MISTOQSIJA ORALI għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Frar 2010 skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Seán Kelly lill-Kunsill
Suġġett: Drittijiet tal-pazjenti fil-Proposta dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali
Jista' l-Kunsill jaġġorna lil din il-Kamra dwar kwalunkwe progress fin-negozjati li għaddejjin bħalissa fi ħdan il-Kunsill fir-rigward tal-proposta dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali?