Proċedura : 2011/0187(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0149/2012

Testi mressqa :

A7-0149/2012

Dibattiti :

PV 09/05/2012 - 17
CRE 09/05/2012 - 17

Votazzjonijiet :

PV 10/05/2012 - 12.50
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


RAPPORT     ***I
PDF 848kWORD 1078k
2 ta' Mejju 2012
PE 476.117v01-00 A7-0149/2012

dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (tfassil mill-ġdid)

(COM(2011)0402 – C7-0190/2011 – 2011/0187(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Angelika Niebler

(Tfassil mill-ġdid – Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (tfassil mill-ġdid)

(COM(2011)0402 – C7-0190/2011 – 2011/0187(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0402),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0190/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-25 ta' Novembru 2011 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni tal-atti legali(2),

–    wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tas-28 ta' Marzu 2012 sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0149/2012),

A. billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta li qed tkun eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill- Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(3)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

PE-CONS 20/12 - 2011/0187 (COD)

REGOLAMENT (EU) Nru …/2012TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' ...

dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni

(tfassil mill-ġdid)(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)         Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan il-Komunità(6) ġie emendat b'mod sostanzjali(7). Peress li għandhom isiru iktar emendi, dan għandu jiġi rriformulat fl-interessi taċ-ċarezza.

(1a)       L-objettiv tat-tnaqqis tad-differenza bejn it-tariffi nazzjonali u dawk tar-roaming, li kien inkluż fil-Qafas tal-Valutazzjoni Komparattiva tal-Kummissjoni 2011-2015, endorsjat mill-Grupp ta' Livell Għoli tal-i2010 f'Novembru 2009, u inkluż fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘Aġenda Diġitali għall-Ewropa’, għandu jibqa' wkoll l-għan ta' dan ir-Regolament. Il-bejgħ separat previst tas-servizzi tar-roaming u dawk domestiċi previst għandu jżid il-kompetizzjoni u għalhekk ibaxxi l-prezzijiet għall-konsumaturi u joħloq suq intern għas-servizzi tar-roaming fl-Unjoni mingħajr diversifikazzjoni sinifikanti bejn it-tariffi nazzjonali u dawk tar-roaming. Servizzi tar-roaming fl-Unjoni kollha jistgħu jistimulaw l-iżvilupp ta' suq intern tat-telekomunikazzjoni fl-Unjoni.

(1b)  Suq intern tat-telekomunikazzjoni ma jistax jingħad li jeżisti sakemm jibqgħu d-differenzi bejn il-prezzijiet domestiċi u dawk tar-roaming. Għalhekk l-għan aħħari għandu jkun l-eliminazzjoni tad-differenza bejn it-tariffi domestiċi u dawk tar-roaming, u b'hekk jiġi stabbilit suq intern għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli .

(2)         Il-livell għoli tal-prezzijiet tar-roaming ta' telefonati bil-vuċi, SMS u data li jitħallsu mill-utenti tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, bħal studenti, vjaġġaturi fuq negozju u turisti, jaġixxi bħala ostakolu biex huma jużaw l-apparat mobbli tagħhom meta jkunu msiefra fl-Unjoni u huwa kwistjoni ta’ tħassib għall-konsumaturi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, filwaqt li jikkostitwixxi ostakolu sinifikanti għas-suq intern. It-tariffi bl-imnut eċċessivi qed jirriżultaw minn tariffi bl-ingrossa għoljin imposti mill-operatur tan-netwerk ospitanti barrani kif ukoll, f’bosta każijiet, minn qligħ għoli fuq il-bejgħ bl-imnut li jiġu imposti mill-operatur tan-netwerk tal-klijent stess. Minħabba nuqqas ta' kompetizzjoni, it-tnaqqis fit-tariffi bl-ingrossa spiss ma jiġix mgħoddi lill-klijent li jixtri bl-imnut. Għalkemm xi operaturi dan l-aħħar daħlu skemi ta' tariffi li joffru lill-klijent kondizzjonijiet aktar favorevoli u prezzijiet kemxejn aktar baxxi, għad hemm l-evidenza li r-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-prezzijiet għadha 'l bogħod minn dik li soltu jkun hemm fi swieq kompetittivi.

(2a)  Tariffi tar-roaming għoljin huma impediment għall-isforzi tal-Unjoni biex tiżviluppa f'ekonomija bbażata fuq l-għarfien u għar-realizzazzjoni ta' suq intern ta' 500 miljun konsumatur. It-traffiku ta' data mobbli huwa ffaċilitat bl-allokazzjoni ta' spettru tar-radju suffiċjenti sabiex il-konsumaturi u n-negozji jużaw is-servizzi ta' telefonati bil-vuċi, tal-SMS u tad-data kullimkien fl-Unjoni. Filwaqt li jipprevedi l-allokazzjoni ta' spettru suffiċjenti u adegwat f'waqtu biex jiġu appoġġati l-objettivi tal-politika tal-Unjoni u biex jintlaħqu bl-aħjar mod id-domandi li qed jiżdiedu għat-traffiku ta' data bla fili, il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju pluriennali stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE (8) ser iwitti t-triq għal żvilupp li jippermetti lill-Unjoni tkun fuq quddiem fil-veloċità tal-broadband, il-mobbiltà, il-kopertura u l-kapaċità, filwaqt li jiffaċilita l-bidu ta' mudelli ta' negozju u teknoloġiji ġodda, u b'hekk jikkontribwixxi għat-tnaqqis ta' problemi strutturali fil-livell ta' roaming bl-ingrossa.

(2b)       L-użu mifrux ta' apparat mobbli li kapaċi jirċievi l-internet ifisser li data roaming għandu importanza ekonomika kbira. Dan hu kriterju deċiżiv kemm għall-utenti kif ukoll għall-fornituri tal-applikazzjonijiet u tal-kontenut. Sabiex jiġi stimulat l-iżvilupp ta' dan is-suq, it-tariffi għat-trasferiment ta' data m'għandhomx ifixklu t-tkabbir.

(2c)  Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha bit-titolu 'Dwar ir-rapport interim dwar il-qagħda tal-iżvilupp tas-servizzi tar-roaming fl-Unjoni Ewropea', tinnota li żviluppi teknoloġiċi u/jew l-alternattivi għas-servizzi tar-roaming, bħad-disponibbiltà tal-"Voice over Internet Protocol" (VoIP) jew tal-Wi-Fi, jistgħu jrendu s-suq intern tas-servizzi tar-roaming tal-Unjoni aktar kompetittiv. Filwaqt li dawn l-alternattivi, partikolarment is-servizzi VoIP, qed jintużaw dejjem aktar fil-livell domestiku, ma kienx hemm żviluppi sinifikanti fl-użu tagħhom waqt ir-roaming.

(2d)       Minħabba l-iżvilupp mgħaġġel tat-traffiku tad-data mobbli u ż-żieda fin-numru ta' konsumaturi li qed jużaw is-servizzi tar-roaming ta' telefonati bil-vuċi, SMS u data barra minn pajjiżhom, jeħtieġ li tiżdied il-pressjoni tal-kompetizzjoni, sabiex jiġu żviluppati mudelli tan-negozju u teknoloġiji ġodda. Ir-regolazzjoni tat-tariffi tar-roaming għandha tkun imfassla b'mod li ma jiskuraġġixxix il-kompetizzjoni lejn livelli ta' prezzijiet aktar baxxi .

(3)         Il-ħolqien ta' żona soċjali, edukattiva, kulturali u intraprenditorjali Ewropea bbażata fuq il-mobbiltà tal-individwi u tad-data diġitali għandha tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn in-nies sabiex tinħoloq “Ewropa għaċ-Ċittadini” reali .

(4)  Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (id-Direttiva dwar l-Aċċess)(9), id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni)(10), id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva Kwadru)(11), id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti rigward netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva Servizz Universali)(12) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data [data] personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)(13) (minn hawn 'il quddiem kollettivament imsejħa l-“qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi”) għandhom l-għan li joħolqu suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fi ħdan l-Unjoni filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur permezz ta’ kompetizzjoni msaħħa.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 mhuwiex miżura iżolata, iżda għandu jikkomplementa u jappoġġa, sa fejn hu konċernat ir-roaming madwar l-Unjoni, ir-regoli previsti mill-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dak il-qafas ma pprovdiex lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b'għodda suffiċjenti sabiex jieħdu azzjoni effettiva u deċiżiva rigward il-prezzijiet tas-servizzi roaming fl-Unjoni  u għalhekk ma jiżgurax il-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern għas-servizzi roaming. Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 kien mezz adatt biex din is-sitwazzjoni tiġi korretta din is-sitwazzjoni.

(6)         Il-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi huwa bbażat fuq il-prinċipju li għandhom jiġu imposti obbligi regolatorji ex ante biss fejn ma jkunx hemm kompetizzjoni effettiva, u jipprevedi proċess ta’ analiżi perjodika tas-suq u ta' reviżjoni tal-obbligi mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jwassal għal obbligi ex ante imposti fuq operaturi indikati bħala detenturi ta' setgħa sinifikanti fis-suq. L-elementi li jikkostitwixxu dan il-proċess jinkludu d-definizzjoni ta' swieq rilevanti skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u s-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjoni elettronika li huma suxxettibbli għal regolazzjoni ex ante skont id-Direttiva 2002/21/KE(14) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “r-Rakkomandazzjoni”), l-analiżi tas-swieq iddefiniti skont il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-analiżi tas-suq u l-istima tas-setgħa sinifikanti fis-suq fil-qafas regolatorju tal-Unjoni għan-netwerks u servizzi ta' komunikazzjoniji elettronika(15), l-indikazzjoni tal-operaturi b’setgħa sinifikanti fis-suq, u l-impożizzjoni ta’ obbligi ex ante fuq l-operaturi hekk indikati.

(7)  Ir-Rakkomandazzjoni identifikat bħala suq rilevanti suxxettibbli għar-regolaazzjoni ex ante s-suq nazzjonali bl-ingrossa għar-roaming internazzjonali fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli. Madankollu, il-ħidma li saret mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, kemm individwalment kif ukoll fi ħdan il-Grupp tar-Regolaturi Ewropej (ERG), u s-suċċessur tiegħu l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (16), fl-analiżi tas-swieq nazzjonali bl-ingrossa għar-roaming internazzjonali wriet li għadu ma kienx possibbli għal awtorità regolatorja nazzjonali li tindirizza b’mod effettiv il-livell għoli tat-tariffi bl-ingrossa għar-roaming madwar l-Unjoni minħabba d-diffikultà fl-identifikazzjoni ta' impriżi b’setgħa sinifikanti fis-suq fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tar-roaming internazzjonali, inkluża n-natura transkonfinali tiegħu. Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 717/2007, is-suq tar-roaming tneħħa mir-Rakkomandazzjoni riveduta(17).

(8)         Barra minn hekk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali inkarigati mill-protezzjoni u l-promozzjoni tal-interessi tal-konsumaturi ta' telefonija mobbli normalment residenti fit-territorju tagħhom ma jistgħux jikkontrollaw l-imġiba tal-operaturi tan-netwerk miżjur, li jinsab fi Stati Membri oħra, u li fuqu jiddipendu dawk il-konsumaturi meta jużaw is-servizzi roaming internazzjonali. Dan l-ostakolu jista' jkollu l-effett li jnaqqas l-effikaċja tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri bbażati fuq il-kompetenza residwa tagħhom sabiex jadottaw ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur.

(9)  Hemm għalhekk pressjoni biex l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jindirizzaw il-livell tat-tariffi tar-roaming internazzjonali, iżda l-mekkaniżmu għall-intervent regolatorju ex ante mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali previst mill-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi deher li ma kienx biżżejjed sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jaġixxu b’mod deċiżiv fl-interess tal-konsumatur f’dan il-qasam speċifiku.

(10)       Barra minn hekk, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-regolazzjoni u s-swieq Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika(18) talbet lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa inizjattivi ġodda li jnaqqsu l-ispejjeż għoljin tat-traffiku tal-telefonija mobbli transkonfinali, filwaqt li l-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2006 kkonkluda li teżisti l-ħtieġa għal politiki bbażati fuq teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) iffukata, effettiva u integrata, sew fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali, għall-kisba tal-għanijiet tat-tkabbir ekonomiku u l-produttività, u nnota f’dan il-kuntest l-importanza, għall-kompetittività, tat-tnaqqis fit-tariffi tar-roaming.

(11)       Il-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet apparenti dak iż-żmien, kien immirat lejn it-tneħħija tal-ostakoli kollha għall-kummerċ bejn l-Istati Membri fil-qasam li dan il-qafas armonizza, inter alia, fir-rigward ta' miżuri li jolqtu t-tariffi tar-roaming. Madankollu, dan ma għandux iżomm milli jiġu adattati regoli armonizzati pari passu ma’ kunsiderazzjonijiet oħra sabiex jinstabu l-mezzi l-aktar effettiv biex tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis -suq intern għas-servizzi tar-roaming u biex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur .

(12)  Dan ir-Regolament għandu għalhekk jippermetti distakk mir-regoli li normalment jkunu applikabbli taħt il-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod partikolari d-Direttiva Kwadru, jiġifieri li l-prezzijiet għal offerti ta’ servizz għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ ftehim kummerċjali fin-nuqqas ta’ setgħa sinifikanti fis-suq, u sabiex b’hekk tiġi akkomodata l-introduzzjoni ta’ obbligi regolatorji komplementari li jirriflettu l-karatteristiċi speċifiċi tas-servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni.

(13)       Is-swieq tar-roaming bl-imnut u bl-ingrossa juru karatteristiċi uniċi li jiġġustifikaw miżuri eċċezzjonali li jmorru lil hinn mill-mekkaniżmi li jkunu diversament disponibbli taħt il-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(14)       Għandu jiġi applikat approċċ armonizzat sabiex jiġi żgurat li l-utenti tan-netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli terrestri li jivvjaġġaw fi ħdan l-Unjoni ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi roaming disponibbli madwar l-Unjoni ▌, sabiex b’hekk tissaħħaħ il-kompetizzjoni fir-rigward tas-servizzi tar-roaming bejn il-fornituri tar-roaming, jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u jitħarsu kemm l-inċentivi għall-innovazzjoni kif ukoll l-għażla tal-konsumatur. Fid-dawl tan-natura transkonfinali tas-servizzi kkonċernati, dan l-approċċ komuni huwa meħtieġ sabiex il-fornituri tar-roaming jkunu jistgħu joperaw taħt qafas regolatorju koerenti msejjes fuq kriterji stabbiliti oġġettivament.

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 ser jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2012. Qabel l-iskadenza tiegħu, il-Kummissjoni għamlet analiżi skont ▌ l-Artikolu 11 tiegħu, fejn kien meħtieġ li tevalwa jekk l-għanijiet ta' dak ir-Regolament kinux intlaħqu u tanalizza l-iżviluppi fit-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut għall-forniment lil konsumaturi tar-roaming ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni ta' telefonati bil-vuċi, SMS u data. Fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2011 dwar ir-riżultat tar-reviżjoni dwar it-tħaddim tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 l-Kummissjoni kkonkludiet li kien xieraq li l-applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 tiġi estiża lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2012 .

(16)       Data dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet għal servizzi tar-roaming ta' telefonati bil-vuċi, SMS u data madwar l-Unjoni minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 ▌, inklużi b’mod partikolari dawk miġbura fuq bażi trimestrali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u rrappurtati ▌permezz tal-BEREC, ma jipprovdux provi li jissuġġerixxu li l-kompetizzjoni fil-livelli bl-ingrossa jew bl-imnut żviluppat b'mod raġonevoli u aktarx se tkun sostenibbli minn Ġunju 2012 ’il quddiem fin-nuqqas ta’ miżuri regolatorji. Din id-data tindika li prezzijiet tar-roaming bl-imnut u bl-ingrossa għadhom ħafna ogħla mill-prezzijiet domestiċi u qed jibqgħu fil-limiti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 ▌, jew qribhom, b’kompetizzjoni limitata biss taħt dawk il-limiti.

(17)  L-iskadenza fit-30 ta'Ġunju 2012 tas-salvagwardji regolatorji li japplikaw għal servizzi roaming madwar l-Unjoni fil-livelli tal-ingrossa u tal-imnut permezz tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 ▌, għandha għalhekk twassal għal riskju sinifikanti li n-nuqqas ta’ pressjoni kompetittiva involuta fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming u l-inċentiv għall-fornituri tar-roaming biex jiksbu l-massimu tad-dħul tar-roaming tagħhom jistgħu jwasslu biex il-prezzijiet bl-imnut u bl-ingrossa għal roaming madwar l-Unjoni ma jikkostitwixxux riflessjoni raġonevoli tal-ispejjeż involuti fil-forniment tas-servizz, u b’hekk jheddu l-kisba tal-għanijiet ta' dak ir-Regolament. Intervent regolatorju fis-suq għas-servizzi tar-roaming mobbli għandu għalhekk jiġi estiż għal wara t-30 ta’ Ġunju 2012 sabiex il-funzjonament tajjeb tas-suq intern ikun żgurat billi jħalli l-kompetizzjoni tiżviluppa, filwaqt li fl-istess ħin jiggarantixxi li l-konsumaturi jibqgħu jibbenefikaw mill-assigurazzjoni li mhux se jħallsu prezz eċċessiv meta mqabbel ma’ prezzijiet nazzjonali kompetittivi .

(17a)     L-objettiv tal-politika stabbilit fl-Artikolu 8 tad-Direttiva Kwadru rigward l-abbiltà tal-utenti finali biex jaċċessaw u jxerrdu l-informazzjoni jew iħaddmu applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom għandu jiġi promoss mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

(18)  Sabiex nippermettu l-iżvilupp ta' suq aktar effiċjenti, integrat u kompetittiv għas-servizzi roaming, ma għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni li tipprevjeni lill-impriżi milli jinnegozjaw b'mod effettiv aċċess bl-ingrossa bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming. L-ostakoli għall-aċċess għal servizzi tar-roaming bl-ingrossa bħal dawn, minħabba differenzi fis-saħħa tan-negozjar u fil-livell ta' sjieda tal-infrastruttura għall-impriżi għandhom jitneħħew. Operaturi ta' netwerk mobbli virtwali (MVNOs) u bejjiegħa mill-ġdid ta' servizzi ta' komunikazzjoni mobbli mingħajr infrastruttura tan-netwerk tagħhom tipikament jipprovdu servizzi tar-roaming ibbażati fuq ftehim kummerċjali għar-roaming bl-ingrossa mal-operaturi ospitanti tan-netwerk mobbli tagħhom fl-istess Stat Membru. Madankollu, in-negozjati kummerċjali jistgħu ma jipprovdux marġini biżżejjed lill-MVNOs u l-bejjiegħa mill-ġdid biex jistimulaw il-kompetizzjoni permezz ta' prezzijiet irħas. It-tneħħija ta' dawk l-ostakoli u l-ibbilanċjar tas-saħħa tan-negozjar bejn l-MVNOs/bejjiegħa mill-ġdid u l-operaturi ta' netwerk mobbli b'obbligu ta' aċċess u limiti fuq il-bejgħ bl-ingrossa għandu jiffaċilita l-iżvilupp ta' servizzi u offerti tar-roaming alternattivi, innovattivi u mifruxa madwar l-Unjoni għall-konsumaturi. Ir-regoli tal-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod partikolari tad-Direttiva Kwadru u d-Direttiva dwar l-Aċċess, ma jippermettux li tkun indirizzata din il-problema billi jiġu imposti l-obbligi fuq l-operaturi li għandhom setgħa sinifikanti fis-suq.

(19)  Għalhekk għandhom jiġu introdotti regoli sabiex jistabilixxu l-obbligu li jintlaqgħu talbiet raġonevoli għal aċċess bl-ingrossa għal netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming. Aċċess bħal dan għandu jkun f'konformità mal-ħtiġijiet ta' dawk li jfittxu aċċess. L-aċċess għandu jiġi rifjutat biss fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, bħall-fattibbiltà teknika u l-ħtieġa li tinżamm l-integrità tan-network. Meta l-aċċess ikun irrifjutat, il-parti offiża għandha tkun tista' tressaq il-każ għar-riżoluzzjoni ta' tilwim skont il-proċedura stipulata f'dan ir-Regolament. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ugwali għal kulħadd, aċċess bl-ingrossa bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming għandu jingħata skont l-obbligi regolatorji stipulati f'dan ir-Regolament applikabbli fil-livell bl-ingrossa, u għandu jqis l-elementi differenti tal-ispejjeż meħtieġa għall-forniment ta' tali aċċess. Approċċ regolatorju konsistenti għall-aċċess bl-ingrossa għall-forniment tas-servizzi tar-roaming għandu jikkontribwixxi biex jevita tgħawwiġ bejn l-Istati Membri. Il-BEREC għandu, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u f'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, joħroġ linji gwida għal aċċess bl-ingrossa bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming.

