Mistoqsijiet parlamentari
23 ta' Frar 2010
H-0106/10
MISTOQSIJA ORALI għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Marzu 2010 skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Charalampos Angourakis lill-Kunsill

 Suġġett: Attakki fatali ta' Iżrael fuq il-Palestinjani
 Tweġiba 

Qed jiżdiedu l-provokazzjonijiet ta' Iżrael kontra l-Palestinjani fit-territorji ta' dawn tal-aħħar. L-armata Iżraeljana attakkat l-uffiċċji tal-Partit Popolari tal-Palestina, u b'hekk ikkawżat ħsarat materjali kbar u arrestat lil min kien preżenti. Dan seħħ fil-kuntest ta' tużżani ta' attakki Iżraeljani fuq Ramalla u fuq ix-Xatt tal-Punent tal-Ġordan, li matulhom ġew arrestati mijiet ta' persuni bil-pretest li kienu "kisru l-ordni pubblika". Fl-istess waqt, Iżrael qed tkompli żżomm politika ta' "eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji", kif ukoll il-qtil ta' uffiċjali ta' organizzazzjonijiet Palestinjani, li, b'mod mhux uffiċjali, jingħataw asil mill-Istati Uniti tal-Amerika, l-UE u n-NATO.

Il-Kunsill jikkundanna l-politika ta' Iżrael, li hija diretta kontra l-poplu Palestinjan u kontra l-paċi fir-reġjun u li tinkludi attakki fatali mill-armata, kif ukoll ir-rifjut ta' Iżrael li jirrikonoxxi Stat Palestinjan fit-territorju tal-1967 u bil-Lvant ta' Ġerusalemm bħala l-belt kapitali tiegħu?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EL
Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Marzu 2010Avviż legali