Mistoqsijiet parlamentari
19 ta' Mejju 2011
H-000217/2011
Mistoqsija għall-Ħin għall-Mistoqsijiet
lill-Kummissjoni
Sessjoni parzjali : Ġunju 2011
Artikolu 116 tar-Regoli ta’ Proċedura
Giovanni La Via (PPE)

 Suġġett: Użu puntwali tal-Fondi Strutturali fir-reġjuni Ewropej
 Tweġiba 

Miċ-ċifri uffiċjali ta' bosta reġjuni Ewropej relatati mal-istat ta' progress tan-nefqa ta' Fondi bħall-FSE, FEŻR, eċċ., qiegħed jiġi spiss osservat dewmien fl-ilħiq, b'mod puntwali u effikaċi, tal-objettivi tan-nefqa stabbiliti minn qabel fil-Pjanijiet Operattivi Reġjonali (POR).

Fid-dawl ta' dan id-dewmien, li jista' jiġu dokumentat mis-servizzi ta' monitoraġġ apposta tal-Istati Membri individwali, tista' l-Kummissjoni tgħid x'lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu mill-programmazzjoni finanzjarja li għaddiet u li nkunu nistgħu napplikaw għall-perjodu 2013-2020 li jmiss bil-għan li titħaffef in-nefqa u jiġi kontrollat b'mod iktar preċiż l-ilħiq effettiv tal-objettivi?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: IT
Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Mejju 2011Avviż legali