(19a)  Obbligu ta' aċċess għar-roaming bl-ingrossa għandu jinkludi l-forniment ta' servizzi tar-roaming diretti bl-ingrossa kif ukoll il-forniment ta' servizzi tar-roaming bl-ingrossa għal bejgħ mill-ġdid minn partijiet terzi. L-obbligu ta' aċċess għar-roaming bl-ingrossa jkopri wkoll l-obbligu tal-operatur tan-netwerk mobbli li jippermetti lill-MVNOs u l-bejjiegħa mill-ġdid li jixtru servizzi tar-roaming regolati bl-ingrossa minn aggregaturi ta' bejgħ bl-ingrossa li jipprovdu punt ta' aċċess uniku u pjattaforma standardizzata għal ftehimiet ta' roaming fl-Unjoni kollha. Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi kollha jipprovdu aċċess lill-faċilitajiet kollha meħtieġa għar-roaming bl-ingrossa dirett u aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta' roaming bl-ingrossa lill-fornituri tar-roaming f'perijodu raġonevoli ta' żmien, għandha tiġi ppubblikata offerta ta' referenza li jkun fiha l-kondizzjonijiet standard għal aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa u aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta' roaming bl-ingrossa. Il-pubblikazzjoni tal-offerta ta' referenza m'għandhiex timpedixxi negozjati kummerċjali, bejn min jitlob u min jipprovdi l-aċċess, dwar il-livell tal-prezz tal-ftehim aħħari għall-bejgħ bl-ingrossa jew dwar servizzi ta' aċċess addizzjonali bl-ingrossa li jmorru lil hinn minn dawk meħtieġa għall-aċċess għar-roaming dirett bl-ingrossa u l-aċċess għal bejgħ mill-ġdid tar-roaming bl-ingrossa.

(20)  Obbligu ta' aċċess bl-ingrossa għar-roaming għandu jkopri aċċess għall-komponenti kollha meħtieġa li jippermetti l-forniment tas-servizzi tar-roaming, bħal pereżempju : ▌elementi tan-netwerk u faċilitajiet assoċjati; ▌sistemi ta' software rilevanti, inklużi sistemi ta' appoġġ operazzjonali; ▌sistemi ta' informazzjoni jew bażijiet tad-data għall-ordnijiet minn qabel, forniment, ordnijiet, talbiet ta' manutenzjoni u tiswija, u fatturar; ▌traduzzjoni ta' numri jew għal sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti; ▌netwerks mobbli ▌u ▌servizzi tan-netwerk virtwali.

(20a)     Jekk min jitlob l-aċċess għal bejgħ mill-ġdid tar-roaming bl-ingrossa jitlob aċċess għal faċilitajiet jew servizzi addizzjonali għal dak li hu meħtieġ għall-forniment ta' servizzi tar-roaming bl-imnut, l-operaturi ta' netwerk mobbli jistgħu jitolbu ħlas ġust u raġonevoli għal dawk il-faċilitajiet jew servizzi. Dawk il-faċilitajiet jew servizzi addizzjonali jistgħu jkunu fost oħrajn servizzi ta' valur miżjud, software u sistemi ta' informazzjoni addizzjonali jew arranġamenti għall-ħruġ ta' kontijiet.

(21)  Is-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli jinbiegħu f'qatet (bundles) inklużi kemm is-servizzi domestiċi kif ukoll dawk tar-roaming, u dan jillimita l-għażla tal-konsumaturi għas-servizzi tar-roaming. Tali qatet inaqqsu t-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi tar-roaming, peress li diffiċli li komponenti individwali fi ħdan il-qatet jitqabblu. Konsegwentement, il-kompetizzjoni fost l-operaturi abbażi tal-element tar-roaming fil-qatet mobbli għadha mhijiex evidenti. Jekk tiġi ffaċilitata d-disponibbiltà tar-roaming bħala servizz separat, jiġu indirizzati problemi strutturali billi jitqajjem għarfien fost il-konsumaturi dwar il-prezzijiet tar-roaming, u b'hekk f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi tar-roaming ikun hemm għażla distinta tal-klijent u tiżdied il-pressjoni kompetittiva fuq in-naħa tad-domanda. Dan għalhekk jikkontribwixxi għal funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern għas-servizzi tar-roaming ▌ .

(21a)     It-talba tal-konsumaturi u tan-negozju għal servizzi tad-data mobbli żdiedet b'mod sinifikanti fis-snin reċenti. Madankollu, minħabba tariffi għolja tar-roaming tad-data, l-użu ta' dawk is-servizzi hu mxekkel sew għall-konsumaturi u n-negozji li joperaw b'mod transkonfinali fl-Unjoni. Minħabba li s-suq għadu fil-bidu tiegħu u minħabba d-domanda li qed tikber sew tal-konsumaturi għar-roaming tad-data, it-tariffi bl-imnut regolati għandhom mnejniżommu biss l-prezzijiet madwar il--limiti tal-tariffi massimi proposti, kif ġara fir-rigward tair-Regolament (KE) No 717/2007, minflok jinbuttawhom aktar l-isfel. Dan jikkonforma l-ħtieġa għal aktar miżuri strutturali.

(22)       ▌

(22a)  Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jbiddlu faċilment, fl-aktar żmien qasir possibbli li jiddependi mis-soluzzjoni teknika, bla pieni u mingħajr ħlas, għal operaturi alternattivi tar-roaming jew bejn operaturi alternattivi tar-roaming. Il-konsumaturi għandhom ikunu mgħarrfa b'mod ċar, li jinftiehem u faċilment aċċessibbli dwar din il-possibbiltà.

(22b)     Il-konsumaturi għandu jkollhom id-dritt li, b'mod faċli għall-konsumaturi, jagħżlu bejgħ separat tas-servizzi tar-roaming mill-bejgħ tal-pakkett mobbli domestiku tagħhom. Bħalissa hemm diversi modi kif il-bejgħ separat tas-servizzi tar-roaming bl-ingrossa regolati jista' jiġi teknikament implimentat, inkluż Identità Internazzjonali tal-Abbonat Mobbli (IMSI) doppja (żewġ IMSI separati fuq l-istess SIM card), IMSI unika (il-kondiviżjoni ta' IMSI unika bejn il-fornitur domestiku u dak tar-roaming) u l-għaqda ta' IMSI doppja jew unika flimkien mal-modalitajiet tekniċi li ma jċaħħdux lill-klijient milli jaċċessa servizzi regolati tar-roaming tad-data pprovduti direttament fuq netwerk miżjur, permezz ta' arranġamenti bejn l-operatur ta' netwerk domestiku u l-operatur tan-netwerk miżjur.

(22c)  Prezzijiet għolja tar-roaming tad-data qed jiskoraġġixxu lill-ikonsumaturi milli jużaw is-servizzi tad-data mobbli meta jivvjaġġaw fl-Unjoni. Minħabba d-domanda li qed tiżdied u l-importanza tas-servizzi tar-roaming tad-data, m'għandux ikun hemm ostakli għall-użu ta' servizzi tar-roaming tad-data alternattivi, ipprovduti direttament fuq netwerk miżjur, temporanjament jew permanentement, irrispettivament mill-kuntratti jew l-arranġamenti eżistenti tar-roaming mal-fornituri domestiċi u bla ebda tariffa addizzjonali imposta minnhom. Meta meħtieġa, sabiex joffru s-servizzi tar-roaming tad-data, ipprovduti direttament f'netwerk miżjur, fornituri domestiċi u fornituri tas-servizzi tar-roaming tad-data għandhom jikkollaboraw sabiex il-klijienti ma jiġux imċaħħda milli jaċċessaw u jużaw dawk is-servizzi u biex jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi tar-roaming l-oħrajn.

(22d)     Waqt li dan ir-Regolament m'għandu jistipula ebda modalitajiet tekniċi partikolari għall-bejgħ separat ta' servizzi tar-roaming, iżda minflok iwitti t-triq għas-soluzzjoni l-aktar effettiva u effiċjenti, inkluż soluzzjoni ikkombinata, li għandha tiġi żviluppata mill-Kummissjoni abbażi tal-kontribut mill-BEREC, għandhom jiġu stipulati kriterji fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati mis-soluzzjoni teknika għall-bejgħ separat ta' servizzi tar-roaming. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu fost l-oħrajn l-introduzzjoni tas-soluzzjoni b'mod ikkoordinat u armonizzat fl-Unjoni kollha u għandhom jiżguraw li l-ikonsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu malajr u faċilment fornitur differenti għas-servizzi tar-roaming mingħajr ma jibdlu n-numru. Barra minn hekk, roaming barra mill-Unjoni jew minn ikonsumaturi ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni m'għandux jitwaqqaf.

(23)  Għandha tiġi stabbilita żieda fil-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-operaturi tan-netwerks mobbli sabiex tkun possibbli mil-lat tekniku ▌ evoluzzjoni teknika kkoordinata u mingħajr xkiel tal-forniment tas-servizzi tar-roaming separati, u mingħajr ma jiġi mċaħħad l-aċċess għal servizzi tar-roaming tad-data ipprovduti direttament f'netwerk miżjur. Għalhekk, għandhom jiġu elaborati l-prinċipji bażiċi u l-metodoloġiji rilevanti, sabiex ikun possibbli adattament rapidu għal ċirkostanzi mibdula u avvanzi teknoloġiċi. Il-BEREC għandu , ▌b'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, jassisti lill-Kummissjoni tiżviluppa l-elementi tekniċi sabiex ikun possibbli l-bejgħ separat tas-servizzi tar-roaming u sabiex ma jiġiex prevenut l-aċċess għal servizzi tar-roaming tad-data ipprovduti direttament fuq netwerk miżjur. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħti mandat lil korp Ewropew ta' standardizzazzjoni għall-emendar tal-istandards rilevanti li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni armonizzata tal-bejgħ separat tas-servizzi regolati tar-roaming bl-imnut .

(23a)     Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-forniment ta' servizzi tar-roaming separati, is-setgħat ta’ implementazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward ta' regoli dettaljati dwar l-obbligi ta' informazzjoni tal-fornituri domestiċi u dwar soluzzjoni teknika għall-bejgħ separat ta' servizzi tar-roaming. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(19).

(23b)  Il-BEREC għandu jkun jista', b'kont meħud ta' dan ir-Regolament u tal-atti ta' implimentazzjoni adottati f' konformita' miegħu, jipprovdi fuq l-inizjattiva tiegħu gwida teknika speċifika dwar il-bejgħ separat ta' servizzi tar-roaming bl-imnut regolati jew dwar kwistjonijiet oħra koperti minn dan ir-Regolament.

(24)       Biex il-bejgħ separat tas-servizzi regolati tar-roaming bl-imnut ikun effettiv b'mod sħiħ, jitqies li bejgħ bħal dan jeħtieġ li jiġi kkombinat mal-obbligu għal aċċess bl-ingrossa għall-forniment ta' servizzi tar-roaming biex jiġi ffaċilitat id-dħul fis-suq minn partijiet ġodda jew eżistenti, inklużi fornituri tas-servizzi tar-roaming transkonfinali. Dik is-soluzzjoni tevita tgħawwiġ bejn l-Istati Membri billi tiżgura approċċ regolatorju konsistenti, u b'hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-bejgħ separat tas-servizzi regolati tar-roaming bl-imnut se jeħtieġ perijodu raġonevoli għall-operaturi biex jadattaw fil-livell tekniku, u għalhekk il-miżuri strutturali se jirriżultaw f'suq intern ġenwin b'kompetizzjoni suffiċjenti biss wara ċertu perijodu ta' żmien. Għal din ir-raġuni, it-tariffi bl-ingrossa massimi għal servizzi tar-roaming ta' telefonati bil-vuċi, SMS u data, kif ukoll limiti ta' salvagwardja fil-livell bl-imnut, għandhom jinżammu fuq bażi temporanja f'livell xieraq biex jiġi żgurat li l-benefiċċji eżistenti għall-klijent jinżammu matul perijodu transizzjonali ta' implimentazzjoni ta' tali miżuri strutturali ▌.

(25)  Fir-rigward tal-kontinwazzjoni ta' regolazzjoni temporanja tal-prezzijiet, l-obbligi regolatorji għandhom jiġu imposti kemm fil-livell ta’ bejgħ bl-imnut, kif ukoll fil-livell ta’ bejgħ bl-ingrossa sabiex ikunu protetti l-interessi tal-ikonsumaturi tar-roaming, billi l-esperjenza wriet li t-tnaqqis tal-prezzijiet bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni jistgħu ma jkunux riflessi fi prezzijiet bl-imnut aktar baxxi għar-roaming, minħabba li ma jkunx hemm inċentivi sabiex dan iseħħ. Min-naħa l-oħra, l-azzjoni sabiex jitnaqqas il-livell tal-prezzijiet bl-imnut mingħajr ma jiġi indirizzat il-livell tal-ispejjeż bl-ingrossa marbuta mal-forniment ta’ dawn is-servizzi jista' jissogra li jfixkel il-funzjonament xieraq tas-suq intern għas-servizzi tar-roaming u ma jippermettix grad ta' kompetizzjoni ogħla.

(26)       Sakemm il-miżuri strutturali majġibu kompetizzjoni suffiċjenti fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming li tista' twassal għal tnaqqis fl-ispejjeż bl-ingrossa li mbagħad tgħaddi fuq il-konsumaturi, l-approċċ l-aktar effettiv u proporzjonat għar-regolazzjoni tal-livell tal-prezzijiet sabiex isiru u jiġu riċevuti telefonati roaming fl-Unjoni huwa l-istabbiliment fil-livell tal-Unjoni ta’ tariffa medja massima kull minuta fil-livell bl-ingrossa u l-limitazzjoni ta' tariffi fil-livell bl-imnut, permezz tal-Ewrotariffa li ddaħħlet bir-Regolament (KE) Nru 717/2007, li kienet estiża permezz tat-tariffa Ewro-SMS prevista fir-Regolament (KE) Nru 544/2009(20) u għandha tiġi estiża permezz tat-tariffa Ewro-data prevista f'dan ir-Regolament. It-tariffa medja bl-ingrossa għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi mobbli fi ħdan l-Unjoni matul perijodu speċifikat.

(27)  It-tariffi transitorji Ewro-vuċi, Ewro-SMS u Ewro-data għandhom jiġu ffissati f’livell ta' salvagwardja li, filwaqt li jiżgura li ▌l-benefiċċji għall-klijent mhux biss jinżammu iżda anke jiżdiedu matul perijodu transizzjonali ta' implimentazzjoni ta' miżuri strutturali, jiggarantixxi marġni suffiċjenti għall-fornituri tar-roaming u jinkoraġġixxi offerti tar-roaming kompetittivi b’rati aktar baxxi. Matul il-perijodu kkonċernat il-fornituri tar-roaming għandhom b'mod attiv jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi bl-informazzjoni dwar l-Ewrotariffi u joffruhom lill-ikonsumaturi tar-roaming tagħhom kollha, b'xejn u b'mod ċar u trasparenti.

(28)       It-tariffi transitorji tal-Euro-vuċi, Euro-SMS u Euro-data li għandhom jiġu offruti lill-konsumaturi tar-roaming għandhom jirriflettu marġni raġonevoli fuq l-ispiża bl-ingrossa sabiex jingħata servizz tar-roaming, filwaqt li l-fornituri tar-roaming jkollhom il-libertà li jikkompetu billi jiddifferenzjaw l-offerti tagħhom u jadattaw l-istrutturi tal-ipprezzar tagħhom għall-kondizzjonijiet tas-suq u għall-preferenzi tal-konsumaturi. Tali limitu ta' salvagwardja għandu jiġi ffissat f'livelli li ma jgħawġux il-benefiċċji kompetittivi ta'miżuri strutturali u jkunu jistgħu jitneħħew ladarba l-miżuri strutturali jkun kellhom opportunità jipproduċu gwadanji konkreti u dejjiema għall-konsumaturi. Dan l-approċċ regolatorju m'għandux japplika għall-parti tat-tariffa li tiġi imposta għall-forniment ta' servizzi ta' valur miżjud iżda biss għat-tariffi għall-kollegament ma' dawk is-servizzi.

(29)  Dan l-approċċ regolatorju għandu jkun sempliċi sabiex wieħed jimplimentah u jimmonitorjah b'mod li jitnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-operaturi u l-fornituri tar-roaming li fuqhom huma imposti r-rekwiżiti tiegħu, kif ukoll għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali inkarigati mis-superviżjoni u l-infurzar tiegħu. Għandu jkun ukoll trasparenti u li jinftiehem mill-ewwel mill-konsumaturi mobbli kollha fi ħdan l-Unjoni . Barra minn hekk għandu jipprovdi ċertezza u prevedibbiltà għall-operaturi li jipprovdu servizzi tar-roaming bl-ingrossa u bl-imnut. Għalhekk huwa xieraq li f'dan ir-Regolament ikun hemm speċifikat il-livell f'termini monetarji tat-tariffi massimi kull minuta fil-livelli tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut.

(30)       L-ogħla tariffa medja ghal kull minuta fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa kif speċifikata għandha tqis l-elementi differenti involuti meta ssir telefonata roaming madwar l-Unjoni, b'mod partikolari l-ispiża sabiex telefonati joriġinaw u jintemmu fuq netwerks mobbli, u inklużi l-ispejjeż indiretti (overheads), is-sinjalar u t-transitu. L-aktar valutazzjoni komparattiva (benchmark) adatta għall-oriġini ta' telefonata u għat-tmiem ta' telefonata għandha tkun ir-rata medja ta' tmiem fuq netwerk mobbli għall-operaturi ta’ netwerks mobbli fl-Unjoni, ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ppubblikata mill-Kummissjoni. It-tariffa medja massima għal kull minuta stabbilita b'dan ir-Regolament għandha għalhekk tiġi ddeterminata filwaqt li titqies ir-rata medja ta' tmiem ta' telefonati mobbli, li toffri valutazzjoni komparattiva għall-ispejjeż involuti. It-tariffa medja massima għal kull minuta fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa għandha tonqos kull sena sabiex tqis it-tnaqqis fir-rati ta' tmiem ta' telefonati mobbli imposti minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali minn żmien għal żmien.

(31)  It-tariffa transitorja Ewro-vuċi applikabbli fil-livell tal-bejgħ bl-imnut għandha tipprovdi lill-konsumaturi tar-roaming l-assigurazzjoni li ma jiġix impost fuqhom prezz eċċessiv meta jagħmlu jew jirċievu telefonata roaming regolata, filwaqt li tħalli lill-fornitur tar-roaming marġni biżżejjed sabiex jiddifferenzja l-prodotti li joffri lill-konsumaturi.

(32)       Matul il-perijodu transizzjonali tal-limiti ta' salvagwardja, il-konsumaturi kollha għandhom ikunu informati u jkollhom l-għażla, mingħajr tariffi u prekondizzjonijiet addizzjonali, ta' tariffa sempliċi tar-roaming li ma taqbisx it-tariffi massimi. Marġni raġonevoli bejn l-ispejjeż bl-ingrossa u prezzijiet bl-imnut għandu jiżgura li l-fornituri tar-roaming jkunu jistgħu jkopru l-ispejjeż tar-roaming speċifiċi tagħhom fil-livell bl-imnut inklużi ishma adegwati ta' spejjeż ta' kummerċjalizzazzjoni u sussidji tal-apparat tal-idejn (handset) u li jibqgħalhom residwu adegwat li jrendi profitt raġonevoli. Tariffi transitorji ta' Ewro-vuċi, Ewro-SMS u Ewro-data huma mezz adatt li jipprovdi kemm protezzjoni lill-konsumatur kif ukoll flessibbiltà lill-fornitur tar-roaming. F'konformità mal-livell ta' bejgħ bl-ingrossa, l-livelli massimi tat-tariffi Ewro-vuċi, Ewro-SMS u Ewro-data għandhom jonqsu kull sena.

