Mistoqsijiet parlamentari
22 ta' Marzu 2011
H-000150/2011
Mistoqsija għall-Ħin għall-Mistoqsijiet
lill-Kummissjoni
Sessjoni parzjali : April 2011
Artikolu 116 tar-Regoli ta’ Proċedura
Julie Girling (ECR)

 Suġġett: Id-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats
 Tweġiba 

Ilu aktar minn tliet snin li l-Kummissjoni bdiet proċeduri ta’ ksur kontra l-Bulgarija talli din kisret id-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats u kkawżat ħsara kbira f’ħabitats u fi speċijiet li huma importanti fil-livell internazzjonali.

Minkejja li nbdew dawn il-proċeduri ta’ ksur, saret u għada ssir aktar ħsara f’siti bħalma hija l-peniżola ta’ Kaliakra, punt ta’ waqfa ta’ importanza dinjija għal għexieren ta’ eluf ta’ għasafar tal-passa, fosthom il-wiżża ta’ sidirha aħmar, li hija mhedda globalment.

Jekk l-UE trid tilħaq l-objettiv tal-konservazzjoni tal-bijodiversità tal-2020, kif ukoll għall-finijiet taċ-ċertezza legali, il-Kummissjoni trid tindirizza dawn il-vjolazzjonijiet b’ħeffa u b’saħħa. Tista’ l-Kummissjoni tgħid x’biħsiebha tagħmel biex tindirizza s-sitwazzjoni fil-Bulgarija u xi pjanijiet għandha biex ittejjeb l-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE fil-ġejjieni?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Marzu 2011Avviż legali