Mistoqsijiet parlamentari
26 ta' Jannar 2010
H-0036/10
MISTOQSIJA ORALI għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Frar 2010 skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Georgios Toussas lill-Kunsill

 Suġġett: Kolp ta' stat fil-Ħonduras
 Tweġiba 

L-Erbgħa 27 ta' Jannar hija d-data prevista għall-ġurament ta' Porfirio Lobo Soza, rebbieħ allegat u kandidat tal-ġunta fl-elezzjonijiet foloz li seħħew fil-Ħonduras fid-29 ta' Novembru 2009, li kienu karatterizzati minn ripressjoni, vjolenza, frodi u, fuq kollox, minn bojkott tal-massa msejjaħ mill-Front ta' Reżistenza Popolari Nazzjonali tal-Ħonduras, l-FNRP (il-perċentwali uffiċjali kienet ta' 'l fuq minn 50% iżda, skont iċ-ċifri tal-FNRP, kienet bejn 65% u 70%), li effettivament ixejjen ir-riżultati tal-elezzjoni. Mill-Ħamis li għadda, seħħew protesti msejħa mill-FNRP kontra dawn l-elezzjonijiet foloz organizzati mill-persuni li wettqu l-kolp. L-għan tal-protesti huwa l-kundanna tat-tkomplija tad-dittatorjat tal-oligarkija rappreżentata minn Porfirio Lobo. Il-poplu qed javża li se jkompli l-ġlieda minkejja r-ripressjoni qattiela li laħqet il-qofol tagħha f'dawn l-aħħar xahrejn.

Il-Kunsill jirrikonoxxi r-riżultat tal-elezzjonijiet foloz li seħħew fil-Ħonduras mill-ġunta li wettqet il-kolp ta' stat? Jirrikonoxxi lir-rivoluzzjonarju Porfirio Lobo u lil kwalunkwe gvern tal-ġunta? Jikkundanna r-ripressjoni qattiela li wettqet il-ġunta kontra l-poplu? X'inhi l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-ġlieda tal-poplu tal-Ħonduras kontra d-dittatorjat għar-radd tad-drittijiet tiegħu?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EL
Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Marzu 2010Avviż legali