(33)  Matul il-perijodu transizzjonali tal-limiti ta' salvagwardja, il-konsumaturi tar-roaming ġodda għandhom jiġu infurmati bis-sħiħ b'mod ċar u li jinftiehem dwar il-firxa ta' tariffi li jeżistu għar-roaming fi ħdan l-Unjoni, inklużi t-tariffi li huma konformi mat-tariffi transitorji Ewro-vuċi, Ewro-SMS u Ewro-data. Il-konsumaturi tar-roaming eżistenti għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu tariffa ġdida konformi mat-tariffi transitorji Ewro-vuċi, Ewro-SMS u Ewro-data jew kwalunkwe tariffa tar-roaming oħra fi żmien speċifiku. Għall-konsumaturi tar-roaming li għadhom ma għamlux l-għażla tagħhom f'dan iż-żmien, huwa xieraq li jkun hemm distinzjoni bejn dawk li diġà għażlu tariffa speċifika jew pakkett speċifiku tar-roaming qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u dawk li għadhom ma għażlux. Dawn tal-aħħar għandhom jingħataw awtomatikament tariffa li tikkonforma ma' dan ir-Regolament. Il-konsumaturi tar-roaming li diġà jibbenefikaw minn tariffi jew pakketti speċifiċi tar-roaming li jissodisfaw ir-rekwiżiti individwali tagħhom u li huma għażlu fuq dik il-bażi, għandhom jibqgħu fuq it-tariffa jew pakkett li kienu għażlu qabel jekk, wara li jkunu ġew imfakkra dwar il-kondizzjonijiet attwali tat-tariffi u tal-Ewrotariffi applikabbli, huma jesprimu għażla lill-fornitur tar-roaming tagħhom li jibqgħu bl-istess tariffa. Dawn it-tariffi jew pakketti speċifiċi tar-roaming jistgħu jinkludu, pereżempju, rati fissi tar-roaming, tariffi mhux pubbliċi, tariffi bi ħlasijiet fissi ta' roaming miżjuda, tariffi bi ħlasijiet għal kull minuta aktar baxxi mit-tariffi massimi tal-Euro-vuċi, Euro-SMS u Euro-data jew tariffi bi ħlasijiet ta' installazzjoni.

(34)  Ladarba dan ir-Regolament għandu jikkostitwixxi miżura skont it-tifsira tal-Artikolu 1(5) tad-Direttiva Kwadru▌, u ladarba l-fornituri ta' servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni kollha jistgħu jkunu meħtieġa minn dan ir-Regolament sabiex jagħmlu tibdiliet fit-tariffi tar-roaming bl-imnut tagħhom sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, dawn il-bidliet ma għandhom jagħtu lill-konsumaturi tat-telefonija mobbli ebda dritt, taħt il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu l-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jirtiraw mill-kuntratti tagħhom.

(35)       Dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika offerti innovattivi lill-konsumaturi li jkunu aktar favorevoli mit-tariffi transitorji Ewro-vuċi, Ewro-SMS u Ewro-data definiti f’dan ir-Regolament, iżda minflok għandu jinkoraġġixxi li jsiru offerti innovattivi lill-konsumaturi tar-roaming b’rati aktar baxxi b'mod partikolari b'reazzjoni għall-pressjoni kompetittiva addizzjonali maħluqa mid-dispożizzjonijiet strutturali ta' dan ir-Regolament . Dan ir-Regolament ma jirrikjedix li jiġu introdotti mill-ġdid tariffi tar-roaming f'każijiet fejn dawn tneħħew kompletament, u lanqas ma jirrikjedi li jiġu miżjuda tariffi eżistenti tar-roaming għal-livell tal-limiti ta' salvagwardja tranżitorji stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(36)  Fejn it-tariffi massimi ma jkunux denominati f’euro, it-tariffi massimi applikabbli għal-limiti inizjali u l-valuri riveduti ta' dawk il-limiti għandhom jiġu stabbiliti skont il-munita rilevanti billi jiġu applikati r-rati ta’ skambju ta’ referenza ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data speċifikata f’dan ir-Regolament. Meta ma jkun hemm l-ebda pubblikazzjoni fid-data speċifikata, ir-rati tal-kambju ta' referenza applikabbli għandhom ikunu dawk ippubblikati fl-ewwel Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara dik id-data u li jkun jinkludi dan it-tip ta' rati tal-kambju ta' referenza. Bħala protezzjoni għall-konsumaturi minn żidiet fil-prezzijiet bl-imnut għal servizzi regolati tar-roaming (servizzi regolati tat-telefonati bil-vuċi, tal-SMS, jew tad-data) minħabba ċaqliq fir-rata tal-kambju ta' referenza tal-muniti li mhumiex l-euro, Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro għandu jitħalla juża medja ta' diversi rati tal-kambju ta' referenza tul perijodu ta' żmien biex jiddetermina t-tariffi bl-imnut massimi bil-munita tiegħu.

(37)       Il-prattika minn xi operaturi tan-netwerk mobbli li jiffatturaw għall-forniment ta’ telefonati roaming bl-ingrossa abbażi ta’ perijodi minimi ta’ kalkolu ta' tariffi sa 60 sekonda, minflok il-bażi ta’ kull sekonda li normalment tapplika għal tariffi bl-ingrossa ta’ interkonnessjoni oħrajn, toħloq tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn dawk l-operaturi u dawk li japplikaw metodi ta’ ħlas differenti, u tnaqqas mill-applikazzjoni konsistenti tat-tariffi bl-ingrossa massimi ntrodotti b'dan ir-Regolament. Barra minn hekk tirrappreżenta tariffa addizzjonali li, billi żżid l-ispejjeż bl-ingrossa, għandha konsegwenzi negattivi fuq l-ipprezzar tas-servizzi tar-roaming ta' telefonati bil-vuċi fil-livell tal-imnut. L-operaturi ta' network mobbli għandhom għalhekk jintalbu jitħallsu għall-forniment bl-ingrossa ta’ telefonati roaming regolati abbażi ta’ kull sekonda.

(38)  L-ERG, il-predeċessur tal-BEREC, stima li l-prattika ta’ operaturi mobbli li jużaw intervalli ta’ kalkolu ta' tariffi ta’ aktar minn sekonda waħda, meta jiffatturaw għal servizzi tar-roaming fil-livell tal-imnut, żied 24 % ma’ kont tipiku bit-tariffa Ewro-vuċi għal telefonati magħmulin u 19 % għal telefonati riċevuti. Stqarrew ukoll li dawn iż-żidiet jirrappreżentaw forma ta’ tariffa moħbija billi mhumiex trasparenti għal bosta konsumaturi. Għal din ir-raġuni, l-ERG irrakkomanda azzjoni urġenti li tindirizza l-prattiki ta’ ħlas differenti fil-livell tal-imnut li japplikaw għat-tariffa Ewro-vuċi.

(39)       Filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 717/2007 stabbilixxa approċċ komuni biex jiżgura li konsumaturi tar-roaming ma jintalbux iħallsu prezzijiet eċċessivi għal telefonati roaming regolati, billi introduċa Ewrotariffa fl-Unjoni, il-prattiki differenti ta’ ħlas skont l-unità li l-operaturi mobbli jużaw inaqqsu serjament l-applikazzjoni konsistenti tiegħu. Dan ifisser ukoll li minkejja n-natura transkonfinali ta’ servizzi tar-roaming ta’ madwar l-Unjoni, hemm approċċi differenti applikabbli għat-tariffi ta’ telefonati roaming regolati li jgħawġu l-kondizzjonijiet kompetittivi fis-suq intern.

(40)       Għalhekk għandu jiġi introdott sett ta’ regoli komuni dwar il-ħlasijiet ta’ tariffi Ewro-vuċi għal kull unità fil-livell tal-imnut sabiex ikompli jsaħħaħ is-suq intern u jipprovdi l-istess livell għoli ta’ protezzjoni mal-Unjoni kollha lill-konsumaturi tas-servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni.

(41)  Il-fornituri ta’ telefonati roaming regolati fil-livell tal-imnut għandhom għalhekk jiġu mitluba jitolbu ħlas abbażi ta’ kull sekonda lill-konsumaturi tagħhom għat-telefonati kollha, suġġett għal tariffa Ewro-vuċi, suġġett biss għall-possibbiltà li japplika perijodu minimu inizjali ta’ kalkolu ta' tariffi ta’ mhux aktar minn 30 sekonda għal telefonati magħmulin. Dan għandu jippermetti lill-fornituri tar-roaming li jkopru kwalunkwe spiża raġonevoli ta’ installazzjoni u jipprovdi flessibbiltà għal kompetizzjoni billi joffri perjodi minimi ta’ ħlas iqsar. Ebda perijodu minimu ta' tariffi inizjali mhu ġustifikat fil-każ ta’ telefonati riċevuti bit-tariffa Ewro-vuċi, billi l-ispiża bl-ingrossa involuta titħallas abbażi ta’ kull sekonda u kwalunkwe spiża speċifika tal-installazzjoni tkun diġà koperta mir-rati ta’ tmiem tas-sejħiet mobbli.

(42)       Il-konsumaturi ma għandhomx ikollhom iħallsu biex jirċievu messaġġi ta’ voice mail fuq netwerk li jkunu qed iżuru, peress li ma jistgħux jikkontrollaw it-tul ta’ messaġġi ta’ dan it-tip. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-tariffi l-oħra applikabbli għall-voice mail, pereżempju, tariffi għas-smigħ ta' messaġġi ta’ dan it-tip.

(42a)      Il-konsumaturi li jgħixu f'reġjuni tal-konfini m'għandhomx jirċievu kontijiet għolja bla bżonn minħabba tariffi tar-roaming involontarji. Għalhekk il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu l-konsumaturi minn tariffi tar-roaming imġarrba waqt li jkunu jinsabu fl-Istat Membru tagħhom. Dan għandu jinkludi miżuri adegwati ta' informazzjoni sabiex jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi biex jimpedixxu attivament każijiet bħal dawn ta' roaming magħmul biż-żball. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu attenti għal sitwazzjonijiet fejn il-konsumaturi jiffaċċjaw problemi fil-ħlas tat- tariffi tar-roaming waqt li jkunu għadhom fl-Istat Membru tagħhom u għandhom jieħdu passi xierqa biex itaffu l-problema.

(43)  Fir-rigward tas-servizzi tar-roaming ta' SMS, kif inhu l-każ għar-roaming ta' telefonati bil-vuċi, hemm riskju sinifikanti li obbligi imposti fuq prezzijiet bl-ingrossa biss ma jwasslux awtomatikament għal rati aktar baxxi għal konsumaturi bl-imnut. Min-naħa l-oħra, l-azzjoni sabiex jitnaqqas il-livell tal-prezzijiet bl-imnut mingħajr ma jiġi indirizzat il-livell tal-ispejjeż bl-ingrossa marbuta mal-forniment ta’ dawn is-servizzi tista’ tippreġudika l-pożizzjoni ta’ xi fornituri tar-roaming, b’mod partikolari fornituri tar-roaming iżgħar, billi jiżdied ir-riskju ta’ għafsa fil-prezzijiet.

(44)       Barra minn hekk, minħabba l-istruttura partikolari tas-suq għas-servizz tar-roaming u n-natura transkonfinali tiegħu, il-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċima pprovdiex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b’għodod adatti biex jindirizzaw effettivament il-problemi kompetittivi involuti fil-livell għoli ta’ prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut ta’ servizzi tar-roaming ta' SMS regolati. Dan jonqos milli jiżgura li s-suq intern jiffunzjona tajjeb, u għandu jitranġa.

(45)       Għalhekk għandhom jiġu imposti obbligi regolatorji rigward servizzi tar-roaming ta' SMS regolati fil-livell tal-ingrossa, sabiex tiġi stabbilita relazzjoni aktar raġonevoli bejn it-tariffi bl-ingrossa u l-ispejjeż tal-forniment involuti, u fil-livell tal-imnut għal perijodu transizzjonali biex jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi roaming sa ma l-miżura strutturali ssir effettiva.

(46)  Sa ma l-miżura strutturali tkun ġabet kompetizzjoni suffiċjenti fis-suq għas-servizzi tar- roaming, l-approċċ l-aktar effettiv u proporzjonat biex jiġi rregolat il-livell ta’ prezzijiet għar-roaming ta' messaġġi SMS regolati fil-livell bl-ingrossa huwa l-istabbiliment ta’ tariffa medja massima fil-livell tal-Unjoni għal kull SMS mibgħut minn netwerk miżjur. It-tariffa medja bl-ingrossa għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi fi ħdan l-Unjoni matul perijodu speċifikat.

(47)       Il-limitu tal-prezz bl-ingrossa għar-roaming ta' SMS regolat għandu jinkludi l-ispejjeż kollha mġarrba mill-fornitur tas-servizz bl-ingrossa, inkluż inter alia l-oriġini, it-transitu u l-ispiża mhux irkuprata ta’ tmiem ta’ roaming ta' messaġġi SMS fuq in-netwerk miżjur. Fornituri bl-ingrossa ta’ servizzi tar-roaming ta' SMS regolati għandhom għalhekk jiġu projbiti milli jintroduċu ħlas separat għat-tmiem ta’ roaming ta' messaġġi SMS fuq in-netwerk tagħhom, sabiex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli stabbiliti minn dan ir-Regolament.

(48)       Sabiex jiġi żgurat li l-limiti regolati għas-servizzi tar-roaming bl-ingrossa ta' SMS ikunu eqreb tal-livelli li jirriflettu l-ispejjeż involuti fil-forniment, kif ukoll li l-kompetizzjoni tista' tiżviluppa fil-livell bl-imnut, il-limiti tal-prezzijiet bl-ingrossa għal SMS regolati għandhom isegwu tnaqqis sussegwenti.

(49)  Ir-Regolament (KE) Nru 544/2009 qies li, fin-nuqqas ta' elementi strutturali li jintroduċu l-kompetizzjoni fis-suq għas-servizzi tar-roaming, l-approċċ l-aktar effettiv u proporzjonat biex jiġi rregolat il-livell tal-prezzijiet tar-roaming ta’ messaġġi SMS madwar l-Unjoni fil-livell tal-imnut kien l-introduzzjoni ta’ rekwiżit għal operaturi mobbli li joffru lill-konsumaturi tar-roaming tagħhom tariffa Ewro-SMS li ma taqbiżx tariffa massima speċifikata.

(50)       Sa ma l-miżuri strutturali jsiru effettivi, it-tariffa transitorja Ewro-SMS għandha tinżamm f’livell ta' salvagwardja li filwaqt li jiżgura li l-benefiċċji eżistenti tal-konsumatur jinżammu, jiggarantixxi marġni suffiċjenti lill-fornituri tar-roaming filwaqt li tirrifletti b’mod aktar raġonevoli l-ispejjeż involuti tal-forniment.

(51)       It-tariffa transitorja  Ewro-SMS li tista' tiġi offruta lill-konsumaturi tar-roaming għandha għalhekk tirrifletti marġni raġonevoli fuq l-ispejjeż tal-għoti tas-servizz tar-roaming ta' SMS regolat, filwaqt li l-fornituri tar-roaming jkollhom il-libertà li jikkompetu billi jiddifferenzjaw l-offerti tagħhom u jadattaw l-istrutturi tal-prezzijiet tagħhom għall-kondizzjonijiet tas-suq u għall-preferenzi tal-konsumaturi. Tali limitu ta' salvagwardja għandu jiġu ffissat f'livell li ma jgħawwiġx il-benefiċċji kompetittivi ta' miżuri strutturali u jkun jista' jitneħħa ladarba l-miżura strutturali ssir effettiva. Dan l-approċċ regolatorju ma għandux japplika għal servizzi ta' SMS b'valur miżjud.

(52)  Il-konsumaturi tar-roaming ma għandhomx jintalbu jħallsu kwalunkwe tariffa addizzjonali meta jirċievu messaġġ SMS jew voicemail roaming regolat waqt li jkunu roaming fuq netwerk miżjur, billi dawn l-ispejjeż ta’ tmiem huma diġà inklużi fit-tariffa bl-imnut li titħallas biex jintbagħat messaġġ SMS jew voicemail roaming.

(53)       Tariffa Ewro-SMS għandha tapplika awtomatikament għal kwalunkwe klijent tar-roaming, ġdid jew eżistenti, li ma jkunx għażel deliberatament, jew ma jagħżilx deliberatament, tariffa speċjali ta’ SMS roaming jew pakkett għal servizzi tar-roaming, inklużi servizzi tar-roaming ta' SMS regolati.

(54)       Messaġġ SMS huwa messaġġ b’test ta’ Servizz ta’ Messaġġ Qasir u huwa distintament differenti minn messaġġi oħra bħal messaggi MMS jew e-mails. Sabiex ikun żgurat li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu u li l-effettività tiegħu ma tinqeridx, għandu jkun projbit kwalunkwe tibdil fil-parametri tekniċi ta’ messaġġ SMS roaming li jiddifferenzjah minn messaġġ SMS domestiku.

(55)  Data miġbura minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali tindika li prezzijiet għoljin għal tariffi medji bl-ingrossa għal servizzi tar-roaming tad-data li jintalbu minn operaturi ta’ netwerks miżjura minn fornituri tar-roaming tal-konsumaturi tar-roaming qed jippersistu. Anki jekk jidher li dawn it-tariffi bl-ingrossa qed jonqsu, xorta għadhom għoljin ħafna b'relazzjoni mal-ispejjeż sottostanti..

(56)       Il-persistenza ta’ tariffi bl-ingrossa għoljin għas-servizz tar-roaming tad-data hija prinċipalment ikkawżata minn prezzijiet bl-ingrossa għoljin mitluba mill-operaturi ta’ netwerks mhux preferuti. Dawn it-tariffi jirriżultaw minn limitazzjonijiet tat-tmexxija tat-traffiku li ma jħallu ebda inċentiv min-naħa tal-operaturi biex inaqqsu l-prezzijiet standard bl-ingrossa tagħhom, billi t-traffiku jasal irrispettivament mill-prezz li jitħallas. Dan jirriżulta f’varjazzjoni estrema fl-ispejjeż bl-ingrossa. F’xi każijiet it-tariffi bl-ingrossa ta'r-roaming tad-data applikabbli għal netwerks mhux preferuti huma sitt darbiet akbar minn dawk li japplikaw għan-netwerk preferut. Dawn it-tariffi bl-ingrossa eċċessivament għoljin għas-servizzi ta' data roaming iwasslu għal tgħawwiġ konsiderevoli tal-kondizzjonijiet kompetittivi bejn fornituri tar-roaming fi ħdan l-Unjoni li jtellfu milli s-suq intern jiffunzjona tajjeb. Ixekklu wkoll il-ħila tal-fornituri tar-roaming li jbassru l-ispejjeż bl-ingrossa tagħhom, kif ukoll li jipprovdu lill-konsumaturi tagħhom b’pakketti ta’ prezzijiet bl-imnut trasparenti u kompetittivi. Minħabba n-nuqqasijiet fuq is-setgħa tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex isolvu dawn il-problemi b’mod effettiv fuq livell nazzjonali, għandha tapplika tariffa bl-ingrossa fuq servizzi tar-roaming tad-data. Għalhekk għandhom jiġu imposti obbligi regolatorji rigward servizzi regolati tar-roaming tad-data fil-livell tal-ingrossa, sabiex tiġi stabbilita relazzjoni aktar raġonevoli bejn it-tariffi bl-ingrossa u l-ispejjeż tal-forniment involuti, u fil-livell tal-imnut biex jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi tar-roaming.

(57)  Il-fornituri tar-roaming m'għandhomx jitolbu ħlas mill-klijent tar-roaming għal kwalunkwe servizz tar-roaming tad-data regolat, sakemm u sa meta l-klijent roaming ma jaċċettax il-forniment tas-servizz.

(58)       Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkopri l-forniment tas-servizzi tar-roaming tad-data bl-imnut madwar l-Unjoni kollha. Il-karatteristiċi speċjali esibiti mis-swieq għas-servizzi tar-roaming, li ġġustifikaw l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 u l-impożizzjoni ta’ obbligi fuq operaturi mobbli fir-rigward tal-forniment madwar l-Unjoni tar-roaming ta' telefonati bil-vuċi u messaġġi SMS, japplikaw ugwalment għall-forniment tas-servizzi tar-roaming tad-data bl-imnut madwar l-Unjoni. Bħas-servizzi tar-roaming tat-telefonati bil-vuċi u tal-SMS, is-servizzi tar-roaming tad-data ma jinxtrawx indipendentement fil-livell nazzjonali iżda jikkostitwixxu parti biss minn pakkett usa' li jixtru l-konsumaturi bl-imnut mill-fornitur tar-roaming tagħhom, u b'hekk jillimitaw il-forzi kompetittivi involuti. Hekk ukoll, minħabba n-natura transkonfinali tas-servizzi kkonċernati, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li huma responsabbli għas-salvagwardja u l-promozzjoni tal-interessi tal-konsumaturi mobbli residenti fit-territorju tagħhom ma jistgħux jikkontrollaw l-imġiba tal-operaturi tan-netwerk miżjur, li jinsab fi Stati Membri oħra.

