Mistoqsijiet parlamentari
22 ta' Diċembru 2009
H-0506/09
MISTOQSIJA ORALI għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Jannar 2010 skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Ryszard Czarnecki lill-Kummissjoni

 Suġġett: L-istabilità tas-suq finanzjarju fil-Polonja
 Tweġiba 

Fit-18 ta’ Diċembru 2009 l-Bank Ċentrali Ewropew ippubblika r-rapport tiegħu ta’ nofs is-sena dwar l-istabilità finanzjarja fiż-żona euro u indika li fl-2010 l-banek taż-żona euro se jkollhom jieħdu 187 biljun euro mir-riżervi tagħhom. It-telf li jirriżulta mis-sitwazzjoni ekonomika ħażina fl-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant (CEE) huwa wieħed mill-kawżi maġġuri msemmija. F’dan il-kuntest, il-kummentarju dwar ir-rapport tal-BĊE ippubblikat mill-Wall Street Journal jirreferi għal UniCredit b’ismu.

Il-Kummissjoni mhijiex tal-opinjoni li l-prattiki kummerċjali u l-proċeduri ta’ kontabilità tal-grupp UniCredit iservu biex jaħbu t-telf finanzjarju reali, u dan jista’, fuq perjodu ta’ żmien medju u twil, ikun ta’ ħsara għall-istabilità tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-Unjoni Ewropea? Fl-opinjoni tiegħi, ir-riżultati u l-likwidità ta’ UniCredit Ukraine qed jinżammu artifiċjali mill-Bank Pekao S.A. bis-saħħa tax-xiri ta’ krediti mingħajr valur u ż-żieda kostanti fil-finanzjamenti, ħaġa li tqajjem tħassib dwar l-istabilità tas-suq finanzjarju Pollakk, peress li sal-lum Pekao S.A. ma ħariġx ir-riservi meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni Ewropea (normi IFRS) għall-investimenti tiegħu fl-Ukraina.

Skont il-Kummissjoni, il-ħruġ ta’ finanzi tas-sussidjarja Pekao S.A. mill-kumpanija prinċipali UniCredit hija konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja? L-impożizzjoni fuq kumpanija sussidjarja, fil-qafas tal-“Proġett Chopin (il-Polonja, ir-Rumanija, il-Bulgarija)”, ta’ kuntratti żvantaġġjużi mal-kumpanija Pirelli Real Estate SpA, li hija protetta minn UniCredit, bir-riżultat ta' kunflitt ta' interess ovvju għad-direttur ġenerali ta' UniCredit, Alessandro Profumo (membru tal-bord ta’ amministrazzjoni ta’ kumpanija tal-grupp Pirelli fil-mument tal-iffirmar tal-kuntratti), ma tmurx kontra r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli fl-Unjoni Ewropea?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: PL
Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Jannar 2010Avviż legali