Mistoqsijiet parlamentari
31 ta' Jannar 2011
H-000043/2011
Mistoqsija għall-Ħin għall-Mistoqsijiet
lill-Kummissjoni
Sessjoni parzjali : Frar 2011
Artikolu 116 tar-Regoli ta’ Proċedura
Rodi Kratsa-Tsagaropoulou (PPE)

 Suġġett: Kompetizzjoni ekwilibrata bejn l-SMEs fir-reġjuni transkonfinali
 Tweġiba 

Minħabba fl-impatt tat-tneħħija tal-fruntieri interni tas-suq uniku, partikolarment f’zoni rqib ta’ dawn il-fruntieri, filwaqt li jiġi kkonstatat ukoll fost id-ditti li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fi Stati Membri differenti f’termini ta’ spejjeż tax-xogħol, materja prima u politiki fiskali li qed jikkawżaw varjazzjonijiet sinfikattivi fil-prezz fl-Istati Membri għall-istess prodott jew servizz, liema huma l-prerekwiżiti għall-kompetittività ta’ negozji li jinsabu fil-fruntieri interni tas-suq uniku?

Bħala parti mis-‘Small Business Act,’ kif se jkun possibbli li jingħata sostenn lill-impriżi żgħar u medji fir-reġjuni transkonfinali li qed jiffaċċjaw kundizzjonali mhux ugwali u jkunu mmassimizzati l-opportunitajiet għall-iżvilupp u l-innovazzjoni, mingħajr ma jkunu ppreġudikati l-kapaċità tas-suq uniku u l-kondizzjonijiet kompetittivi?

X’inhuma l-inizjattivi l-aktar imporanti tal-Kummissjoni biex ikun imfassal aħjar is-Suq Uniku għall-ħtiġiet attwali tal-SMEs fir-reġjuni transkonfinali, ħalli jkunu jistgħu jtejbu l-prestazzjoni tagħhom u jiżdiedu l-benefiċji akkumulati u ekwilibrati?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EL
Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Frar 2011Avviż legali