(59)  Bħal fir-rigward ta'l-miżuri regulatorji li diġà jeżistu għas-servizzi tat-telefonati bil-vuċi u tal-SMS, sakemmil-miżura strutturali ma ġġib kompetizzjoni suffiċjenti, l-approċċ l-aktar effettiv u proporzjonat biex il-livell tal-prezzijiet tas-servizzi tar-roaming tad-data bl-imnut madwar l-Unjoni jiġi rregolat għal perijodu transizzjonali huwa l-introduzzjoni ta' rekwiżit għall-fornituri tar-roaming li joffru lill-konsumaturi tar-roaming tagħhom tariffa transitorja Ewro-data li ma taqbiżx limitu massimu ta' prezz speċifikat. It-tariffa Ewro-data għandha tiġi ffissata f’livell ta' salvagwardja, li filwaqt li jiżgura l-protezzjoni tal-konsumatur sakemml-miżura strutturali ma ssir effettiva, jiggarantixxi marġni suffiċjenti lill-fornituri tar-roaming filwaqt li jirrifletti b’mod aktar raġonevoli l-ispejjeż involuti tal-forniment.

(60)       It-tariffa transitorja Ewro-data li tista' tiġi offruta lill-konsumaturi tar-roaming għandha għalhekk tirrifletti marġni raġonevoli fuq l-ispejjeż tal-forniment ta' servizz regolat tar-roaming tad-data , filwaqt li jħalli l-fornituri tar-roaming l-libertà li jikkompetu billi jiddifferenzjaw l-offerti tagħhom u jadattaw l-istrutturi tal-prezzijiet tagħhom għall-kondizzjonijiet tas-suq u għall-preferenzi tal-konsumaturi. Tali limitu ta' salvagwardja għandu jiġi ffissat f'livell li ma jgħawwiġx il-benefiċċji kompetittivi ta' miżuri strutturali u jkunu jistgħu jitneħħew ladarba l-miżuri strutturali jkun kellhom opportunità jipproduċu gwadanji konkreti u dejjiema għall-konsumaturi. Bl-istess mod l-approċċ li ġie segwit għal servizzi tar-roaming ta' telefonati bil-vuċi u SMS, meta jitqies it-tnaqqis fl-ispejjeż involuti għall-forniment ta' servizzi tar-roaming tad-data bl-imnut, it-tariffi massimi regolati għat-tariffa transitorja Ewro-data għandhom isegwu t-triq għan-niżla.

(61)  Tariffa Ewro-data transitorja għandha tapplika awtomatikament għal kwalunkwe klijent roaming, ġdid jew eżistenti, li ma għażilx jew ma jagħżilx deliberatament tariffa speċjali tar-roaming tad-data jew pakkett għal servizzi tar-roaming inkluż servizzi regolati tar-roaming tad-data .

(62)       Sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jħallsu għas-servizzi tad-data li verament jużaw u biex jiġu evitati l-problemi osservati bis-servizzi ta' telefonati bil-vuċi wara l-introduzzjoni tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 ta' tariffi moħbija għall-konsumatur minħabba mekkaniżmi ta' kalkolu tat-tariffi applikati mill-operaturi, it-tariffa Ewro-data transitorja għandha tiġi ffatturata abbażi ta' kull kilobyte. Dan il-kalkolu tat-tariffi huwa konsistenti mal-mekkaniżmu ta' kalkolu tat-tariffi diġà applikabbli fil-livell ta' bejgħ bl-ingrossa.

(63)       Il-fornituri tar-roaming jistgħu joffru rata fissa kull xahar li tkun ekwa u tinkludi kollox, li għaliha ma jkunu japplikaw l-ebda tariffi massimi u li tista' tkopri s-servizzi tar-roaming kollha fl-Unjoni kollha.

(64)       Sabiex jiġi żgurat li l-utenti kollha tat-telefonija mobbli bil-vuċi jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti transitorji tal-iffissar tal-prezzijiet bl-imnut għandhom japplikaw irrispettivament minn jekk il-konsumaturi tar-roaming ikollhomx kuntratt imħallas minn qabel (pre-paid) jew wara (post-paid) mal-fornitur tar-roaming tagħhom, u irrispettivament minn jekk il-fornitur tar-roaming ikollux in-netwerk tiegħu, ikunx operatur ta' netwerk virtwali mobbli jew ikunx rivenditur ta' servizzi ta' telefonija mobbli bil-vuċi.

(66)  Fejn il-fornituri tal-Unjoni ta' servizzi ta' telefonija mobbli jsibu li l-benefiċċji ta' interoperabbiltà u ta' konnettività “end-to-end” għall-konsumaturi tagħhom huma pperikolati mit-tmiem, jew mit-theddida ta' tmiem, tal-arranġamenti tar-roaming tagħhom ma' operaturi tan-netwerk tat-telefonija mobbli fi Stati Membri oħra, jew ma jkunux kapaċi jipprovdu lill-konsumaturi tagħhom b'servizz fi Stat Membru ieħor bħala riżultat ta' nuqqas ta' ftehim ma' mill-inqas fornitur ta' netwerk bl-ingrossa wieħed, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, fejn meħtieġ, jagħmlu użu, mis-setgħat taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-Aċċess sabiex jiżguraw aċċess u interkonnettività adegwati sabiex jiggarantixxu din il-konnettività end-to-end u l-interoperabbiltà tas-servizzi, b'kont meħud tal-objettivi tal-Artikolu 8 tad-Direttiva Kwadru, b'mod partikolari l-ħolqien ta' suq intern li jiffunzjona b'mod sħiħ għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika.

(67)       Sabiex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut għas-servizzi tar-roaming u sabiex il-konsumaturi tar-roaming ikunu megħjuna jieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-apparat mobbli tagħhom waqt li jkunu msiefra, il-fornituri tas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli għandhom jagħtu informazzjoni bla ħlas lill-konsumaturi tar-roaming tagħhom dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli għalihom meta jużaw servizzi tar-roaming fi Stat Membru li żaru. Peress li ċerti gruppi ta' konsumaturi jistgħu jkunu informati tajjeb dwar it-tariffi tar-roaming, il-fornituri tar-roaming għandhom jipprovdu l-possibbiltà li dawn faċilment jiddeċiedu li ma jibqgħux jirċievu dan is-servizz ta' messaġġi awtomatiċi. Barra minn hekk, il-fornituri għandhom attivament jagħtu lill-konsumaturi tagħhom, sakemm dawn tal-aħħar ikunu jinsabu fl-Unjoni, fuq talba u bla ħlas, informazzjoni addizzjonali dwar it-tariffi għal kull minuta, kull SMS jew kull megabyte ta' data (inkluża l-VAT) meta jiġu magħmulin jew riċevuti telefonati bil-vuċi, kif ukoll sabiex jintbagħtu u jiġu riċevuti SMS, MMS u servizzi oħra ta’ komunikazzjoni ta’ data fl-Istat Membru li żaru. ▌

(68)  It-trasparenza teħtieġ ukoll li l-fornituri jipprovdu informazzjoni dwar tariffi tar-roaming, b'mod partikolari dwar it-tariffi Ewro-vuċi, Ewro-SMS u Ewro-data u r-rata fissa li tinkludi kollox, jekk dawn joffru tali tariffa, meta jsiru abbonamenti u kull meta jkun hemm bidla fit-tariffi tar-roaming. Il-fornituri tar-roaming għandhom jipprovdu informazzjoni dwar tariffi tar-roaming permezz ta' mezzi adegwati bħal fatturi, l-internet, riklami televiżivi jew posta diretta. L-informazzjoni u l-offerti kollha għandhom ikunu ċari, jinftiehmu, jippermettu t-tqabbil u jkunu trasparenti fir-rigward ta' prezzijiet u karatteristiċi tas-servizzi. Ir-reklamar tal-offerti roaming u l-kummerċjalizzazzjoni għall-konsumaturi għandhom jikkonformaw b'mod sħiħ mal-leġislazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumaturi, b'mod partikolari mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern ('Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali')(21)1. Fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li l-konsumaturi tar-roaming kollha tagħhom ikunu konxji mid-disponibbiltà ta' tariffi regolati għall-perjodu kkonċernat u għandhom jibagħtu komunikazzjoni ċara u mingħajr preferenza lil dawn il-konsumaturi bil-miktub fejn jiddeskrivu l-kondizzjonijiet tat-tariffi Ewro-vuċi, Ewro-SMS u Ewro-data u d-dritt li jaqilbu minnhom jew għalihom.

(69)  Barra minn hekk, għandhom jiġu introdotti miżuri biex itejbu t-trasparenza ta’ tariffi bl-imnut għas-servizzi kollha tar-roaming tad-data, b’mod partikolari biex jeliminaw il-fenomenu ta’ “kont li jaħsdek” li huwa ostaklu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u biex jipprovdu lill-konsumaturi tar-roaming bl-għodod li jeħtieġu għal monitoraġġ u kontroll tal-infiq tagħhom fuq servizzi tar-roaming tad-data. Bl-istess mod, ma għandu jkun hemm l-ebda xkiel biex jinħarġu applikazzjonijiet jew teknoloġiji li jistgħu jkunu sostitut jew alternattiva għas-servizzi tar-roaming, bħall-WiFi. ▌

(70)       B’mod partikolari, il-fornituri tar-roaming għandhom jipprovdu lill-konsumaturi tar-roaming tagħhom informazzjoni personalizzata mingħajr ħlas dwar it-tariffi applikabbli għal dawk il-konsumaturi għal servizzi tar-roaming tad-data kull darba li jibdew servizz tar-roaming tad-data hekk kif jaslu f'pajjiż ieħor. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat lill-apparat mobbli tagħhom b’mod l-aktar adattat biex jirċevuh u jifhmuh malajr, u b'tali mod li jkun permess l-aċċess faċli għaliha f'data aktar tard.

(71)       Sabiex jiġi ffaċilitat il-fehim tal-konsumaturi fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji għall-użu ta’ servizzi tar-roaming tad-data u sabiex ikunu jistgħu jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-infiq tagħhom, il-fornituri tar-roaming, kemm qabel kif ukoll wara l-konklużjoni ta' kuntratt, għandhom iżommu lill-konsumaturi tagħhom infurmati kif xieraq dwar it-tariffi għal servizzi regolati tar-roaming tad-data . Tali informazzjoni għandha tinkludi eżempji tal-ammont approssimattiv tad-data wżata minn per eżempju, meta tibgħat e-mail, meta tibgħat stampa, fl-ibbrawżjar fuq l-internet u fl-użu ta' applikazzjonijiet mobbli.

(72)  Barra minn hekk, biex jiġu evitati kontijiet li jaħsdu, il-fornituri tar-roaming għandhom jiddefinixxu limitu finanzjarju u/jew tal-volum massimu jew aktar għat-tariffi pendenti tagħhom għas-servizzi tar-roaming tad-data, espressi fil-munita li biha jintbagħtu l-kontijiet lill-klijent roaming u li għandhom joffru lill-konsumaturi tar-roaming tagħhom kollha notifika xierqa mingħajr ħlas, f'format ta' media li tista' terġa' tiġi kkonsultata sussegwentement, meta dan il-limitu jkun ser jintlaħaq. Meta jintlaħaq dan il-limitu massimu, il-konsumaturi ma għandhomx ikomplu jirċievu u jintalbu jħallsu għal dawk is-servizzi sakemm ma jitolbux speċifikament li dawk is-servizzi jkomplu jiġu pprovduti konformement mat-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fin-notifika. F' tali każ, għandhom jirċievu konferma b' xejn, f' format ta' media li tista' terġa' tiġi kkonsultata sussegwentement. Il-konsumaturi tar-roaming għandhom jingħataw l-opportunità biex jagħżlu kwalunkwe waħda minn dawn il-limiti massimi finanzjarji jew tal-volum fi żmien perjodu raġonevoli jew biex jagħżlu li ma jkollhomx limitu ta’ dan it-tip. Sakemm il-konsumaturi ma jiddikjarawx mod ieħor, għandhom jitpoġġew f’sistema ta’ limitazzjoni awtomatika (default) .

(73)  Dawn il-miżuri ta’ trasparenza għandhom jitqiesu bħala salvagwardji minimi għal konsumaturi tar-roaming, u ma għandhomx iwaqqfu lill-fornituri tar-roaming milli joffru lill-konsumaturi tagħhom firxa ta’ faċilitajiet oħra li jgħinuhom biex ikunu jafu minn qabel u jikkontrollaw l-infiq tagħhom f’servizzi tar-roaming tad-data. Pereżempju, bosta fornituri tar-roaming qed jiżviluppaw offerti ġodda ta’ rata fissa bl-imnut li jippermettu data roaming għal prezz speċifiku matul perjodu speċifiku sa limitu ta’ volum ta’ “użu ġust”. Bl-istess mod il-fornituri tar-roaming qed jiżviluppaw sistemi biex jippermettu li l-konsumaturi tar-roaming tagħhom ikunu aġġornati fuq bażi ta’ ħin reali dwar it-tariffi pendenti akkumulati tagħhom tar-roaming tad-data. Biex ikun żgurat li s-suq intern jiffunzjona tajjeb, dawn l-iżviluppi fis-swieq domestiċi għandhom ikunu riflessi fir-regoli armonizzati.

(74)       ▌Il-konsumaturi b'tariffi mħallsin minn qabel jistgħu jirċievu wkoll "kontijiet li jaħsdu" għall-użu ta' servizzi tar-roaming tad-data ▌. Għal din ir-raġuni, id-dispożizzjonijiet dwar il-limitu tal-interruzzjoni tas-servizz għandhom japplikaw ukoll għal dawk il-konsumaturi ▌.

(74a)  Hemm diskrepanzi konsiderevoli bejn tariffi regolati tar-roaming fl-Unjoni u tariffi tar-roaming imħallsa mill-konsumaturi meta jivvjaġġaw barra mill-Unjoni, li huma ferm ogħla mill-prezzijiet fl-Unjoni. Minħabba n-nuqqas ta' approċċ konsistenti dwar il-miżuri ta' trasparenza u salvagwardja rigward ir-roaming barra l-Unjoni, il-konsumaturi mhumiex kunfidenti dwar id-drittijiet tagħhom u għalhekk ħafna drabi jaqtgħu qalbhom milli jużaw servizzi mobbli waqt li jkunu qegħdin barra. Informazzjoni trasparenti pprovduta lill-konsumaturi tista' mhux biss tgħinhom fid-deċiżjoni dwar kif jużaw l-apparat mobbli tagħhom meta jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom (kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha), iżda tista' tgħinhom ukoll fl-għażla bejn il-fornituri tar-roaming. . Huwa għalhekk neċessarju li l-problema tan-nuqqas ta' trasparenza u protezzjoni tal-konsumatur tiġi indirizzata wkoll billi jiġu applikati ċerti miżuri ta' trasparenza u salvagwardja lis-servizzi tar-roaming ipprovduti barra l-Unjoni.Dawk il-miżuri jiffaċilitaw il-kompetizzjoni u jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

(74b)     Jekk l-operatur tan-netwerk miżjur fil-pajjiż miżjur barra l-Unjoni ma jippermettix lill-fornitur tar-roaming jimmoniterja l-użu tal-konsumaturi fuq bażi ta' ħin reali, il-fornitur tar-roaming ma għandux ikun obbligat li jipprovdi l-limiti finanzjarji jew tal-volum massimi biex jiġu salvagwardjati l-konsumaturi.

(75)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu responsabbli għat-twettiq tal-kompiti skont il-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika tal-2002 għandu jkollhom is-setgħat meħtieġa sabiex jissorveljaw u jinfurzaw l-obbligi taħt dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom. Għandhom ukoll jimmonitorjaw żviluppi fl-ipprezzar tas-servizzi bil-vuċi u ta' data għall-konsumaturi tar-roaming fi ħdan l-Unjoni, inklużi, fejn xieraq, l-ispejjeż speċifiċi marbuta mat-telefonati roaming li saru u li ġew riċevuti fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Unjoni u l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu rkuprati b’mod adegwat fis-suq bl-ingrossa, u li ma jsirx użu ta' tekniki tad-direzzjoni tat-traffiku b'mod li jillimita l-għażla bi ħsara għall-konsumaturi. Għandhom jiżguraw ukoll li informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun disponibbli għall-partijiet interessati u jippubblikaw ir-riżultati ta' monitoraġġ bħal dan kull sitt xhur. Għandha tiġi pprovduta informazzjoni separata dwar il-konsumaturi korporattivi, dawk li jħallsu wara u dawk li jħallsu minn qabel.

(76)       Ir-roaming fil-pajjiż fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Unjoni fejn liċenzji għat-telefonija mobbli jkunu distinti minn dawk maħruġa fir-rigward tal-bqija tat-territorju nazzjonali jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis fir-rati ekwivalenti għal dak prattikat fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming. L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex twassal għal prezzijiet inqas favorevoli għal konsumaturi li jużaw servizzi ta' roaming fil-pajjiż meta mqabbla ma’ konsumaturi li jużaw servizzi ta’ roaming fl-Unjoni kollha. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali konsistenti mal-liġi tal-Unjoni.

(76a)  Meta jiġu stabbiliti r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom, fost l-oħrajn, jieħdu kont tal-possibbiltà li l-fornituri tar-roaming jikkumpensaw lill-konsumaturi għal kull dewmien jew ostaklu għall-bidla għal fornitur tar-roaming alternattiv, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

(78)       Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi stabbilit approċċ komuni li jiżgura li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli meta jivvjaġġaw fl-Unjoni ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming fl-Unjoni kollha, sabiex b’hekk jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi tissaħħaħ il-kompetizzjoni bejn il-fornituri tar-roaming, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri b'mod sikur, armonizzat u f'waqtu u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(79)       L-obbligi regolatorji dwar it-tariffi bl-ingrossa għal servizzi tar-roaming ta' telefonati bil-vuċi, ta' SMS u data għandhom jinżammu sa mal-miżuri strutturali jkunu saru effettivi u l-kompetizzjoni fis-swieq bl-ingrossa tkun żviluppat biżżejjed. Barra minn hekk, ix-xejriet tas-suq attwalment juru li s-servizzi tad-data progressivament ser isiru s-segment l-aktar rilevanti tas-servizzi mobbli, u s-servizzi tar-roaming tad-data bl-ingrossa attwalment juru l-ogħla livell ta' dinamiżmu, fejn il-prezzijiet huma b'mod raġonevoli taħt ir-rati regolati attwali.

(80)  Limiti ta' salvagwardja bl-imnut għandhom jiġu ffissati f'livelli għoljin b'mod suffiċjenti li ma jgħawġux il-benefiċċji kompetittivi potenzjali ta' miżuri strutturali u jistgħu jitneħħew kompletament ladarba dawk il-miżuri strutturali jsiru effettivi u jkunu ppermettew l-iżvilupp ta' suq intern ġenwin. Għalhekk, il-limiti ta' salvagwardja bl-imnut għandhom jonqsu u sussegwentement jiskadu.

(81)       Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effettività ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-objettivi tiegħu u l-kontribut għall-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjoni elettronika u l-iffunzjonar tajjeb tas-suq intern. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-impatt fuq il-pożizzjoni kompetittiva tal-fornituri tal-komunikazzjoni mobbli ta’ daqsijiet differenti u minn inħawi differenti tal-Unjoni, l-iżviluppi, ix-xejriet u t-trasparenza fit-tariffi bl-imnut u bl-ingrossa, ir-relazzjoni tagħhom mal-ispejjeż innifishom, il-punt sa fejn il-preżunzjonijiet li saru fil-valutazzjoni tal-impatt li akkumpanjat dan ir-Regolament ikunu ġew ikkonfermati, l-ispejjeż għall-konformità u l-impatt fuq l-investimenti. Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi li huma alternattiva għar-roaming (bħall-aċċess permezz tal-Wi-Fi).

(81a)  L-obbligi regolatorji dwar tariffi bl-ingrossa u bl-imnut għal servizzi ta' roaming ta' telefonati bil-vuċi, SMS u data għandhom jinżammu biex jissalvagwardjaw il-konsumaturi sakemm ma tkunx żviluppat għalkollox il-kompetizzjoni fil-livelli tal-imnut jew tal-ingrossa. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta' Ġunju 2016, tivvaluta jekk l-objettivi ta' dan ir-Regolament ikunux inkisbu, inkluż jekk ikunux ġew implimentati kompletament il-miżuri strutturali u jekk tkunx żviluppat biżżejjed il-kompetizzjoni fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kompetizzjoni ma tkunx żviluppat biżżejjed, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tiżgura li l-konsumaturi jkollhom salvagwardji adegwati mill-2017 .

