Mistoqsijiet parlamentari
3 ta' Jannar 2011
H-000002/2011
Mistoqsija għall-Ħin għall-Mistoqsijiet
lill-Kummissjoni
Sessjoni parzjali : Jannar 2011
Artikolu 116 tar-Regoli ta’ Proċedura
Laima Liucija Andrikienė (PPE)

 Suġġett: Baġit 2011 u pagamenti dovuti lill-bdiewa tal-UE
 Tweġiba 

Wara proċedura li twalet, l-istituzzjonijiet kollha tal-UE fl-aħħar waslu għal ftehim dwar il-baġit tal-UE għall-2011. Il-PE kellu jreġġa' lura fit-talba inizjali tiegħu għal żieda fil-baġit ta' aktar minn 6% b'paragun mal-2010. Il-proposta finali ta’ kompromess iżżomm iż-żieda fil-baġit għal 2.91 perċentwali għal total ta’ 126.5 biljun euro minkejja l-fatt li l-istrutturi l-ġodda, bħalma huwa s-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna, se jkollu jkun iffnanzjat minn din iż-żieda ċkejkna.

Tista’ l-Kummissjoni telabora dwar kif dawn l-approprijazzjonijiet għall-2011 jaffettwaw il-pagamenti dovuti lill-bdiewa Litwani, kif ukoll dawk minn Stati Membri oħrajn tal-UE? Tista’ l-Kummissjoni tagħti ċifri preċiżi?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Jannar 2011Avviż legali