MISTOQSIJA ORALI għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Frar 2010 skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Justas Vincas Paleckis lill-Kunsill
Suġġett: Il-bażi legali tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bjelorussja
Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tax-xahar ta’ Novembru ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar it-tnedija mill-ġdid eventwali – u, jekk ikun il-każ, skont liema kalendarju – tal-proċess ta’ ratifikazzjoni tal-ftehim ta’ sħubija u ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bjelorussja, li beda jiġi nnegozjat fl-1995 u ġie “friżat” fl-1997. Xi Stati jqisu li ma jkunx għaqli li jitniehed mill-ġdid ftehim li żmienu għadda. Oħrajn jaffirmaw li r-ratifikazzjoni tal-ftehim tagħti bażi legali lill-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bjelorussja u tagħti spinta ġdida lit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bjelorussja.
Skont il-fehma tal-gvern Spanjol, li għandu l-Presidenza tal-Kunsill, il-proċess ta’ ratifikazzjoni tal-ftehim għandu jitniehed? Jekk iva, f’liema mument? Jekk le, x'miżuri se tieħu l-presidenza tal-Kunsill biex tinħoloq il-bażi legali meħtieġa għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bjelorussja?