(82)       Wara r-reviżjoni msemmija hawn fuq, u sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ kontinwu tas-servizzi tar-roaming fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha kull sentejn tħejji rapport għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jkun jinkludi sommarju ġenerali tal-aktar xejriet reċenti fis-servizzi tar-roaming u valutazzjoni intermedja tal-progress lejn il-ksib tal-objettivi ta' dan ir-Regolament u tal-għażliet alternattivi possibbli biex jinkisbu dawn l-objettivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.          Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ komuni sabiex jiġi żgurat li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli li jkunu qegħdin jivvjaġġaw fi ħdan l-Unjoni ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi roaming madwar l-Unjoni meta mqabbla mal-prezzijiet nazzjonali kompetittivi, meta jagħmlu u jirċievu telefonati, meta jibagħtu u jirċievu messaġġi SMS u meta jużaw servizzi ta’ pakkett ta’ komunikazzjoni ta’ data trażmessa, sabiex b’hekk isir kontribut għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern waqt li jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li jitrawmu l-kompetizzjoni u t-trasparenza fis-suq u jiġu offruti kemm l-inċentivi għall-innovazzjoni kif ukoll l-għażla għall-konsumatur.

Dan jistipula r-regoli li jippermettu l-bejgħ separat ta' servizzi roaming regolati minn servizzi domestiċi ta' komunikazzjoni mobbli u jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal aċċess bl-ingrossa għal netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli għall-fini ta' provvediment ta' servizzi roaming regolati. Jistipula wkoll regoli transitorji fuq it-tariffi li jistgħu jintalbu minn fornituri tar-roaming għall-forniment fl-Unjoni kollha ta’ servizzi roaming regolati għal telefonati bil-vuċi u messaġġi SMS li joriġinaw u jispiċċaw fi ħdan l-Unjoni u għal servizzi ta’ pakkett ta’ komunikazzjoni ta’ data trażmessa użati minn konsumaturi msiefra waqt roaming fuq netwerk ta’ komunikazzjoni mobbli fl-Unjoni. Japplika kemm għal tariffi mitluba minn operaturi ta’ networks fil-livell bl-ingrossa u kif ukoll għal tariffi mitluba minn fornituri tar-roaming fil-livell tal-imnut.

1a.  Il-bejgħ separat ta' servizzi regolati tar-roaming minn servizzi domestiċi ta' komunikazzjoni mobbli hu pass intermedju neċessarju biex tiżdied il-kompetizzjoni li twassal għat-tnaqqis tat-tariffi tar-roaming għall-konsumaturi sabiex jinħoloq suq intern għas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli għat-u eventwalment biex ma jkunx hemm differenzi bejn tariffi nazzjonali u dawk tar-roaming.

2.          Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli mmirati sabiex tiżdied it-trasparenza tal-prezzijiet u jittejjeb l-għoti ta' informazzjoni dwar it-tariffi lill-utenti ta’ servizzi ta’ roaming ▌.

3           Dan ir-Regolament huwa miżura speċifika fis-sens tal-Artikolu 1(5) tad-Direttiva Kwadru.

4.          It-tariffi massimi stabbiliti f’dan ir-Regolament huma espressi f’euro.

5.          Meta t-tariffi massimi taħt l-Artikoli 6, 8 u 11 huma denominati f’muniti li mhumiex l-euro, il-limiti inizjali skont dawk l-Artikoli għandhom ikunu determinati f’dawk il-muniti billi japplikaw ir-rati referenzjali tal-kambju ppubblikati fl-1 ta' Mejju 2012 mill-Bank Ċentrali Ewropew f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għall-finijiet tal-limiti sussegwenti previsti fl-Artikoli 6(2), 8(1) u 11(1), il-valuri riveduti għandhom jiġu determinati billi jiġu applikati r-rati referenzjali tal-kambju hekk kif ippubblikati fl-1 ta' Mejju tas-sena kalendarja rilevanti. Għat-tariffi massimi skont l-Artikoli 6(2), 8(1) u 11(1), il-limiti f'muniti li mhumiex l-euro għandhom jiġu riveduti kull sena wara l-2015. Il-limiti riveduti kull sena f'dawk il-muniti għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju filwaqt li jintużaw ir-rati referenzjali tal-kambju ppubblikati fl-1 ta' Mejju tal-istess sena.

6.          Meta t-tariffi massimi rregolati bl-Artikoli 7, 9 u 12 ikunu denominati f’muniti differenti, il-limiti inizjali skont dawk l-Artikoli għandhom jiġu determinati f’dawk il-muniti billi jiġu applikati r-rati referenzjali medji tal-kambju ppubblikati fl-1 ta' Marzu, l-1 ta' April u l-1 ta' Mejju 2012 mill-Bank Ċentrali Ewropew f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

             Għall-finijiet tal-limiti sussegwenti previsti fl-Artikoli 7(2), 9(2) u 12(2), il-valuri riveduti għandhom jiġu determinati billi jiġu applikati r-rati referenzjali medji tal-kambju hekk kif ippubblikati fl-1 ta' Marzu, l-1 ta' April u l-1 ta' Mejju tas-sena kalendarja rilevanti. Għat-tariffi massimi taħt l-Artikoli 7(2), 9(2) u 12(2), il-limiti f'muniti differenti li mhumiex l-euro għandhom jiġu riveduti kull sena wara l-2015. Il-limiti riveduti kull sena f'dawk il-muniti għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju bl-użu tar-rati referenzjali medji tal-kambju ppubblikati fl-1 ta' Marzu, l-1 ta' April u l-1 ta' Mejju tal-istess sena.

Artikolu 2Definizzjonijiet

1.          Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar l-Aċċess, fl-Artikolu 2 tad-Direttiva Kwadru, u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva Servizz Universali.

2.          Addizzjonalment għad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(b)    'fornitur tar-roaming' tfisser impriża li tipprovdi lil klijent tar-roaming b'servizzi tar-roaming bl-imnut regolati;

(ba)  'fornitur domestiku' tfisser impriża li tipprovdi lil klijent tar-roaming b'servizzi domestiċi ta' komunikazzjoni mobbli;

(bb)  'fornitur alternattiv tar-roaming' tfisser fornitur tar-roaming differenti mill-fornitur domestiku;

(c)  'netwerk domestiku' tfisser netwerk ▌pubbliku ▌ta’ komunikazzjoni mobbli li jinsab fi Stat Membru u li jintuża minn fornitur tar-roaming għall-provvista ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati lil klijent roaming;

(ca)  'netwerk miżjur' tfisser netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni mobbli terrestri li jinsab fi Stat Membru li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tal-kliejnt roaming u li jippermetti klijent roaming li jagħmel jew jirċievi telefonati, li jibgħat jew jirċievi messaġġi SMS, jew li juża pakkett ta’ komunikazzjoni ta’ data trażmessa, permezz ta’ arranġamenti mal-operatur tan-netwerk domestiku;

(d)    'roaming madwar l-Unjoni' tfisser l-użu ta’apparat ċellulari ▌minn klijent tar-roaming sabiex jagħmel jew jirċievi telefonati fl-Unjoni , sabiex jibgħat jew jirċievi messaġġi SMS fl-Unjoni, jew juża komunikazzjoni ta’ pakkett ta’ data trażmessa, meta jkun fi Stat Membru li mhuwiex dak li fih jinsab in-netwerk tal-fornitur domestiku, permezz ta’ arranġamenti bejn l-operatur tan-netwerk domestiku ▌u l-operatur tan-netwerk miżjur▌;

(da)  'klijent roaming' tfisser klijent ta’ fornitur tar-roaming ta’ servizzi ta' roaming regolati, permezz ta’ netwerk pubbliku ta' komunikazzjoni mobbli terrestri li jinsab fl-Unjoni, li l-kuntratt jew l-arranġament tiegħu ma' dak il-fornitur tar-roaming tiegħu jippermetti roaming fl-Unjoni kollha;

(e)    'telefonata roaming regolata' tfisser telefonata bil-vuċi permezz tat-telefonija mobbli magħmula minn klijent roaming, li toriġina fuq netwerk miżjur u li tispiċċa fuq netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni fi ħdan l-Unjoni  jew riċevuta minn klijent roaming, li toriġina f’netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni fi ħdan l-Unjoni  u tispiċċa f’netwerk miżjur;

(ea)  'Tariffa Ewro-vuċi' tfisser kwalunkwe tariffa li ma teċċedix it-tariffa massima prevista fl-Artikolu 7, li fornitur tar-roaming jista’ jimponi għall-provvista ta’ telefonati roaming regolati skont dak l-Artikolu;

;

(i)  'messaġġ SMS' huwa messaġġ b’test ta’ Servizz ta’ Messaġġ Qasir (Short Message Service), prinċipalment magħmul minn karattri alfabetiċi u/jew numeriċi, li jista’ jintbagħat bejn numri ta’ mobile u/jew fissi assenjati skont pjan nazzjonali ta’ numerar;

(j)     'messaġġ SMS roaming regolat' tfisser messaġġ SMS mibgħut minn klijent roaming, li joriġina fuq netwerk miżjur u li jispiċċa fuq netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni fi ħdan l-Unjoni  jew riċevut minn klijent roaming, li joriġina fuq netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni fi ħdan l-Unjoni  u jispiċċa fuq netwerk miżjur;

(h)    'tariffa Ewro-SMS' tfisser kwalunkwe tariffa li ma taqbiżx it-tariffa massima, prevista fl-Artikolu 9, li fornitur tar-roaming jista’ jimponi għall-forniment ta’ messaġġi SMS roaming regolati skont dak l-Artikolu;

(k)    'servizz regolat ta' roaming ta' data ' tfisser servizz roaming li jippermetti l-użu ta’ pakkett ta’ komunikazzjoni ta’ data trażmessa minn klijenti roaming permezz tal-apparat mobbli tagħhom ▌waqt li jkunu ikkonnettjati ma’ netwerk miżjur. Servizz regolat ta' roaming ta' data ma jinkludix it-trażmissjoni jew ir-riċeviment ta’ telefonati roaming jew messaġġi SMS regolati, iżda jinkludi t-trażmissjoni u r-riċeviment ta’ messaġġi MMS;

(l)  'Tariffa Ewro-data' tfisser kwalunkwe tariffa li ma taqbiżx it-tariffa massima, prevista fl-Artikolu 12, li fornitur tar-roaming jista’ jitlob għall-forniment ta’ servizzi regolati tar-roaming tad-dataskont dak l-Artikolu;

(la)        'aċċess għal roaming bl-ingrossa' tfisser ta' aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa jew aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta' roaming bl-ingrossa‘)

(n)    'aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa' tfisser li tiġi pprovduta d-disponibbiltà ta' faċilitajiet u/jew servizzi minn operatur ta' netwerk mobbli lil impriża oħra, taħt kondizzjonijiet iddefiniti, sabiex dik l-impriża l-oħra tipprovdi servizzi tar-roaming regolati lil konsumaturi tar-roaming;

(na)  'aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta' roaming bl-ingrossa' tfisser il-forniment ta' servizzi tar-roaming bl-ingrossa minn operatur ta' netwerk mobbli differenti mill-operatur tan-netwerk miżjura lil impriża oħra, sabiex dik l-impriża l-oħra tipprovdi servizzi tar-roaming regolati lil konsumaturi tar-roaming;

Artikolu 3Aċċess għal roaming bl-ingrossa

1.          Operaturi tan-netwerk mobbli għandhom jissodisfaw kull talba raġonevoli għal aċċess tar-roaming bl-ingrossa ▌ .

1a.        Operaturi tan-netwerk mobbli jistgħu jirrifjutaw talbiet għal aċċess għal roaming bl-ingrossa biss fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi.

2.          Aċċess għal roaming bl-ingrossa għandu jkopri aċċess għall-elementi kollha tan-netwerk u l-faċilitajiet assoċjati miegħu, is-servizzi rilevanti, is-sistemi tas-softwer u tal-informazzjoni, meħtieġa għall-provvediment ta' servizzi roaming regolati lill-konsumaturi.

2a.        Regoli dwar tariffi ta' roaming bl-ingrossa stipulati fl-Artikoli 6, 8 u 11 għandhom japplikaw għall-forniment tal-aċċess għall-komponenti kollha tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 2.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, fil-każ ta' aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta' roaming bl-ingrossa, l-operaturi tan-netwerks ċellulari jistgħu jitolbu prezzijiet ġusti u raġonevoli għall-komponenti mhux koperti mill-paragrafu 2.

2b.  L-operaturi tan-netwerk mobbli għandhom jippubblikaw offerta ta' referenza, b'kont meħud tal-linji gwida tal-BEREC msemmija fil-paragrafu 4, u jagħmluha disponibbli lill-impriża li titlob aċċess għar-roaming bl-ingrossa. L-operaturi tan-netwerk mobbli għandhom jipprovdu lill-impriża li titlob aċċess b'abbozz ta' kuntratt, li jikkonforma ma' dan l-Artikolu, għal dan l-aċċess l-aktar tard f'perijodu ta' xahar minn meta tkun waslet għall-ewwel darba t-talba mill-operatur tan-netwerk mobbli. L-aċċess bl-ingrossa tar-roaming għandu jingħata f'perijodu raġonevoli ta' żmien li ma jaqbiżx tliet xhur mill-konklużjoni tal-kuntratt. L-operaturi tan-netwerk ċellulari li jirċievu talba għal aċċess għal roaming bl-ingrossa u l-impriżi li jitolbu aċċess għandhom jinnegozjaw in bona fede.

2c.         L-offerta ta' referenza msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun suffiċjentement dettaljata u għandha tinkludi l-komponenti kollha neċessarji għal aċċess għal roaming bl-ingrossa kif imsemmi fil-paragrafu 2 , filwaqt li tipprovdi deskrizzjoni tal-offerti rilevanti għal aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa u aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta' roaming bl-ingrossa, u t-termini u l-kondizzjonijiet assoċjati. Jekk meħtieġ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu bidliet fl-offerti ta' referenza biex jingaħta effett lill-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2d.  Meta l-impriża li titlob l-aċċess tixtieq tidħol f'negozjati kummerċjali li jinkludu wkoll komponenti mhux koperti mill-offerta ta' referenza, l-operaturi tan-netwerks ċellulari għandhom jirrispondu għal tali talba f'perijodu raġonevoli ta' żmien li ma jaqbiżx xahrejn minn mindu tkun waslet inizjalment. Għal finijiet ta' dan il-paragrafu,il-paragrafi 1a u 2b m'għandhomx japplikaw.

4.          Sal-30 ta' Settembru 2012, u sabiex tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, il-BEREC għandha, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, tistabbilixxi linji gwida għal aċċess għal roaming bl-ingrossa.

5.          Il-paragrafi 2b u 2d għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 4

Bejgħ separat tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati

1.          Il-fornituri domestiċi għandhom jippermettu li l-konsumaturi tagħhom ikollhom aċċess għal servizzi regolati tar-roaming tal-vuċi, tal-SMS u tad-data, ipprovduti f'qatgħa minn kwalunwe fornitur tar-roaming alternattiv.

La l-fornituri domestiċi u lanqas dawk tar-roaming m'għandhom iżommu lill-konsumaturi milli jaċċessaw servizzi regolati tar-roaming tad-datapprovduti direttament fuq in-netwerk miżjur minn fornitur alternattiv tar-roaming.

1a.        Il-konsumaturi tar-roaming għandu jkollhom id-dritt li jaqilbu għal fornitur tar-roaming ieħor fi kwalunkwe ħin. Meta klijent tar-roaming jagħżel li jaqleb għal fornitur tar-roaming ieħor, il-bidla għandha ssir mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fl-iqsar perjodu ta' żmien possibbli skont is-soluzzjoni teknika magħżula għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat tas-servizzi regolati tar-roaming bl-imnut, iżda taħt ebda ċirkostanza mhux iżjed minn minn tlett ijiem ta' xogħol mill-konklużjoni tal-ftehim mal-fornitur ġdid tar-roaming.

3.          Il-bidla lejn fornitur alternattiv tar-roaming jew bejn il-fornituri alternattivi tar-roaming, għandha tkun mingħajr ħlas għall-konsumaturi u għandha tkun possibbli taħt kwalunkwe pjan ta' tariffi. Din ma għandha titlob ebda abbonament assoċjat jew tariffi fissi jew rikorrenti addizzjonali relatati ma' elementi tal-abbonament ħlief dak tar-roaming, kif imqabbla mal-kondizzjonijiet prevalenti qabel il-bidla.

3a.  Il-fornituri domestiċi għandhom jinformaw lill-konsumaturi tar-roaming tagħhom b'mod ċar, li jiftiehem u faċilment aċċessibbli dwar il-possibbiltà li jagħżlu s-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

B'mod partikolari, meta jagħmlu jew iġeddu kuntratt dwar servizzi ta' komunikazzjoni mobbli, il-fornituri domestiċi għandhom jipprovdu lill-konsumaturi kollha tagħhom fuq bażi individwali bit-tagħrif kollu dwar il-possibbiltà li jagħżlu fornitur alternattiv tar-roaming u ma għandhomx ixekklu l-konklużjoni ta' kuntratt ma' fornitur alternattiv tar-roaming. Konsumaturi li jikkonkludu kuntratt ma' fornitur domestiku għal servizzi roaming regolati għandhom jikkonfermaw b'mod espliċitu li ġew infurmati bit-tali possibbiltà. Fornitur domestiku ma għandux jipprevjeni, jiddiswadi jew jiskoraġġixxi lill-bejjiegħa bl-imnut li jservu bħala punti ta' bejgħ tal-fornitur domestiku milli joffru kuntratti għal servizzi roaming separati ma' fornituri alternattivi tar-roaming.

6.          Il-karatteristiċi tekniċi ta' servizzi tar-roaming regolati ma għandhomx jinbidlu b'tali mod li jagħmilhom differenti mill-karatteristiċi tekniċi tas-servizzi tar-roaming regolati , inklużi l-parametri ta' kwalità, kif ipprovduti lill-klijent qabel il-bidla. Meta l-bidla ma tikkonċernax is-servizzi kollha tar-roaming regolati, dawk is-servizzi li ma jkunux inbidlu għandhom jibqgħu jingħataw bl-istess prezz u, sakemm huwa l-aktar possibbli, bl-istess karatteristiċi tekniċi, inklużi l-parametri ta' kwalità.

7.  Dan l-Artikolu għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2014.

Artikolu 5

Implimentazzjoni ta' bejgħ separat tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati

1.          Il-fornituri domestiċi għandhom jimplimentaw il-bejgħ separat ta' servizzi tar-roaming bl-imnut regolati kif previst fl-Artikolu 4 sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jużaw servizzi domestiċi ta' komunikazzjoni mobbli u servizzi separati ta' roaming regolati. Il-fornituri domestiċi għandhom jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha għal aċċess għal faċilitajiet u servizzi relatati ta' appoġġ rilevanti għall-bejgħ separat ta' servizzi tar-roaming bl-imnut regolati. L-aċċess għal dawk il-faċilitajiet u servizzi ta' appoġġ li huma meħtieġa biex jippermettu l-bejgħ separat ta' servizzi tar-roaming regolati, inkluż servizzi ta' awtentikazzjoni tal-utent, għandu jkun mingħajr ħlas u ma għandu jinvolvi ebda ħlas dirett lill-konsumaturi.

2.  Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti u simultanja fl-Unjoni tal-bejgħ separat ta' servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni u wara li tikkonsulta lill-BEREC, tadotta, sal-31 ta' Diċembru 2012, regoli dettaljati dwar l-obbligi ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4(3a) u dwar soluzzjoni teknika għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat ta' servizzi tar-roaming bl-imnut regolati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 5a(2) u għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2014.

