lewandowski (Membru tal-Kummissjoni) jingħaqdu miegħu.

Il-President ipproċeda biex iffirma l-baġit.

Avviż legali - Politika tal-privatezza