L-ajrunawtika hija waħda mill-ftit suċċessi tal-kostruzzjoni Ewropea. Din l-attività, li tħaddem mijiet ta' eluf ta' ħaddiema kwalifikati mill-kontinent kollu, tistruttura l-ekonomija u t-territorji tagħna. L-ajrunawtika hija tassew mezz ta’ progress teknoloġiku u element essenzjali għall-mobbiltà taċ-ċittadini.
Il-Kummissjoni x’importanza se tagħti lil dan is-settur industrijali fil-White Paper li ġejja tagħha dwar it-trasporti?