MISTOQSIJA ORALI għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Marzu 2010 skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Bendt Bendtsen lill-Kummissjoni
Il-programm Ċiniż National Indigenous Innovation Products Accreditation Program (il-Komunikazzjoni Nru 618 tal-15 ta' Novembru 2009) għandu l-għan li jipproteġi lill-intrapriżi Ċiniżi fl-akkwist tal-kuntratti pubbliċi. Madankollu, kollox jindika li dan il-programm jirristrinġi l-possibilitajiet tal-intrapriżi mhux Ċiniżi, anke dawk li jkollhom fergħat fil-pajjiż, li jiffabbrikaw u li jbigħu prodotti kkonċernati minn dan il-programm fis-suq Ċiniż.
Il-Kummissjoni x’miżuri ħadet mil-14 ta’ Diċembru 2009 ‘l hawn, id-data li fiha Joerg Wuttke, bħala President tal-Kamra tal-Kummerċ tal-UE fiċ-Ċina, indirizza ittra lill-awtoritajiet Ċiniżi fejn esprima biċ-ċar it-tħassib tiegħu dwar dan il-programm u talab diversi spjegazzjonijiet dwar il-kontenut tal-programm u dwar il-konsegwenzi eventwali tiegħu?
Peress li l-politika l-ġdida taċ-Ċina għandha l-għan li tipproteġi l-intrapriżi tagħha stess, x’pożizzjoni għandha l-ħsieb li tadotta l-Kummissjoni waqt in-negozjati dwar l-adeżjoni taċ-Ċina mal-ftehim dwar il-kuntratti pubbliċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ?
Barra minn hekk, il-Kummissjoni x’biħsiebha tagħmel dwar din is-sitwazzjoni?