Il-ħatra ta' Stavros Lambrinidis bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Gvern Grieg tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Ġunju 2011.
Il-Parlament ħa nota ta' dan u, skont it-termini tal-Artikolu 7 tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett u l-Artikolu 4, paragrafi 1 u 4 tar-Regolament, ikkonstata t-tbattil tas-siġġu tiegħu b'effett mis-17 ta' Ġunju 2011.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Greċja kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Dimitrios Droutsas li se jieħu post Stavros Lambrinidis. B'konformità mal-Artikolu 4, paragrafu 1, tar-Regolament, il-Parlament ħa nota ta' dan b'effett mit-22 ta' Ġunju 2011.
B'konformità mal-Artikolu 3, paragrafu 2, tar-Regolament, ladarba l-poteri tiegħu għadhom ma ġewx ivverifikati u lanqas għadha ma ttieħdet deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni possibbli, Dimitrios Droutsas jieħu s-siġġu fil-Parlament u fl-organi tiegħu bi tgawdija sħiħa ta' jeddijiet, bil-kondizzjoni li ġa għamel minn qabel dikjarazzjoni li mhux se jeżerċita xi funzjoni li tkun inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
° ° ° °
Invervjenew Gerard Batten dwar il-preżenza ta' banners fil-Kamra, Elizabeth Lynne dwar il-preżenza ta' manifestanti fil-preċinti tal-Parlament, u Barry Madlener dwar il-libertà tal-kelma fil-Pajjiżi Baxxi.