3.          Is-soluzzjoni teknika biex jiġi implimentat il-bejgħ separat ta' servizzi tar-roaming bl-imnut regolati għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)    faċilità ta' użu għall-konsumatur, partikolarment li l-konsumaturi jkunu jistgħu jbiddlu għal fornitur alternattiv ta' roaming faċilment u malajr filwaqt li jżommu n-numru eżistenti tat-telefown ċellulari tagħhom u filwaqt li jużaw l-istess apparat ċellulari;

(b)    kapaċità li sservi il-kategoriji kollha ta' domanda tal-konsumatur fuq termini kompetittivi, inkluż użu intensiv tas-servizzi tad-data;

(c)  kapaċità li titrawwem il-kompetizzjoni b'mod effettiv, filwaqt li tiġi kkunsidrata wkoll il-possibbiltà li l-operaturi jisfruttaw l-assi infrastrutturali jew l-arranġamenti kummerċjali tagħhom;

(d)    kosteffettività, filwaqt li jittieħed kont tal-kondiviżjoni tal-ispejjeż bejn il-fornituri domestiċi u l-fornituri alternattivi tar-roaming;

(e)    kapaċità li jitwettqu l-obbligi msemmija fl-Artikolu 4(1) b'mod effiċjenti;

(f)     ikun possibbli livell massimu ta' interoperabbiltà;

(g)    faċilità ta' użu, b'mod partikolari fir-rigward tat-trattament tekniku tal-konsumaturi tat-terminal ċellulari meta jibdlu n-netwerks;

(h)    jiġi żgurat li r-roaming minn konsumaturi tal-Unjoni f'pajjiżi terzi jew minnkonsumaturi ta' pajjiżterz fl-Unjoni ma jiġix imxekkel;

(i)     jiġi żgurat li r-regoli dwar il-protezzjoni tal-privatezza, id-data personali, is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u t-trasparenza meħtieġa mid-Direttiva Kwadru u d-Direttivi Speċifiċi huma rispettati;

(j)  titqies il-promozzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-abbiltà tal-utenti finali li jaċċessaw u jiddistribwixxu informazzjoni jew iħaddmu applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom, skont il-punt (g) tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva Kwadru;

(k)    jiġi żgurat li l-fornituri japplikaw kondizzjonijiet ekwivalenti f'ċirkostanzi ekwivalenti;

4.          Is-soluzzjoni teknika tista' tikkombina modalità teknika waħda jew diversi modalitajiet tekniċi għall-finijiet li jiġu sodisfatti l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3.

5.          Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħti mandat lil korp Ewropew ta' standardizzazzjoni għall-adattament tal-istandards rilevanti li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-bejgħ separat ta' servizzi tar-roaming bl-imnut regolati.

6.          Il-paragrafi 1, 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2014.

Artikolu 5aProċedura ta’ kumitat

1.          Il-Kummissjoni għandha tkun assistia mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni stabbilit mill-Artikolu 22 tad-Direttiva Kwadru. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.          Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 6Tariffi bl-ingrossa għal telefonati roaming regolati

1.          It-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ operatur ta' netwerk miżjur jista’ jimponi fuq fornitur tar-roaming ta’ klijent għall-provvediment ta' telefonata roaming regolata li toriġina minn dak in-netwerk miżjur, bl-inklużjoni, inter alia, tal-ispejjeż tal-oriġini, tat-tranżitu, u tat-tmiem, ma għandhiex tkun iktar minn EUR 0.14 kull minuta mill-1 ta' Lulju 2012 .

2.  It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xhar jew kwalunkwe perjodu iqsar bħal dan li jifdal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa medja bl-ingrossa massima kif previst f’dan il-paragrafu jew qabel it-30 ta’ Ġunju 2022. It-tariffa medja bl-ingrossa massima għandha tonqos għal EUR 0.10 fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0.05 fl-1 ta’ Lulju 2014 rispettivament u għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, tibqa' EUR 0.05 sat-30 ta' Ġunju 2022.

3.          It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul bl-ingrossa totali tar-roaming jiġi diviż bl-għadd totali ta’ minuti roaming bl-ingrossa ▌fil-fatt użat għall-forniment ta’ telefonati roaming bl-ingrossa fi ħdan l-Unjoni  mill-operatur rilevanti matul il-perjodu rilevanti, aggregata fuq bażi ta’ kull sekonda u aġġustata biex titqies il-possibbiltà għall-operatur tan-netwerk miżjur li japplika perjodu inizjali ta’ kalkolu ta' tariffi minimi li ma jaqbiżx it-30 sekonda.

Artikolu 7Tariffi bl-imnut għal telefonati roaming regolati

1.          Il-fornituri tar-roaming għandhom jagħmlu disponibbli lill-konsumaturi roaming kollha tagħhom, b’mod ċar u trasparenti, tariffa Ewro-vuċi kif prevista fil-paragrafu 2. Dik it-tariffa ma għandha tinvolvi l-ebda abbonament assoċjat jew tariffa oħra, fissa jew rikorrenti, u tista' tkun kombinata ma' kwalunkwe tariffa bl-imnut.

Meta jagħmlu din l-offerta, il-fornituri tar-roaming għandhom ifakkru lil kull klijent roaming tagħhom li kien għażel tariffa roaming speċifika jew pakkett speċifiku dwar il-kondizzjonijiet applikabbli għal dik it-tariffa jew pakkett.

2.          B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) għal tariffa Ewro-vuċi, li fornitur tar-roaming jista' jimponi fuq il-konsumaturi roaming tiegħu għall-forniment ta' telefonata roaming regolata tista’ tvarja għal kull telefonata roaming iżda ma għandhiex taqbeż EUR 0.29 kull minuta għal kull telefonata magħmula jew EUR 0.08 kull minuta għal kull telefonata riċevuta. It-tariffa massima bl-imnut għal telefonati magħmula għandu jonqos għal EUR 0.24 fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0.19 fl-1 ta' Lulju 2014 , u it-tariffa massima bl-imnut għal telefonati riċevuti għandu jonqos għal EUR 0.07 fl-1 ta’ Lulju 2013 u għal EUR 0.05 fl-1 ta' Lulju 2014. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, dawk it-tariffi massimi bl-imnut għat-tariffa Ewro-vuċi għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2017.

Il-fornituri tar-roaming ma għandhom jitolbu l-ebda tariffa mill-konsumaturi roaming tagħhom meta jirċievu messaġġ voicemail roaming. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-tariffi applikabbli l-oħra bħal dawk biex messaġġi ta’ dan it-tip jinstemgħu.

Kull fornitur tar-roaming għandu jitlob ħlas lil konsumaturi roaming tiegħu għall-forniment ta’ kwalunkwe telefonata roaming regolata li għaliha tapplika tariffa Ewro-vuċi, kemm jekk magħmula kif ukoll riċevuta, fuq bażi ta’ kull sekonda.

Il-fornitur tar-roaming jista’ japplika perjodu minimu ta’ ħlas tal-bidu li ma jaqbiżx 30 sekonda għal sejħiet magħmula li huma soġġetti għal tariffa Ewro-vuċi.

3.          Il-fornituri tar-roaming għandhom japplikaw awtomatikament tariffa Ewro-vuċi lill-konsumaturi roaming kollha eżistenti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-konsumaturi roaming li diġà għażlu deliberatament tariffa jew pakkett roaming speċifiku li permezz tiegħu jibbenefikaw minn tariffa differenti għal telefonati roaming regolati milli kieku kienu jieħdu mingħajr din l-għażla.

4.  Il-fornituri tar-roaming għandhom japplikaw tariffa Ewro-vuċi lill-konsumaturi roaming ġodda kollha li ma jagħżlux deliberatament tariffa roaming differenti jew pakkett ta’ tariffi għal servizzi roaming li jinkludi tariffa differenti għal telefonati roaming regolati.

5.          Kwalunkwe klijent roaming jista’ jitlob li jibdel għal jew minn tariffa Ewro-vuċi. Kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien ġurnata tax-xogħol minn meta tintlaqa’ t-talba u għandha tkun bla ħlas u ma għandux ikollha kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ elementi oħra tal-abbonament, għajr dak meta klijent roaming li huwa abbonat ma’ pakkett roaming speċjali li jinkludi aktar minn servizz roaming wieħed regolat jixtieq jibdel għal tariffa Ewro-vuċi, il-fornitur tar-roaming jista’ jesiġi li l-klijent li qed jibdel jitlef il-benefiċċji tal-elementi l-oħra ta’ dak il-pakkett. Fornitur tar-roaming jista’ jdewwem bidla sa meta t-tariffa roaming preċedenti tkun ilha effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx ix-xahrejn. Tariffa Ewro-vuċi dejjem tista’ tingħaqad ma’ tariffa Ewro-SMS u tariffa Ewro-data.

Artikolu 8Tariffi bl-ingrossa għal messaġġi SMS roaming regolati

1.          B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012, it-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk miżjur jista’ jitlob ▌għall-forniment ta’ messaġġ SMS roaming regolat li joriġina fuq dak in-netwerk miżjur, ma għandhiex taqbeż EUR 0.03 ▌, għal kull messaġġ SMS u għandha tonqos għal EUR 0.02 fl-1 ta' Lulju 2013 u għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, tibqa' EUR 0.02 sat-30 ta' Ġunju 2022.

2.          It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi, u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar li jista’ jkun fadal qabel it-30 ta' Ġunju 2022.

3.  It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi jiġi diviż id-dħul bl-ingrossa totali li jirċievi l- ▌operatur tan-netwerk ▌miżjur jew kull operatur ta’ netwerk domestiku għall-oriġinar u t-trażmissjoni ta’ messaġġi SMS roaming regolati fi ħdan l-Unjoni matul il-perjodu rilevanti bl-għadd totali ta’ messaġġi SMS bħal dawn li joriġinaw u jiġu trażmessi f’isem il-fornitur tar-roaming jew operatur ta' netwerk domestiku matul dak il-perjodu.

4.          L-operatur tan-netwerk miżjur ma għandu jinponi ebda tariffa lill-operatur ta’ fornitur tar-roaming jew operatur ta' netwerk domestiku ta’ klijent roaming, separata mit-tariffa msemmija fil-paragrafu 1, għat-tmiem ta’ messaġġ SMS roaming regolat mibgħut lil klijent roaming waqt li jkun roaming fuq in-netwerk miżjur tiegħu.

Artikolu 9Tariffi bl-ingrossa għal messaġġi SMS roaming regolati

1.          Il-fornituri tar-roaming għandhom jagħmlu disponibbli u joffru b'mod attiv lill-konsumaturi roaming kollha tagħhom, b’mod ċar u trasparenti, tariffa Ewro-SMS kif prevista fil-paragrafu 2. It-tariffa Ewro-SMS ma għandha titlob ebda abbonament assoċjat jew tariffi oħra fissi jew rikorrenti u tista’ tingħaqad ma’ kwalunkwe tariffa bl-imnut, soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu.

2.  B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012, it-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) għal tariffa Ewro-SMS li fornitur tar-roaming jista’ jitlob lil klijent roaming tiegħu għal messaġġ SMS roaming regolat mibgħut minn dak il-klijent roaming tista’ tvarja għal kull messaġġ SMS roaming regolat iżda ma għandhiex teċċedi EUR 0.09 . Dik it-tariffa massima għandha tonqos għal EUR 0.08 fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0.06 fl-1 ta' Lulju 2014 u għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, tibqa' EUR 0.06 sat-30 ta' Ġunju 2017.

3.          Il-fornituri tar-roaming ma għandhom jitolbu ebda tariffa mill-konsumaturi roaming tagħhom meta jirċievu messaġġ SMS roaming regolat.

4.          Il-fornituri tar-roaming għandhom japplikaw awtomatikament tariffa Ewro-SMS lill-konsumaturi roaming kollha eżistenti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-konsumaturi roaming li diġà għażlu deliberatament tariffa jew pakkett roaming speċifiku li permezz tiegħu jibbenefikaw minn tariffa differenti għal messaġġi SMS roaming regolati milli kieku kienu jieħdu mingħajr din l-għażla.

5.  Il-fornituri tar-roaming għandhom japplikaw tariffa Ewro-SMS lil konsumaturi roaming ġodda kollha li ma jagħżlux deliberatament tariffa SMS roaming differenti jew pakkett ta’ tariffi għal servizzi roaming li jinkludi tariffa differenti għal messaġġi SMS roaming regolati.

6.          Kwalunkwe klijent roaming jista’ jitlob fi kwalunkwe ħin li jibdel għal jew minn tariffa Ewro-SMS. Kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien ġurnata tax-xogħol minn meta tasal it-talba u tkun mingħajr ħlas u ma għandhiex tinvolvi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma’ elementi oħrajn tal-abbonament ħlief dak roaming. Fornitur tar-roaming jista’ jdewwem tali bidla sa meta t-tariffa roaming preċedenti tkun effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx xahrejn. Tariffa Ewro-SMS dejjem tista’ tingħaqad ma’ tariffa Ewro-vuċi u tariffa Ewro-data.

Artikolu 10Karatteristiċi tekniċi ta’ messaġġi SMS roaming regolati

Ebda fornitur tar-roaming, fornitur domestiku, operatur ta' netwerk domestiku jew operatur ta’ netwerk miżjur ma għandu jibdel il-karatteristiċi tekniċi ta’ messaġġi SMS roaming regolati b’tali mod li jagħmilhom differenti mill-karatteristiċi tekniċi ta’ messaġġi SMS disponibbli fi ħdan is-suq domestiku tiegħu.

Artikolu 11Tariffi bl-ingrossa għal servizzi tar-roaming tad-data

1.          B'seħħ mill-1 ta' Lulju 2012, it-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk miżjur ▌jista’ jitlob lill-fornitur domestiku ta' klijent roaming għall-forniment ta' servizzi regolati tar-roaming tad-datapermezz ta' dak in-netwerk miżjur, ma għandhiex taqbeż limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 0.25 għal kull megabyte ta’ data trasmessa. Il-limitu ta’ salvagwardja għandu jonqos għal EUR 0.15 għal kull megabyte ta’ data trasmessa fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0.05 fl-1 ta' Lulju 2014 datau għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, jibqa' EUR 0.05 għal kull megabyte ta' data trasmessa sat-30 ta' Ġunju 2022.

2.          It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi, u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ tnax-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar li jista’ jkun fadal qabel it-30 ta’ Ġunju 2022.

3.  It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul bl-ingrossa totali li jdaħħal ▌l-operatur tan-netwerk miżjur jew tan-netwerk domestiku għall-forniment ta’ servizzi regolati tar-roamingtad-data fil-perjodu rilevanti jiġi diviż bl-għadd totali ta’ megabytes ta’ data użati fil-verità mill-forniment ta’ dawk is-servizzi matul dak il-perjodu, aggregat fuq il-bażi ta’ kull kilobyte f'isem il-fornitur tar-roaming rilevanti jew l-operatur tan-netwerk domestiku f'dak il-perijodu.

Artikolu 12Tariffi bl-imnut għal servizzi regolati tar-roaming tad- data

1.          Il-fornituri ta' roaming għandhom jagħmlu disponibbli u joffru b'mod attiv lill-konsumaturi roaming kollha tagħhom, b’mod ċar u trasparenti, tariffa Ewro-data kif prevista fil-paragrafu 2. Din it-tariffa Ewro-data ma għandha tinvolvi l-ebda abbonament assoċjat jew tariffa oħra, fissa jew rikorrenti, u tista' tkun kombinata ma' kwalunkwe tariffa bl-imnut.

Meta jagħmlu din l-offerta, il-fornituri tar-roaming għandhom ifakkru lil kull klijent roaming tagħhom li ▌ kienu għażlu tariffa roaming speċifika jew pakkett speċifiku dwar il-kondizzjonijiet applikabbli għal dik it-tariffa jew pakkett.

2.  B'seħħ mill-1 ta' Lulju 2012, it-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) ta' tariffa Ewro-data li fornitur tar-roaming jista' jitlob lil klijent roaming tiegħu għall-provvediment ta' servizz regolat tar-roamingtad-data ▌ ma għandux jaqbeż EUR 0.70 għal kull megabyte użat. It-tariffa massima bl-imnut għad-data użata għandu jonqos għal EUR 0.45 għal kull megabyte użat fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0.20 għal kull megabyte użat fl-1 ta' Lulju 2014 u għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, jibqa' EUR 0.20 għal kull megabyte użat sat-30 ta' Ġunju 2017.

Kull fornitur tar-roaming għandu jiċċarġja lill-konsumaturi roaming tiegħu għall-provvediment ta' kwalunkwe servizz ta' roaming ta' data li għalih tapplika tariffa Ewro-data fuq bażi ta' kull kilobyte, ħlief għal messaġġi Multimedia Messaging Service (MMS) li li t-tariffa għalihom tista' tkun ibbażata fuq kull unità. F' tali każ, il-ħlas bl-imnut li fornitur tar-roaming jista' jitlob lil klijent tar-roaming tiegħu għat-trasmissjoni jew ir-riċeviment ta' messaġġ MMS roaming m'għandux jeċċedi t-tariffa massima bl-imnut stipulata fl-ewwel subparagrafu.

3.  Mill-1 ta’ Lulju 2012, il-fornituri tar-roaming għandhom awtomatikament japplikaw tariffa Ewro-data lil konsumaturi roaming kollha eżistenti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-konsumaturi roaming li diġà għażlu deliberatament tariffa roaming speċifiku, jew li diġà għandhom tariffa li hija evidentement inqas mit-tariffa Euro-data jew li diġà għamlu għażla ta' pakkett li permezz tiegħu jibbenefikaw minn tariffa differenti għa; servizzi regolati tar-roaming tad-data milli kieku kienu jieħdu mingħajr din l-għażla.

4.          Mill-1 ta’ Lulju 2012, il-fornituri tar-roaming għandhom japplikaw tariffa Ewro-data lil konsumaturi roaming ġodda kollha li ma jagħżlux deliberatament tariffa ta' roaming ta' data differenti jew pakkett ta’ tariffi għal servizzi roaming li jinkludi tariffa differenti għal servizzi regolati ta'r-roaming ta'd-data.

5.          Kwalunkwe klijent roaming jista’ jitlob fi kwalunkwe ħin li jibdel għal jew minn tariffa Ewro-data filwaqt li jirrispetta l-kondizzjonijiet kuntrattwali. Kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien ġurnata tax-xogħol minn meta tasal it-talba, għandha tkun mingħajr ħlas u ma għandhiex tinvolvi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma’ elementi oħrajn tal-abbonament ħlief dak roaming fl-Unjoni kollha. Fornitur tar-roaming jista’ jdewwem tali bidla sa meta t-tariffa roaming preċedenti tkun effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx xahrejn. Tariffa Ewro-data dejjem tista’ tingħaqad ma’ tariffa Ewro-SMS u tariffa Ewro-vuċi.

6.  Sat-30 ta' Ġunju 2012 il-fornituri tar-roaming għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi roaming kollha tagħhom individwalment, b'mod ċar u li jiftiehem u fuq mezz li jservi fit-tul, dwar it-tariffa Ewro-data, li sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2012 se tkun tapplika għall-konsumaturi roaming kollha li ma għażlux deliberatament tariffa speċjali jew pakkett applikabbli għal servizzi regolati tar- roaming tad-data , kif ukoll dwar id-dritt tagħhom li jibdlu għal u mit-tariffa skont il-paragrafu 5.

Artikolu 14Trasparenza ta’ tariffi bl-imnut ta’

telefonati u messaġġi SMS roaming

1.          Sabiex klijent roaming jiġi notifikat dwar il-fatt li jkunu soġġetti għal tariffi tar-roaming meta jagħmlu jew jirċievu telefonata jew meta jibgħatu messaġġ SMS, kull fornitur tar-roaming għandu, ħlief meta l-klijent ikun innotifika lill-fornitur tar-roaming tiegħu li ma jeħtieġx dan is-servizz, jipprovdi lill-klijent, b’mod awtomatiku, permezz ta’ Servizz ta’ Messaġġi, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta jidħol fi Stat Membru ieħor li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tiegħu, b’informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet dwar it-tariffi roaming (inkluża l-VAT) li japplikaw għal dak il-klijent biex jagħmel u jirċievi telefonati u biex jibgħat messaġġi SMS fl-Istat Membru miżjur.

Dik l-informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet għandha tinkludi t-tariffi massimi (fil-munita tal-kont domestiku pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent) li jista' jkun soġġett għalihom il-klijent skont l-iskema ta’ tariffa tiegħu għal:

(a)  telefonati tar-roaming regolati li jagħmel fl-Istat Membru miżjur u lura lejn l-Istat Membru tal-fornitur domestiku tiegħu, kif ukoll għal telefonati tar-roaming regolati li jirċievi; u

(b)    messaġġi SMS roaming regolati li jibgħat waqt li jkun fl-Istat Membru miżjur.

Hija għandha tinkludi wkoll in-numru mingħajr ħlas imsemmi fil-paragrafu 2 għall-aċċess għal informazzjoni aktar dettaljata u informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza billi wieħed iċempel in-numru ta’ emerġenza Ewropew 112 bla ħlas.

Għal kull messaġġ, klijent għandu jkollu l-opportunità li javża lill-fornitur tar-roaming, mingħajr ħlas u b'mod faċli, li ma jeħtieġx is-Servizz ta' Messaġġ awtomatiku. Klijent li jkun avża li huwa ma għandux bżonn is-Servizz ta' Messaġġ awtomatiku għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur tar-roaming sabiex jerġa' jipprovdi s-servizz.

