Mistoqsijiet parlamentari
1 ta' Marzu 2011
H-000128/2011
Mistoqsija għall-Ħin għall-Mistoqsijiet
lill-Kummissjoni
Sessjoni parzjali : April 2011
Artikolu 116 tar-Regoli ta’ Proċedura
Iliana Malinova Iotova (S&D)

 Suġġett: Azzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-infrazzjoni taż-żoni protetti tan-netwerk Natura 2000 fil-Bulgarija
 Tweġiba 

B’riferiment għall-mistoqsija E-5671/2010 dwar il-ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li twettaq fil-Kap Kaliakra u f’żoni protetti oħra tan-netwerk Natura 2000 fil-Bulgarija, u għat-tweġiba tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2010, din tal-aħħar tista’ tipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri li ħadet jew li biħsiebha tieħu b’rabta ma’ dan il-ksur?

B’mod konkret, il-Kummissjoni kellha ‘l fuq minn tmien xhur biex tevalwa r-reazzjoni tal-gvern Bulgaru għall-avviż kumplimentari mibgħut lill-awtoritajiet Bulgari fit-18 ta’ Marzu 2010. X’miżuri biħsiebha tieħu l-Kummissjoni biex tara li l-irregolaritajiet imsemmija fl-avviż ikkonċernat jiġu korretti? Il-Kummissjoni meta biħsiebha timxi għall-pass li jmiss billi tindirizza opinjoni raġunata lill-Bulgarija?

Jekk twettaq realment ksur serju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għaliex il-Kummissjoni qed teżita biex tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 258 TFUE biex tintemm din is-sitwazzjoni?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: BG
Aġġornata l-aħħar: 1 t'April 2011Avviż legali