Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 17 ta' Jannar 2011 - StrasburgVerżjoni finali

9. Ordni tal-ħidma
CRE

Tkellem Potito Salatto biex jitlob li Catherine Ashton (Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà) tippreżenta lill-Parlament rapport dwar is-sitwazzjoni tal-Insara fid-dinja (il-President iwieġbu li dibattitu dwar is-suġġett se jsir nhar l-Erbgħa).

Tkellem Nikolaos Chountis (bi qbil mal-Artikolu 173 tar-Regoli ta' Proċedura) biex jiddeplora li, għat-tielet darba konsekuttiva, l-ebda mistoqsija lill-Kunsill ma tinsab fl-aġenda ta' dan il-perjodu ta' sessjoni hekk kif previst mill-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura (il-President iwieġbu li l-Bureau se jieħu deċiżjoni dwar dan is-suġġett fid-dawl tat-Trattat ta' Lisbona).

Tkellem Bernd Posselt biex jiddeplora l-fatt li l-ħin għall-mistoqsijiet lill-Kunsill jitħassar preventivament billi l-ebda deċiżjoni għadha ma ttieħdet (il-President jimpenja ruħu li din il-kwistjoni tiġi ttrattata waqt il-Konferenza tal-Presidenti li jmiss ta' nhar il-Ħamis li ġej).

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Jannar 2011 (PE 456.147/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Il-Grupp Verts/ALE talab li d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni fit-Tuneżija jingħalaq bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Tkellmu Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex jagħmlu l-mistoqsija u Francesco Enrico Speroni f'isem il-Grupp EFD, kontra din it-talba.

Il-Parlament ċaħad it-talba permezz tal-VE (87 favur, 197 kontra, 22 astensjonijiet).

It-Tlieta

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

L-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Dibattiti dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat ta' dritt (Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Grupp GUE/NGL jitlob li d-dibattitu dwar il-"Brażil: l-estradizzjoni ta' Cesare Battisti" jiġi rtirat mill-aġenda.

Tkellmu: Rui Tavares f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex jagħmel il-mistoqsija, Mario Mauro f'isem il-Grupp PPE, kontra t-talba, u Judith Sargentini, biex tappoġġa t-talba.

Il-Parlament ċaħad din it-talba.

°
° ° °

Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Frar 2011Avviż legali