Mistoqsijiet parlamentari
17 ta' Mejju 2011
H-000210/2011
Mistoqsija għall-Ħin għall-Mistoqsijiet
lill-Kummissjoni
Sessjoni parzjali : Ġunju 2011
Artikolu 116 tar-Regoli ta’ Proċedura
Laima Liucija Andrikienė (PPE)

 Suġġett: L-impatt tad-Direttiva dwar il-prodotti mediċinali vegetali tradizzjonali fl-UE
 Tweġiba 

Id-Direttiva 2004/24/KE fir-rigward ta’ prodotti mediċinali vegetali tradizzjonali kienet adottata fil-31 ta’ Marzu 2004. Id-Direttiva stabbilixxiet numru ta’ rekwiżiti iebsin li jridu jkunu ssodisfati sabiex il-prodotti mediċinali tradizzjonali jkunu awtorizzati (rekwiżiti marbuta mal-PTM eċċ.). Dawn ir-rekwiżiti ħolqu ostakoli serji għall-produzzjoni u l-użu fl-UE ta’ sustanzi veġetali speċjalment minn kulturi tradizzjonali differenti.

Kif tevalwa l-Kummissjoni l-attivitajiet tal-implimentazzjoni tad-Direttiva mill-31 ta’ Marzu 2004 ’l hawn? Kif taffettwa d-Direttiva lill-SMEs li jipproduċu prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali u l-Kummissjoni tgħin b’xi mod lil SMEs bħal dawn biex jiksbu l-awtorizzazzjoni? Kif se jaffettwaw il-prezzijiet tal-prodotti mediċinali veġetali r-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni msemmija? Id-Direttiva tippermetti l-użu (jiġifieri permezz ta’ injezzjonijiet) ta’ mediċini veġetali li jintużaw b'suċċess fil-kura ta’ pazjenti bil-kanċer u mard malinn ieħor? Din id-Direttiva taffettwa l-produzzjoni u l-użu tal-mediċina omeopatika?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Mejju 2011Avviż legali