9. Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)
Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri
1) mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura)
- (O-000327/2011) imressqa minn Brian Simpson, f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kunsill: Nilqgħu b'mod effikaċi l-isfida tal-piraterija marittima (B7-0039/2012);
- (O-000328/2011) imressqa minn Brian Simpson, f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kummissjoni: Nilqgħu b'mod effikaċi l-isfida tal-piraterija marittima (B7-0040/2012);
- (O-000013/2012) imressqa minn Richard Seeber, Sophie Auconie, Daciana Octavia Sârbu, Gerben-Jan Gerbrandy, Satu Hassi, Miroslav Ouzký u Sabine Wils, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Is-Sitt Forum Dinji f'Marsilja dwar l-Ilma, 12-17 ta' Marzu 2012 (B7-0101/2012);
- (O-000014/2012) imressqa minn Pervenche Berès u Marian Harkin, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kunsill: Id-deroga marbuta mal-kriżi tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) (B7-0102/2012);
- (O-000045/2012) imressqa minn Patrick Le Hyaric, Takis Hadjigeorgiou, João Ferreira u Nikolaos Chountis, f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Il-firxa tal-marda Schmallenberg (B7-0103/2012);
- (O-000047/2012) imressqa minn James Nicholson, Ashley Fox f'isem il-Grupp ECR, Albert Deß u Esther de Lange f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: Il-firxa tal-marda Schmallenberg (B7-0104/2012);
- (O-000057/2012) imressqa minn George Lyon u Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Il-marda Schmallenberg li faqqgħet (B7-0105/2012);
- (O-000059/2012) imressqa minn Klaus-Heiner Lehne, f'isem il-Kumitat JURI u Juan Fernando López Aguilar, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Taħriġ ġudizzjarju (B7-0106/2012).
2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura)
- George Lyon, Esther de Lange, Dan Jørgensen, Marit Paulsen u Janusz Wojciechowski, dwar l-implimentazzjoni ta’ projbizzjoni għal imqawel individwali għall-qżieqeż mill-1 ta' Jannar 2013 (0006/2012);
- Filip Kaczmarek, Maria Badia i Cutchet, Michael Gahler, Catherine Grèze u Fiona Hall, dwar l-edukazzjoni dwar l-iżvilupp u ċ-ċittadinanza globali attiva (0007/2012);
- Claudiu Ciprian Tănăsescu, Corina Creţu, Michèle Striffler u Eleni Theocharous, dwar l-effetti tal-attivitajiet ta' kumpaniji taż-żejt fuq l-ambjent, is-saħħa u l-iżvilupp fl-Afrika (0008/2012);
- Oreste Rossi, dwar id-diskriminazzjoni tal-lingwa Taljana fil-qafas tar-reġim lingwistiku tal-Unjoni Ewropea (0009/2012);
- Sergio Paolo Francesco Silvestris, Louis Michel, Andreas Mölzer, Eva Ortiz Vilella u Ewald Stadler, dwar it-twaqqif tal-Jum Ewropew tal-Ġelat Artiġjanali (0010/2012);
- Antigoni Papadopoulou, João Ferreira, Jim Higgins, Antonyia Parvanova u Raül Romeva i Rueda, dwar l-istabbiliment ta' ġimgħa Ewropea ta' tqajjim ta' kuxjenza dwar l-arrest kardijaku (0011/2012);
- George Sabin Cutaş, Gaston Franco, Satu Hassi u Daciana Octavia Sârbu, dwar id-deforestazzjoni fl-Unjoni Ewropea (0012/2012);
- Tanja Fajon, Roberta Angelilli u Cecilia Wikström, dwar li d-data tat-13 ta' Diċembru tiġi stabbilita bħala l-Jum Ewropew kontra l-abbuż sesswali tat-tfal (0013/2012);
- Raül Romeva i Rueda, Kriton Arsenis, Willy Meyer, Michèle Rivasi u Oreste Rossi, dwar ir-rikonoxximent tas-Sensittività Kimika Multipla u l-Elettroipersensittività fil-Klassifikazzjoni Statistika Internazzjonali tal-Mard u l-Problemi tas-Saħħa Relatati (ICD) (0014/2012);
- Mario Borghezio, Magdi Cristiano Allam, Philippe de Villiers, Nigel Farage u Francesco Enrico Speroni, dwar il-bżonn li jitneħħa l-euro biex nerġgħu nużaw il-muniti nazzjonali (0015/2012).