Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: L-effiċjenza tal-aġenziji Ewropej marbuta mal-impjieg, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ
László Andor (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Tkellmu Ingeborg Gräßle f'isem il-Grupp PPE, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" Sylvana Rapti, Alejandro Cercas f'isem il-Grupp S&D, Roger Helmer f'isem il-Grupp ECR, Franz Obermayr Membru mhux affiljat, Véronique Mathieu, Sylvana Rapti, Anne E. Jensen, Tomasz Piotr Poręba u Jutta Steinruck.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Jan Kozłowski, Ilda Figueiredo, Sylvana Rapti, Ingeborg Gräßle, Hubert Pirker u Piotr Borys.