MISTOQSIJA ORALI għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Novembru 2009 skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Liam Aylward lill-Kunsill
Fil-laqgħa l-aktar reċenti tal-Kunsill huwa ddikjara li forniment ta' finanzjamenti għall-klima m'għandux jipperikola l-progress lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju. Jista' l-Kunsill jagħti aktar dettalji dwar kif "finanzjament innovattiv" jista' jkollu rwol ta' appoġġ kemm għall-MDGs kif ukoll għall-finanzjament għall-klima?