MISTOQSIJA ORALI għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Mejju 2010 skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Nikolaos Chountis lill-Kunsill
Suġġett: Deċiżjoni tal-Kapijiet ta' Stat taż-żona euro dwar il-mekkaniżmu ta' sostenn
L-istqarrija tal-Kapijiet ta' Stat taż-"żona tal-euro" dwar is-sitwazzjoni ekonomika fil-Greċja ma tagħtix tweġibiet eżawrjenti, la rigward il-proċedura proposta u lanqas dwar is-sustanza tal-mekkaniżmu ta' sostenn.
Id-deċiżjoni tafferma li "l-Istati Membri taż-żona euro huma lesti jikkontribwixxu f'self bilaterali kkoordinat" u tkompli tgħid li "nistennew li l-Istati Membri taż-żona euro jipparteċipaw skont il-kriterji rispettivi tagħhom ta' sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE". Jista' l-Kunsill jgħid jekk dan jesprimix tama jew impenn?
L-iskop ta' dan il-mekkaniżmu huwa li "jistabbilixxi inċentivi biex nerġgħu lura għall-finanzjamenti mis-swieq ... permezz ta' valutazzjoni adegwata tar-riskji". Min se jkun responsabbli mill-valutazzjoni tar-riskji? Barra minn hekk, skont l-istqarrija "ir-rati ta' mgħax għandhom jitqiesu bħala mhux konċessjonali, jiġifieri mingħajr elementi ta' sussidju." Fil-mument meta din il-mistoqsija qed tiġi miktuba, l-ispreads tal-bonds Griegi laħqu l-400 punt ta' bażi. «Liema rata ta' mgħax tkun titqies teorikament aċċettabbli sabiex tkun ikkunsidrata "mingħajr elementi ta' sussidju"?