Mistoqsijiet parlamentari
25 ta' Jannar 2010
H-0029/10
MISTOQSIJA ORALI għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Frar 2010 skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Charalampos Angourakis lill-Kummissjoni

 Suġġett: Ir-riskji assoċjati mal-kummerċjalizzazzjoni tal-kura tas-saħħa
 Tweġiba 

L-isforzi biex jiġi indirizzat il-vijrus tal-influwenza enfasizzaw ir-riskji assoċjati mal-politiki tal-kummerċjalizzazzjoni tal-kura tas-saħħa u tal-provvediment tal-benesseri. Kien hemm preżentazzjoni selettiva tad-data u problemi fl-istudji epidemjoloġiċi, fattur li ħoloqkonfużjoni dwar l-użu tat-tilqima l-ġdida u dubji dwar il-ħtieġa li tiġi ddikjarata pandemija. L-aktar li kien enfasizzat kien in-nuqqas ta’ staff u ta’ faċilitajiet fis-servizzi tas-saħħa pubblika u, b’mod partikulari, in-nuqqasijiet fil-kura primarja tas-saħħa pubblika.

Kif taħsibha l-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet tal-kumpaniji multinazzjonali fl-industrija tal-farmaċewtiċi li, f'ġieħ il-profitt, jipperikolaw is-saħħa pubblika?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EL
Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Marzu 2010Avviż legali