Il-fornituri tar-roaming għandhom jipprovdu din l-informazzjoni personalizzata bażika dwar prezzijiet msemmija fl-ewwel subparagrafulill-konsumaturi neqsin mid-dawl jew li jkollhom vista parzjali, b’mod awtomatiku, permezz ta’ telefonata bil-vuċi, mingħajr ħlas, jekk huma jitolbu dan.i

L-ewwel, it-tieni, ir-raba' u l-ħames subparagrafi, għandhom japplikaw wkoll għal servizzi tar-roaming ta' telefonati bil-vuċi u ta' SMS użati mill-konsumaturi roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.

2.  Minbarra l-paragrafu 1, il-konsumaturi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, mingħajr ħlas, u irrispettivament minn fejn ikunu fl-Unjoni , aktar informazzjoni personalizzata dettaljata dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli fin-netwerk miżjur għal telefonati bil-vuċi u SMS, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri ta' trasparenza applikabbli permezz ta' dan ir-Regolament, permezz ta’ telefonata bil-vuċi mobbli jew SMS. Talba bħal din għandha ssir mingħajr ħlas fuq numru assenjat għal dan il-għan mill-fornitur tar-roaming. L-obbligi previsti fil-paragrafi 1 ma għandhomx japplikaw għal apparat li ma jappoġġax il-funzjonalità tal-SMS.

3.          Il-fornituri tar-roaming għandhom jagħtu lill-utenti kollha informazzjoni sħiħa dwar it-tariffi roaming applikabbli, b’mod partikolari dwar it-tariffa Ewro-vuċi u t-tariffa Ewro-SMS▌, meta jsiru l-abbonamenti. Huma għandhom ukoll jipprovdu lill-konsumaturi roaming tagħhom b'aġġornamenti dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli mingħajr dewmien bla bżonn kull darba li jkun hemm bidla f’dawn it-tariffi.

Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li l-konsumaturi roaming kollha tagħhom isiru jafu dwar id-disponibbiltà tat-tariffa Ewro-vuċi u t-tariffa Ewro-SMS▌. Għandhom jikkomunikaw, b’mod partikolari, lill-konsumaturi roaming kollha l-kondizzjonijiet relatati mat-tariffa Ewro-vuċi u l-kondizzjonijiet relatati mat-tariffa Ewro-SMS ▌, f’kull każ b’mod ċar u oġġettiv. Huma għandhom wara dan ifakkru, f’intervalli raġonevoli, permezz ta’ messaġġ lill-konsumaturi kollha li jkunu għażlu tariffa oħra.

L-informazzjoni pprovduta għandha tkun dettaljata biżżejjed biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jiġġudikaw jekk huwiex ta' benefiċċju għalihom li jibdlu għal Ewrotariffa.

4.          Il-fornituri tar-roaming għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni lill-konsumaturi tagħhom dwar kif jista' jiġi evitat roaming biż-żball fir-reġjuni tal-fruntieri. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu l-konsumaturi tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għal servizzi tar-roaming biż-żball meta jkunu fl-Istati Membri tagħhom.

Artikolu 15Mekkaniżmi ta’ salvagwardja u trasparenza għal servizzi tar-roaming tad-data bl-imnut

1.          Fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li l-konsumaturi roaming tagħhom, kemm qabel u kemm wara l-konklużjoni ta’ kuntratt, ikunu infurmati adegwatament bit-tariffi li japplikaw għall-użu tagħhom ta’ servizzi regolatitar-roaming tad-data , b’mod li jiffaċilitaw li l-konsumaturi jifhmu l-konsegwenzi finanzjarji ta’ dan l-użu u jippermettilhom jimmonitorjaw u jikkontrollaw in-nefqa tagħhom fuq servizzi regolati tar-roaming tad-data skont il-paragrafi 2 u 3. ▌

Meta jkun xieraq, il-fornituri tar-roaming għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi tagħhom, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt u fuq bażi regolari wara dan, dwar ir-riskju ta’ konnessjoni u tniżżil awtomatiku u bla kontroll b’roaming tad-data . Barra minn hekk, il-fornituri tar-roaming għandhom jinnotifikaw lill-konsumaturi tagħhom, mingħajr ħlas u b’mod ċar u li jinftiehem faċilment, kif dawn il-konnessjonijiet ta’ tar-roaming tad-data awtomatiċi jintfew sabiex jiġi evitat il-konsum bla kontroll ta’ servizzi tar-roaming tad-data .

2.  Messaġġ awtomatiku mill-fornitur tar-roaming għandu jinforma lill-klijent roaming li dan tal-aħħar qiegħed roaming u jipprovdi informazzjoni tariffarja bażika personalizzata dwar it-tariffi (fil-munita tal-kont domestiku pprovdut mill-fornitur domestiku tal-klijent), li jidher f'prezz għal kull megabyte, applikabbli għall-forniment ta' servizzi regolati tar-roaming tad-data lil dak il-klijent roaming fl-Istat Membru kkonċernat, ħlief fejn il-klijent ikun avża lill-fornitur tar-roaming tiegħu li ma għandux bżonn dik l-informazzjoni.

Informazzjoni tariffarja bażika personalizzata bħal din għandha tintbagħat lill-apparat mobbli tal-klijent roaming, pereżempju permezz ta’ messaġġ SMS, e-mail, jew pop-up fuq l-apparat ċellulari, kull darba li l-klijent roaming jidħol fi Stat Membru li mhuwiex dak tal-fornitur domestiku tiegħu u jibda għall-ewwel darba servizz tar-roaming tad-data ▌ f'dak l-Istat Membru partikolari. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument li l-klijent roaming jibda servizz regolat tar-roaming tad-data , b’mod adegwat u adattat biex jiffaċilita li jiġi riċevut u jinftiehem malajr.

Klijent li jkun avża lill-fornitur tar-roaming tiegħu li huwa ma għandux bżonn l-informazzjoni tariffarja awtomatika għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jipprovdi dan is-servizz.

3.  Kull fornitur tar-roaming għandu jipprovdi l-opportunità lill-konsumaturi roaming kollha tiegħu biex, intenzjonalment u mingħajr ħlas, jagħżlu faċilità li tipprovdi informazzjoni dwar il-konsum akkumulat, espress bħala volum jew fil-munita li biha jħallas il-klijent roaming għas-servizzi regolati tar-roaming tad-data u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għal servizzi regolati tar-roaming tad-data fuq perjodu speċifikat ta’ użu, minbarra l-MMS li jrid jitħallas fuq bażi ta' kull unità, ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat.

Għal dan il-għan, il-fornitur tar-roaming għandu jagħmel disponibbli limitu finanzjarju massimu wieħed jew aktar għal perjodi ta’ użu speċifikati, sakemm il-klijent ikun informat minn qabel dwar l-ammonti f'volum korrispondenti. Wieħed minn dawk il-limiti (il-limitu finanzjarju awtomatiku ) għandu jkun viċin iżda ma għandux jaqbeż EUR 50 ta’ tariffi pendenti għal kull perjodu ta’ fatturar ta’ kull xahar (eskluża l-VAT).

Alternattivament, il-fornitur tar-roaming jista’ jistabbilixxi limiti espressi f’volum, sakemm il-klijent ikun informat minn qabel dwar l-ammonti finanzjarji korrispondenti. Wieħed minn dawk il-limiti (il-limitu ta’ volum awtomatiku ) għandu jkollu ammont finanzjarju korrispondenti li ma jaqbiżx EUR 50 ta’ tariffi pendenti għal kull perjodu ta’ fatturar ta’ kull xahar (eskluża l-VAT).

Barra minn hekk, il-fornitur tar-roaming jista’ joffri lill-konsumaturi roaming tiegħu limiti oħra b’limiti massimi finanzjarji differenti fix-xahar, jiġifieri, ogħla jew iktar baxxi.

Il-limiti awtomatiċi msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandu jkun applikabbli għall-konsumaturi kollha li ma għażlux limitu ieħor.

Kull fornitur tar-roaming għandu wkoll jiżgura li tintbagħat notifika adatta lill-apparat mobbli tal-klijent roaming, pereżempju permezz ta’ messaġġ SMS, e-Mail, jew pop-up fuq il-kompjuter, meta s-servizzi tar-roaming tad-data ikunu laħqu 80 % tal-limitu finanzjarju jew tal-volum miftiehem. Kull klijent għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat avviżi ta’ dan it-tip u għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur ▌ biex jerġa’ jforni s-servizz.

Meta l-limitu finanzjarju jew ta’ volum ikun altrimenti nqabeż, għandha tintbagħat notifika lill-apparat mobbli tal-klijent roaming. Dak l-avviż għandu jindika l-proċedura li għandha tkun segwita jekk il-klijent jixtieq li jkompli l-forniment ta’ dawn is-servizzi u l-ispiża assoċjata ma’ kull unità addizzjonali li tkun se tiġi kkunsmata. Jekk il-klijent roaming ma jirrispondix kif mitlub min-notifika li rċieva, il-fornitur tar-roaming għandu jwaqqaf immedjatament is-servizzi regolati tar-roaming tad-data lill-konsumatur roaming u ma jiċċarġjax aktar tagħhom, sakemm u sa meta l-klijent roaming ma jitlobx li l-forniment ta’ dawn is-servizzi jitkompla jew jiġġedded.

Kull meta klijent roaming jitlob li jagħżel jew ineħħi faċilità ta’ 'limitu finanzjarju jew ta’ volum', il-bidla għandha ssir fi żmien ġurnata ta’ xogħol waħda minn meta tasal it-talba, għandha tkun mingħajr ħlas, u ma għandhiex tinvolvi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma' elementi oħra tal-abbonament.

4.          Il-paragrafi 2 u 3 m'għandhomx japplikaw għal apparati magna għal magna li jużaw komunikazzjoni mobbli tad-data.

5.          Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu l-konsumaturi tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għall-aċċess bi żball għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom. Dan għandu jinkludi informazzjoni lill-konsumaturi dwar kif jista' jiġi evitat ir-roaming involontarju f'reġjuni konfinali.

6.  Dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 5, għandu japplika wkoll għal servizzi tar-roaming tad-data użati mill-konsumaturi roaming li jivvjaġġaw barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.

Minkejja s-subparagrafu 1, meta l-klijent jagħżel il-faċilità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, ir-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 3 m'għandhomx japplikaw jekk l-operatur tan-netwerk miżjur fil-pajjiż miżjur barra l-Unjoni ma jippermettix li l-fornitur tar-roaming jimmonitorja l-użu tal-konsumaturi tiegħu fuq bażi ta' ħin reali.

F'dak il-każ il-klijent għandu jkun notifikat permezz ta' messaġġ SMS meta jidħol f'tali pajjiż, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, li l-informazzjoni dwar il-konsum akkumulat u l-garanzija li ma jinqabiżx limitu finanzjarju speċifikat ma jkunux disponibbli.

Artikolu 16Superviżjoni u infurzar

1.          L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom.

2.          L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikoli 6, 7, 8, 9, 11  u 12, b’mod li jippermetti li l-partijiet interessati jkollhom aċċess faċli għaliha.

3.          Bħala preparazzjoni għar-reviżjoni prevista fl-Artikolu 19, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw l-iżviluppi fil-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut għall-forniment lill-konsumaturi roaming ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni ta' telefonati bil-vuċi u data, inklużi SMS u MMS, anke fir-reġjuni l-aktar periferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ukoll ikunu konxji tal-każ partikolari ta’ roaming bi żball fir-reġjuni konfinali ta’ Stati Membri ġirien u jissorveljaw jekk ikunx qiegħed isir użu ta' tekniki ta' tmexxija tat-traffiku b'mod żvantaġġuż għall-konsumaturi.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw u jiġbru informazzjoni dwar ir-roaming bi żball u jieħdu miżuri adatti.

4.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jesiġu mill-impriżi soġġetti għall-obbligi taħt dan ir-Regolament li jipprovdu kull informazzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-impriżi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni minnufih meta mitluba, u skont l-iskadenzi u l-livell ta’ dettall meħtieġa mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

5.          L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jintervjenu fuq inizjattiva tagħhom stess sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għandhom, b’mod partikolari, fejn meħtieġ, jużaw is-setgħat skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-Aċċess biex jiżguraw aċċess u interkonnessjoni adegwati sabiex jiggarantixxu konnettività minn tarf sa tarf u interoperabbiltà ta’ servizzi tar-roaming, pereżempju fejn konsumaturi ma jistgħux jagħmlu skambju ta’ messaġġi SMS roaming regolati ma’ konsumaturi ta’ netwerk ta' kommunikazzjoni pubbliku mobbli terrestri fi Stat Membru ieħor minħabba n-nuqqas ta’ ftehim li jippermetti li jaslu dawk il-messaġġi.

6.          Fejn awtorità regolatorja nazzjonali ssib li seħħ ksur tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandu jkollha s-setgħa tesiġi t-tmiem immedjat ta' tali ksur.

Artikolu 17Riżoluzzjoni ta' tilwim

1.          Fil-każ ta’ tilwim konness mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament bejn l-impriżi li jipprovdu netwerks jew servizzi għal komunikazzjoni elettronika fi Stat Membru, għandhom japplikaw il-proċeduri għar-riżoluzzjoni ta' tilwim stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 tad-Direttiva Kwadru.

2.          Fil-każ ta' tilwim mhux riżolt li jinvolvi klijent jew utent finali u li jikkonċerna kwistjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli l-proċeduri extraġudizzjarji għar-riżoluzzjoni ta' tilwim stabbiliti fl-Artikolu 34 tad-Direttiva dwar Servizz Universali.

Artikolu 18 Penalitajiet

L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju  2013  u għandhom mingħajr dewmien jinnotifikawha b’kull emenda sussegwenti li taffetwahom.

Artikolu 19Analiżi

1.          Il-Kummissjoni għandha tirrivedi kif jiffunzjona dan ir-Regolament u, wara konsultazzjoni pubblika, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar mit-30 ta’ Ġunju 2016. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari jekk l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament intlaħqux. Waqt li tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tirrivedi, inter alia:

(a)    jekk il-kompetizzjoni tkunx żviluppata biżżejjed sabiex tiġġustifika l-iskadenza tat-tariffi massimi bl-imnut;

(b)    jekk il-kompetizzjoni hux se tkun biżżejjed biex jitneħħew tat-tariffi massimi bl-ingrossa;

(c)  l-iżviluppi u t-tendenzi mistennija tal-futur fit-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut għall-forniment lil konsumaturi tar-roaming b'servizzi ta' vuċi, SMS u komunikazzjoni tad-data, meta mqabbla mat-tariffi għal servizzi ta' komunikazzjoni mobbli fil-livell domestiku fl-Istati Membri, kemm għall-konsumaturi li jħallsu minn qabel kif ukoll dawk li jħallsu wara separatament, u fil-kwalità u l-ħeffa ta' dawn is-servizzi;

(d)    id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk li huma alternattiva għas-servizzi tar-roaming tat-telefonati bil-vuċi, tal-SMS, u tad-data , b’mod partikolari meta wieħed iqis l-iżviluppi teknoloġiċi;

(e)    il-livell sa fejn il-konsumatur ikun ibbenfika permezz tat-tnaqqis reali fil-prezz għas-servizzi tar-roaming▌u l-varjetà ta’ tariffi u prodotti li huma disponibbli lill-konsumaturi b’tendenzi ta’ telefonati differenti, u d-differenza bejn tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali, inkluż id-disponibbiltà ta' offerti li jipprovdu tariffa waħda għal servizzi nazzjonali u tar-roaming;

(f)  il-grad ta' kompetizzjoni kemm fis-suq bl-imnut u kemm f'dak bl-ingrossa, b'mod partikolari, is-sitwazzjoni kompetittiva ta' operaturi iżgħar, indipendenti jew li għadhom kemm bdew, inklużi l-effetti fuq il-kompetizzjoni ta' ftehimiet kummerċjali u l-grad ta' interkonnessjoni bejn l-operaturi;

(g)    kemm l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4 pproduċiet riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi tar-roaming sa tali punt li d-differenza bejn it-tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali qed toqrob lejn iż-żero;

(h)    kemm il-livell ta' tariffi massimi bl-ingrossa u bl-imnut pprovda salvagwardji adegwati kontra prezzijiet eċċessivi għall-konsumaturi waqt li ppermetta l-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming.

2.          Jekk ir-rapport juri li l-miżuri strutturali previsti b'dan ir-Regolament ma kinux suffiċjenti biex jippromwovu l-kompetizzjoni fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej kollha jew li d-differenzi bejn it-tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali mhux qed joqorbu lejn iż-żero, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata u b'hekk jinħoloq suq intern għas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli, bl-għan aħħari li ma jkunx hemm differenzi bejn tariffi nazzjonali u dawk tar-roaming. Il-Kummissjoni għandha tevalwa, b’mod partikolari, jekk hux meħtieġ:

(a)  li jiġu stabbiliti miżuri tekniċi u strutturali addizzjonali;

(b)    li tiġi modifikata l-miżura strutturali;

(c)    li jiġi estiż it-tul ta' żmien u possibbilment jiġi rivedut il-livell tat-tariffi bl-imnut massimi previsti fl-Artikoli 7, 9 u 12;

(d)    li jinbidel it-tul ta' żmien jew possibbilment jiġi rivedut il-livell tat-tariffi bl-ingrossa massimi previsti fl-Artikoli 6, 8 u 11;

(e)    li jiġi introdott kwalunkwe rekwiżit ieħor meħtieġ, inkluż in-nuqqas ta' differenzi bejn it-tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali.

3.          Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ▌kull sentejn wara r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Kull rapport, għandu jinkludi sommarju tal-monitoraġġ tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming fl-Unjoni u valutazzjoni tal-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, inkluż permezz ta’ referenza għall-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.  Sabiex jiġu vvalutati l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming tal-Unjoni kollha, il-BEREC għandu jiġbor data fuq bażi regolari mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-iżvilupp ta' tariffi bl-imnut u bl-ingrossa għal servizzi tar-roaming ta' telefonati bil-vuċi, ta' SMS u ta' data. Din id-data għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, tal-anqas darbtejn fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblikaha.

Il-BEREC għandu wkoll ta' kull sena jiġbor informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar it-trasparenza u l-komparabbiltà ta' tariffi differenti offruti mill-operaturi lill-konsumaturi tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din id-data u dawn is-sejbiet.

Artikolu 20      Rekwiżiti ta’ notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-identità tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli għat-twettiq tal-kompiti taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 21Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007, qed jitħassar f'konformità mal-Anness I b'effett minn ...(22)* bl-eċezzjoni tal-Artikoli 3, 4, 4a, 4b u 6a(4) ta' dak ir-Regolament li huma revokati b'effett mill-1 ta' Lulju 2012.

Referenzi għar-Regolament revokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 22Dħul fis-seħħ u skadenza

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom japplikaw minn dak il-jum sakemm ma jiġix previst mod ieħor f'Artikoli speċifiċi.

