Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dan l-aħħar ħadet bosta deċiżjonijiet rigward id-dispożizzjonijiet legali fil-Polonja li jiksru l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Sa issa, il-mod kif l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li huma wkoll membri tal-Kunsill tal-Ewropa, kienu jimplimentaw id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kien jitħalla fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri individwali. Din il-qagħda se tinbidel bl-adeżjoni mistennija tal-Unjoni Ewropea fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u, b'mod partikolari, hemm pjanijiet biex jiddaħħlu mekkaniżmi tal-UE għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li huma wkoll membri tal-Kunsill tal-Ewropa?