Mistoqsijiet parlamentari
26 ta' Jannar 2010
H-0044/10
MISTOQSIJA ORALI għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Frar 2010 skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Liam Aylward lill-Kummissjoni

 Suġġett: Restrizzjonijiet dwar il-ġarr ta' likwidi fuq it-titjiriet
 Tweġiba 

Ir-restrizzjonijiet imposti fuq il-passiġġieri li ma jivvjaġġawx b’kontenituri b'aktar minn 100 ml ta' likwidi, ġellijiet, pastes, lozzjonijiet, u kosmetiċi għadha qed tirrendi l-ivvjaġġar estremament diffiċli u għadha toħloq il-problemi kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-operaturi ajruportwali.

Ħafna drabi, dawn ir-restrizzjonijiet wasslu għall-kjuwijiet twal, telfien ta’ oġġetti u f'ċerti każijiet telfien ta' bejgħ. Ta’ sikwit, il-passiġġieri jkunu obbligati jħallsu prezzijiet għoljin għall-ilma jew xarbiet oħrajn wara ċ-check points tas-sigurtà.

Ma hemm l-ebda dubju li l-miżuri ta’ sigurtà effettiva huma meħtieġa u li s-sigurtà tal-passiġġieri u tal-avjazzjoni għadha prijorità, iżda xorta waħda hija meħtieġa reviżjoni tar-restrizzjonijiet kurrenti marbutin mal-likwidi billi dawn ir-restrizzjonijiet issa ilhom fis-seħħ għal numru ta’ snin.

Il-Kummissjoni għandha pjanijiet biex tirrevedi dan ir-regolament u hemm terminu propost għar-rilaxx ta' dawn ir-restrizzjonijiet? Tista’ l-Kummissjoni tagħti aktar tagħrif dwar l-iżviluppi teknoloġiċi speċifikatament marbutin mal-verifika ta’ dawn il-likwidi?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Marzu 2010Avviż legali