MISTOQSIJA ORALI għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Marzu 2010 skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Mairead McGuinness lill-Kunsill
Suġġett: Skema ħalli jkunu mwettqin il-koordinament u s-sorvjelanza tal-politika ekonomika tal-membri taz-zona ewro
Jista’ l-Kunsill jelabora dwar is-suġġerimenti li l-pajjiżi taz-zona ewro jkollhom vuċi akbar f’kif jitmexxew l-ekonomiji ta’ Stati oħrajn li wkoll huma membri taz-zona ewro? Il-Kummissjoni dan l-aħħar ħabbret li qabel Ġunju se tippreżenta skema biex il-koordinament u l-kontro-sorveljanza tal-politika ekonomika jitwettqu, u dan skont il-poteri konferiti mit-Trattat ta’ Lisbona. Il-Kunsill jappoġġjah dan l-approċċ għal koordinament ekonomiku akbar? Il-Kunsill jemmen li dan l-approċċ il-ġdid għandu jsaħħaħha z-zona ewro?