Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b'ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta' rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija [COM(2011)0288 - C7-0136/2011- 2011/0135(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Antonio Masip Hidalgo (A7-0003/2012)
Antonio Masip Hidalgo ppreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu Alajos Mészáros f'isem il-Grupp PPE, Evelyn Regner f'isem il-Grupp S&D, Christian Engström f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sajjad Karim f'isem il-Grupp ECR, Paul Nuttall f'isem il-Grupp EFD, Raffaele Baldassarre, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Alexandra Thein, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Sajjad Karim, Eva Lichtenberger, Emma McClarkin, Marielle Gallo, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Silvia-Adriana Ţicău u Andreas Schwab.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Ildikó Gáll-Pelcz, Monika Flašíková Beňová, Iosif Matula, Elena Băsescu u Paul Rübig.