F'mistoqsija magħmula lill-Kummissjoni nhar id-29 ta' Lulju 2010 dwar l-iskandlu tal-kuntratti ffirmati bejn l-impriża Siemens u xi sptarijiet, tlabt lill-Kummissjoni jekk kellhiex il-ħsieb titlob li jingħatawlha l-konklużjonijiet tal-korp tal-ispetturi tas-sanità, ħalli s-servizzi relevanti jkunu jistgħu jeżaminaw u jinfurmaw lis-servizzi tal-OLAF. It-tweġiba mogħtija mill-Kummissjoni, nhar it-28 ta’ Settembru 2010, kienet tgħid hekk: “Il-Kummissjoni beħsiebha tissottometti talba lill-awtoritajiet Griegi ħalli tkun tista’ taċċedi għall-konklużjoni tal-korp tal-ispetturi tas-sanità dwar l-akkwist pubbliku ma’ "Siemens AG”. Il-Kummissjoni se tanalizza t-tagħrif mogħti lilha u tieħu l-miżuri xierqa".
Tista’ l-Kummissjoni twieġeb għall-mistoqsijiet li ġejjin: Temmen li l-użu ta’ proċedura ta’ għoti wiesgħa ħafna kien ġustifikat? Se tagħmel investigazzjoni ħalli tara jekk kienx hemm spejjeż żejda u proċeduri opaki fix-xiri tat-tagħmir u fil-għoti tas-servizzi? X’miżuri ħadet wara l-analiżi tal-konklużjonijiet ta’ preċitati?