Mistoqsijiet parlamentari
17 ta' Frar 2010
H-0076/10/rev.1
MISTOQSIJA ORALI għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Marzu 2010 skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Ryszard Czarnecki lill-Kummissjoni

 Suġġett: Ksur ta' regoli tal-kompetizzjoni u t-trasferiment tal-kapital mill-UniCredit
 Tweġiba 

Il-proġett Chopin tal-Grupp UniCredit, li l-Bank Pekao fil-Polonja jagħmel parti minnu, ta lok għal ksur ta' regoli tal-kompetizzjoni u tat-trasferiment tal-kapital tal-UE. F'dan il-każ partikolari għandu x'jaqsam ma' każ ta' kollużjoni u abbuż tal-pożizzjoni dominanti tal-UniCredit. F'Ġunju 2005, UniCredit u l-iżviluppatur Pirelli – li kkollaboraw bejniethom fil-qafas ta' arranġament li kkonkludew – iffirmaw mal-Pekao SA il-Ftehim Chopin (mingħajr ma infurmaw is-suq u lanqas l-awtorità ta' sorveljanza finanzjarja meta kellhom l-obbligu li jagħmlu dan). Wara dan, f'April 2006, l-UniCredit, l-azzjonist dominanti, obbliga lil Pekao biex jiffirma ma' Pirelli ftehim ta' sħubija żvantaġġuża, fejn Pirelli u UniCredit huma marbuta flimkien permezz tal-ishma tagħhom mal-kumpanija Olimpia, li fiha Alessandro Profumo, is-CEO tal-UniCredit, jokkupa pożizzjoni eżekuttiva. B'mod parallel, il-kumpanija Olimpia għamlet tranżazzjoni asimmetrika li fiha Pirelli xtara ishma mingħajr valur tat-Telecom Italia mingħand il-UniCredit.

B’rabta mal-mistoqsija preċedenti tiegħi dwar is-suġġett (H-0506/09), il-Kummissjoni bi ħsiebha tintervjeni f'din il-kwistjoni, billi għandha x'taqsam ma' kumpaniji li qed joperaw f'żewġ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: PL
Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Marzu 2010Avviż legali