Mistoqsijiet parlamentari
3 ta' Mejju 2010
H-0226/10
MISTOQSIJA ORALI għal waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet fis-seduta parzjali fi Mejju 2010 skond ir-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Laima Liucija Andrikienė lill-Kummissjoni

 Suġġett: Il-finanzjament għall-programmi tal-Aid-for-Trade (Għajnuna għall-Kummerċ)
 Tweġiba 

Fl-2005 l-UE wiegħdet li se timpenja EUR 2 biljun għal għadd ta' programmi relatati mal-Aid-for-Trade. Bħala rapporteur ta' opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali dwar ir-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp "dwar il-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju: ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu fit-tħejjija tal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU f'Settembru 2010", nixtieq nirċievi informazzjoni mill-Kummissjoni dwar jekk din il-mira ntlaħqitx, u nixtieq inkun naf liema huma l-linji baġitarji speċifiċi li jintużaw biex jiġu ffinanzjati l-programmi msemmija hawn fuq.

Barra minn hekk, tista' l-Kummissjoni tagħti informazzjoni dwar il-fondi totali allokati biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju? X'inhi l-proċedura attwali għall-mobilizzazzjoni tal-fondi biex jilħqu lil dawk l-aktar fil-bżonn? Tista' l-Kummissjoni tagħti eżempji ta' proġetti li ġew implimentati biex tissaħħaħ il-kapaċità kummerċjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Mejju 2010Avviż legali