4. Ftehim bejn l-Istati Uniti u l-UE dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti *** (dibattitu)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Siġurtà Interna tal-Istati Uniti [17433/2011 - C7-0511/2011- 2011/0382(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sophia in 't Veld (A7-0099/2012)
Tkellmu Axel Voss f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Sophia in 't Veld, Claude Moraes f'isem il-Grupp S&D, Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, Jan Philipp Albrecht f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Krisztina Morvai, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll għal żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Graham Watson u Sophia in 't Veld, Gerard Batten f'isem il-Grupp EFD, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, Auke Zijlstra Membru mhux affiljat, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Alexander Alvaro, Manfred Weber, li wieġeb ukoll għal tliet mistoqsijiet “karta blu” ta' Rui Tavares, Jan Philipp Albrecht u Jörg Leichtfried, Juan Fernando López Aguilar, Alexander Alvaro, Judith Sargentini, Jacqueline Foster, li wieġbet ukoll għal tliet mistoqsijiet “karta blu” ta' Sophia in 't Veld, Krisztina Morvai u Jan Philipp Albrecht, Mario Borghezio, Andreas Mölzer, Simon Busuttil, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Carmen Romero López, Birgit Sippel, Nathalie Griesbeck, Hélène Flautre, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Jacqueline Foster, Martin Ehrenhauser, Mario Mauro u Kinga Göncz.
PRESIDENZA: Isabelle DURANT Viċi President
Tkellmu Norica Nicolai, Rui Tavares, li wieġeb ukoll għal żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Axel Voss u Jacqueline Foster, Angelika Werthmann, Frank Engel, Dimitrios Droutsas, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Jörg Leichtfried, Sylvie Guillaume, Carlos Coelho u David-Maria Sassoli.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Anna Maria Corazza Bildt, Ana Gomes, Miroslav Mikolášik, Ioan Mircea Paşcu, Petri Sarvamaa, Gesine Meissner, Phil Prendergast, Monika Flašíková Beňová, Sarah Ludford u Jaroslav Paška.
Tkellmu Carlos Coelho dwar problema ta' interpretazzjoni waqt l-intervent preċedenti tiegħu, Krisztina Morvai skont il-proċedura "catch the eye", u Jörg Leichtfried dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu.
Tkellmu Cecilia Malmström, Morten Bødskov u Sophia in 't Veld.