Dan għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

ANNESS I

Regolament imħassar flimkien mal-emenda tiegħu

(imsemmi fl-Artikolu 21)

Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 544/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 12)

l-Artikolu 1 biss

_____________

ANNESS II

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

-

Artikolu 1(1a)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4) l-ewwel subparagrafu l-ewwel sentenza

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(4) l-ewwel subparagrafu t-tieni sentenza

Artikolu 1(4) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(4) l-ewwel subparagrafu t-tielet sentenza

Artikolu 1(5) it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 1(6)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2), il-kliem tal-bidu

Artikolu 2(2), il-kliem tal-bidu

 

 

 

 

Artikolu 2(2), punt(a)

Artikolu 2(2), punt(ea)

Artikolu 2(2), punt(b)

Artikolu 2(2), punt(b)

-

Artikolu 2(2), punt(ba)

-

Artikolu 2(2), punt(bb)

Artikolu 2(2), punt(c)

Artikolu 2(2), punt(c)

Artikolu 2(2), punt(g)

Artikolu 2(2), punt(ca)

Artikolu 2(2), punt(d)

Artikolu 2(2), punt(d)

Artikolu 2(2), punt(f)

Artikolu 2(2), punt(da)

 

 

Artikolu 2(2), punt(e)

Artikolu 2(2), punt(e)

Artikolu 2(2), punt(i)

Artikolu 2(2), punt(i)

Artikolu 2(2), punt(j)

Artikolu 2(2), punt(j)

Artikolu 2(2), punt(h)

Artikolu 2(2), punt(h)

Artikolu 2(2), punt(k)

Artikolu 2(2), punt(k)

-

Artikolu 2(2), punt(l)

-

Artikolu 2(2), punt(la)

-

Artikolu 2(2), punt(n)

-

Artikolu 2(2), punt(na)

-

Artikolus 3, 4, 5 and 5a

Artikolu 3(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu

-

Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(3)

Artikolu 4(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu

-

Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(3)

Artikolu 4(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 7(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 7(5)

Artikolu 4a

Artikolu 8

Artikolu 4b

Artikolu 9

Artikolu 4b(7)

-

Artikolu 4c

Artikolu 10

-

Artikolu 11

-

Artikolu 12

-

 

 

 

Artikolu 6(1) l-ewwel sal ħames subparagrafi

Artikolu 14(1) l-ewwel sal ħames subparagrafi

-

Artikolu 14(1) is-sitt subparagrafu

Artikolu 6(2)

Artikolu 14(2)

Artikolu 6(3) l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 14(3) l-ewwel u t-tieni subparagrafi

-

Artikolu 14(3) it-tielet subparagrafu

-

Artikolu 14(4)

Artikolu 6a

Artikolu 15

-

Artikolu 15(4)

-

Artikolu 15(5)

-

Artikolu 15(6)

Artikolu 6a(4)

-

Artikolu 7

Artikolu 16

-

Artikolu 16(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 8

Artikolu 17

Artikolu 9

Artikolu 18

Artikolu 10

-

Artikolu 11(1) il-kliem tal-bidu

Artikolu 19(1) il-kliem tal-bidu

-

Artikolu 19(1), punti (a) u (b)

Artikolu 11(1) l-ewwel subparagrafu l-ewwel sar raba' inċiż

Artikolu 19(1), punti (c) sa (f)

-

Artikolu 19(1), punti (g) u (h)

Artikolu 11(1) it-tieni subparagrafu

-

-

Artikolu 19(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 19(3)

-

Artikolu 19(4)

Artikolu 12

Artikolu 20

-

Artikolu 21

Artikolu 13

Artikolu 22

_____________

(1)

ĠU C 24, 28.1.2012, p. 131.

(2)

ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

(3)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(4)

      ĠU C 24, 28.1.2012, p. 131.

(5)

      Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill ta' … .

(6)

       ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32.

(7)

      Ara l-Anness I.

(8)

         Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

(9)

       ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.

(10)

       ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

(11)

      ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(12)

      ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

(13)

      ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(14)

      ĠU L 114, 8.5.2003, p. 45.

(15)

      ĠU C 165, 11.7.2002, p. 6.

(16)

      Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1).

(17)

      Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Diċembru 2007 dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma suxxettibli għal regolazzjoni ex ante skond id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi ĠU L 344 28.12.2007, p. 65).

(18)

      ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 143.

(19)

      ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(20)

Regolament (KE) 544/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 12).

(21)

1       ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(22)

*       ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


NOTA SPJEGATTIVA

I.         Introduzzjoni

Miljun ċittadin fl-Ewropa jużaw telefowns ċellulari kuljum biex iċemplu, jibagħtu u jirċievu messaġġi testwali jew għan-navigazzjoni fl-internet. U n-numru tal-utenti ta' servizzi mobbli tal-internet kuljum qed jiżdied. Permezz ta' dan, il-grupp tal-utenti potenzjali ta' servizzi roaming dejjem qed jiżdied. Pereżempju, f'riċerka attwali tal-Ewrobarometru dwar ir-roaming, kważi tliet kwarti tal-persuni mistoqsija qalu li, waqt l-aħħar żjara barra mill-pajjiż tagħhom, huma użaw is-servizzi għat-terminazzjoni ta' sejħa, biex jibagħtu messaġġi testwali jew għan-navigazzjoni fl-internet.(1)

Minkejja din it-tendenza, il-maġġoranza tal-Ewropej jitfu s-servizzi mobbli meta jkunu barra mill-pajjiż minħabba l-biża' minn "kontijiet li jaħsdu". Peress li spiss iċ-ċittadini jirċievu kontijiet orrendi għas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli li jkunu għamlu barra mill-pajjiż wara li jiġu lura minn barra l-pajjiż. Rigward ir-roaming tad-dejta, hija biss minoranza ta' 19% tal-utenti tan-network mobbli li jinnavigaw fl-internet bit-telefown ċellulari barra mill-pajjiż, li jikkunsidraw il-prezzijiet li jirriżultaw bħala ġusti.(2) Skont il-Kummissjoni, l-ispejjeż medji għal kull megabyte jammontaw għal aktar minn EUR 2, f'każijiet estremi jistgħu jaslu sa EUR 12.(3) Din l-irregolarità hija l-aktar minħabba li s'issa fis-suq tar-roaming , il-kompetizzjoni għadha limitata.

It-tariffi għoljin wisq tar-roaming u l-użu limitat ta' servizzi roaming li jirriżulta minnhom fi ħdan l-Unjoni Ewropea, la huma favorevoli għall-klijenti Ewropej u lanqas għall-ekonomija Ewropea. Dan l-iżvilupp huwa kuntrarju għall-ħsieb ewlieni ta' suq komuni Ewropew.

Din is-sitwazzjoni għandha tiġi indirizzata permezz tal-proposta ta' regolament preżenti. Fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa(4)tal-2010, il-Kummissjoni stabbiliet l-għan li t-tariffi tar-roaming u tal-komunkazzjoni mobbli domestika għandhom jinġabu konformi ma' xulxin sal-2015. Il-Parlament Ewropew ilu s-snin jitlob dan u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex taħdem għal dan permezz ta' proposti leġiżlattivi.

II.        Il-qafas legali s'issa u l-effett tiegħu fuq is-suq tar-roaming

F'Ġunju 2007, il-Parlament Ewropew kien diġà ħareġ l-ewwel regolament dwar ir-roaming f'networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fil-komunità(5) sabiex jikontribwixxi għal funzjonament bla problemi tas-suq komuni u fl-istess ħin jilħaq livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, kif ukoll biex jippromwovi l-kompetizzjoni u t-trasparenza fis-suq. Fis-sena 2008, il-Kummissjoni ivvalutat l-effetti ta' dan ir-Regolament u waslet għall-konklużjoni li l-kompetizzjoni għadha ma tiffunzjonax b'mod sodisfaċenti. Riżultat ta' dan, hija pproponiet aktar proposti għall-emenda tar-regolament dwar ir-roaming(6). Dawn l-emendi inħarġu mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f'Ġunju 2009. Huma kienu jinkludu l-estensjoni taż-żmien tar-regolament u l-estensjoni tal-qasam tal-applikazzjoni tiegħu għal servizzi ta' SMS u ta' roaming tad-dejta. Dan ir-regolament emendat tar-roaming jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2012.

Ir-regolament dwar ir-roaming li japplika fil-preżent jistabbilixxi limiti massimi ta' prezzijiet għal servizzi bil-vuċi, tal-SMS u tar-roaming fil-livelli tal-fornitur u tal-klijenti. Anki għar-roaming tad-dejta, ġie stabbilit limitu massimu tal-prezzijiet, iżda biss fil-livell tal-fornituri.

Minbarra dan, ġew introdotti dispożizzonijiet ta' trasparenza favur il-klijenti. Għalhekk, il-fornituri għandhom jibagħtu lill-klijenti tagħhom informazzjoni dwar ħlasijiet ta' roaming, hekk kif il-klijent jivvjaġġa fi Stat Membru ieħor. Minbarra dan, sabiex jiġu evitati "kontijiet li jaħsdu" għal servizzi ta' roaming ta' dejta, japplika limitu massimu ta' EUR 50 għall-klijenti kollha, li għadhom m'għażlux limitu massimu ieħor ta' spejjeż.

Mir-rapport interim preżentat quddiem il-Kummissjoni f'Lulju 2011 dwar il-qagħda tal-iżvilupp tas-servizzi tar-roaming fl-Unjoni Ewropea(7), jirriżulta li l-fornituri tas-servizz tal-komunikazzjoni mobbli fl-Unjoni Ewropea naqqsu t-tariffi tar-roaming tagħhom skont il-limiti massimi tal-prezzijiet tal-UE li ġew introdotti. Minkejja dan, il-klijenti għadhom mhux qed jiġu offruti tariffi li huma baxxi sew aktar mill-prezzijiet massimi. Il-Kummissjoni tattribwixxi dan għall-fatt li l-kompetizzjoni fis-suq tar-roaming mhijiex żviluppata biżżejjed u għad hemm problemi strutturali.

III.      Il-proposta tal-Kummissjoni għar-riformulazzjoni tar-regolament dwar ir-roaming

Sabiex tippromwovi l-kompetizzjoni, il-Kummissjoni, permezz tal-proposta ta' regolament tagħha, tipproponi strateġija b'żewġ binarji. Minbarra l-limiti massimi tal-prezzijiet li diġà jeżistu, issa għandhom jiġu introddotti wkoll miżuri strutturali.

1.        Miżuri strutturali

Il-proposta ta' regolament tippjana żewġ miżuri strutturali, li bl-għajnuna tagħhom għandha tiġi trattata l-problema oriġinali tan-nuqqas ta' kompetizzjoni fis-suq tar-roaming tal-Unjoni Ewropea. Ir-rapporteur tilqa' strateġija innovattiva ġdida, iżda tara potenzjal ta' titjib fir-rigward tal-proġetti ta' implimentazzjoni li ġew suġġeriti.

a)        Aċċess għal roaming bl-ingrossa

Għandu jiġi faċilitat l-użu fis-suq tar-roaming għall-fornituri alternattivi li m'għandhomx network għalihom (e.ż. fornituri ta' network virtwali tal-komunikazzjoni mobbli – MVNO), billi l-fornituri ta' networks fi Stati Membri oħrajn ikollhom jagħtu aċċess għan-networks tagħhom bi prezzijiet bl-ingrossa (l-hekk imsemmi "aċċess għal roaming bl-ingrossa"). Dan għandu jwassal għal aktar kompetizzjoni bejn il-fornituri fis-suq tar-roaming u għalhekk għandu joħloq aktar inizjattiva sabiex il-klijenti jiġu provduti bi prezzijiet u servizzi aktar attraenti.

Sabiex il-fornituri alternattivi ikollhom aċċess bl-istess mod fuq il-livell tal-fornituri, skont ir-rapporteur, il-miżura għall-għoti tal-aċċess għandha tiġi estiża b'obbligu li ma jkunx hemm diskriminazzjoni. Permezz ta' dan, il-miżura tas-sena 2002 tkun konformi mal-arranġamenti tad-direttiva tal-aċċess(8). L-obbligu għall-għoti tal-aċċess jista' jwassal biss għas-suċċess mixtieq jekk il-fornituri tan-network jiġu obbligati li jittrattaw d-domandi kollha tal-fornituri alternattivi bl-istess mod.

b) Il-bejgħ separat tas-servizzi roaming

It-tieni miżura strutturali tirrigwarda l-livell tal-konsumaturi. Fil-futur, il-klijenti għandhom ikunu jistgħu jakkwistaw is-servizzi roaming anki minn fornitur differenti minn dak tas-servizzi domestiċi tagħhom. Għalhekk il-klijenti jistgħu jiffirmaw kuntratt iktar irħis ma' fornitur konkurrenti li huwa separat mis-servizz nazzjonali tal-komunikazzjoni mobbli (l-hekk magħruf "bejgħ separat ta' servizzi roaming").

Bażikament ir-raporteur tikkunsidra din il-miżura ta' separazzjoni bħala xierqa. Hemm dubju dwar kemm l-implimentazzjoni teknika għandha tiġi definita fir-regolament. Ir-rapporteur hija tal-fehma li minħabba l-iżvilupp rapidu teknoloġiku tal-lum, il-profil tar-roaming tal-Unjoni Ewropea tal-BEREC għandux jiġi definit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. Fir-regolament dwar ir-roaming, għandhom jiġu formulati biss il-prinċipji bażiċi li soluzzjoni teknika futura għandha tkun konformi magħhom (e.ż. iż-żamma tan-numru tat-telefown).

2.         Il-limiti massimi tal-prezzijiet

Sakemm il-miżuri strutturali isiru operattivi u l-kompetizzjoni twassal għal prezzijiet rħas għall-klijenti finali, permezz tal-proposta ta' regolament, irid jiġi definit pass pass it-tnaqqis tal-limiti massimi attwali tal-prezzijiet fil-livell tal-fornituri u tal-klijenti għal servizzi tal-vuċi u tal-SMS kif ukoll għandu jiġi introdott limitu massimu għall-prezzijiet tal-klijenti għal servizzi mobbli tad-dejta. Il-Kummissjoni tissuġġerixxi, li sa Lulju 2014, klijenti tar-roaming għandhom iħallsu l-aktar 24 EURcents kull minuta għal telefonata li jagħmlu, massimu ta' 10 EURcents għal telefonata li jirċievu, massimu ta' 10 EURcents talli jibagħtu messaġġi testwali u massimu ta' 50 EURcent għal kull megabyte għat-tniżżil ta' dejta u għan-navigazzjoni fl-internet barra mill-pajjiż.

Ir-rapporteur tilqa' l-fatt li issa għall-ewwel darba fl-Unjoni Ewropea kollha, għandhom jiġu regolati wkoll l-limiti massimi tal-prezzijiet fil-livell tal-klijenti għar-roaming tad-dejta. F'każ ta' servizzi ta' roaming tad-dejta, fl-2009 ġie reġistrat tkabbir ta' aktar minn 40%.(9)Minħabba t-tixrid ta' smartphones u ta' apparat manwali ieħor, din it-tendenza għandha tibqa'. Ir-regolament tal-ħlasijiet għat-tniżżil ta' dejta barra l-pajjiż huwa għalhekk meħtieġ b'mod urġenti.

Iżda r-rapporteur hija tal-fehma, li l-limiti massimi tal-prezzijiet suġġeriti mill-Kummissjoni mhumiex ambizzjużi biżżejjed. Stħarriġ indipendenti juri li l-ispejjeż reali tal-fornitur għall-provvista ta' servizzi roaming fil-medja Ewropea, huma ħafna aktar baxxi mil-limiti massimi suġġeriti fil-livell tal-fornituri. (10). B'mod speċjali, ir-rapporteur tikkunsidra l-ħlasijiet tal-klijenti ssuġġeriti għal servizzi ta' roaming ta' dejta għoljin b'mod eżaġerat. Profitti li jirrapreżentaw erba' darbiet jew ħames darbiet tal-prezz tal-fornitur m'għandhomx jiġu ġustifikati.

Ir-rapporteur tippreferi, għalhekk, limiti tal-prezz aktar baxxi, kemm fil-livell tal-fornitur kif ukoll fil-livell tal-klijent għal servizzi tal-vuċi, tal-SMS u l-aktar tar-roaming tad-dejta. Fl-istess ħin hija tikkunsidra li għandu jiġi żgurat profitt biżżejjed għall-fornitur biex jikkumpensa għall-investimenti li dawn ikunu għamlu fil-bini ta' network.

3.        Il-miżuri għat-titjib tat-trasparenza u tal-ħarsien tal-konsumaturi

Ir-regolament dwar ir-roaming li huwa fis-seħħ jinkludi serje ta' dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza, li kkontribwixxiet għal livell adegwat ta' ħarsien tal-konsumaturi. Minbarra l-komunikazzjoni tas-servizzi tal-vuċi, tal-SMS u tar-roaming tad-dejta fid-dħul fin-network ċellulari ta' fornitur barrani, ġie introdott imblukkar b'mod li l-utenti, meta jilħqu ċertu limitu ta' spejjeż fl-użu tas-servizzi mobbli tal-internet, ikollhom jispjegaw jekk huma jixtiqux ikomplu jużaw is-servizzi ta' roaming tad-dejta.

Minbarra l-introduzzjoni ta' miżuri strutturali ġodda, skont il-fehma tar-rapporteur, għandhom jiġu stabbiliti aktar sforzi għat-trasparenza. L-ewwel nett, jeħtieġ informazzjoni li tiftiehem aħjar dwar il-possibilitajiet u t-tariffi l-ġodda, li jirriżultaw għall-klijenti permezz tal-miżura ta' separazzjoni. Ir-rapporteur timpenja ruħha biex fil-futur kuntratti tar-roaming jiġu mfassla u kumpilati b'mod ċar u mhux kumplikat.

Rigward l-avviż dwar "il-kontijiet li jaħsdu", ir-rapport jippjana li dan għandu jsir ukoll jekk jintużaw servizzi 'il hinn mill-Unjoni Ewropea. Fil-futur, dan l-avviż għandu jinkludi mhux biss l-ispejjeż għar-roaming tad-dejta iżda wkoll il-ħlasijiet għal servizzi tal-vuċi u tal-SMS. Finalment, mhux biss klijenti li jħallsu minn qabel għandhom igawdu minn dawn l-avviżi, iżda wkoll klijenti bil-kuntratt.

(1)

Special Eurobarometer 356, „Report on Roaming 2010“, Frar 2011, http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_356_en.pdf

(2)

s.o.

(3)

Kummissjoni Ewropea, "Rapport interim dwar il-qagħda tal-iżvilupp tas-servizzi tar-roaming fl-Unjoni Ewropea", Ġunju 2010, http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0356:FIN:mt:PDF

(4)

Kummissjoni Ewropea, "Aġenda Diġitali għall-Ewropa", Mejju 2010, http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0245:FIN:MT:PDF

(5)

Regolament (KE) Nru. 717/2007, http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32007R0717:MT:NOT

(6)

Regolament (KE) Nru. 544/2009, http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2009:167:0012:0023:MT:PDF

(7)

Kummissjoni Ewropea, "Rapport interim dwar il-qagħda tal-iżvilupp tas-servizzi tar-roaming fl-Unjoni Ewropea", Ġunju 2010, http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0356:FIN:mt:PDF

(8)

Direttiva 2002/19/KE, http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2002:108:0007:0007:MT:PDF

(9)

Kummissjoni Ewropea, "Rapport interim dwar il-qagħda tal-iżvilupp tas-servizzi tar-roaming fl-Unjoni Ewropea", Ġunju 2010, http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0356:FIN:mt:PDF

(10)

GEREK, „MTR Benchmark snapshot“, Jannar/Lulju 2011, http://erg.eu.int/doc/berec/bor_11_27.pdf and http://erg.eu.int/doc/berec/bor_11_35.pdf


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (8.2.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni)

(COM(2011)0402 – C7-0190/2011 – 2011/0187(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Eija-Riitta Korhola

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-regolament attwali dwar ir-roaming (2007, emendat fl-2009) jipprovdi ħlasijiet regolati fuq telefonati bir-roaming u messaġġi testwali, u se jagħlaq fit-30 ta' Ġunju 2012. Ir-regolament kien effikaċi peress li huwa żied b'mod konsiderevoli l-prezz kemm tat-telefonati bir-roaming kif ukoll tal-messaġġi testwali. Il-prezzijiet bl-imnut, madankollu, huma qrib ħafna tat-tariffi massimi stabbiliti mill-Unjoni u għadna neqsin mill-kompetizzjoni.

Ir-Rapporteur tixtieq tfakkar li l-Kummissjoni niżżlet fl-għanijiet tagħha għall-Aġenda Diġitali Ewropea li d-differenzi bejn it-tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali għandhom jersqu qrib iż-żero sal-2015. Ir-Rapporteur hija tal-fehma li, sabiex nersqu eqreb li nilħqu dan l-għan, huwa neċessarju li wieħed isib soluzzjoni li tiggarantixxi l-kompetizzjoni u l-funzjonament effikaċi tas-suq tar-roaming anki wara d-data stabbilita. Ir-Rapporteur tfakkar ukoll li l-isforzi biex ikun hemm il-varar ta' netwerks tal-broadband jistgħu jkunu ta' appoġġ għall-ħolqien ta' għodod li jistgħu jservu ta' alternattiva għas-servizz tar-roaming.

Il-proposta għal regolament ġdid (Roaming III) tkompli tirregola l-ħlasijiet tar-roaming għal telefonati u messaġġi testwali u tintroduċi element essenzjali ġdid: tariffa Euro-dejta għas-servizzi tar-roaming tad-dejta bl-imnut. Il-proposta tintroduċi wkoll miżuri strutturali biex tinkoraġġixxi l-kompetizzjoni filwaqt li l-limiti tal-prezzijiet jinżammu bħala 'xibka ta' protezzjoni' temporanja għall-konsumaturi sabiex ikopru l-perjodu sakemm il-kompetizzjoni innifisha tniżżel il-prezzijiet.

Sa mill-1 ta' Lulju 2014, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jiffirmaw kuntratt għar-roaming mobbli li jkun separat mill-kuntratt ta' servizz mobbli nazzjonali. Dan jinkoraġġixxi l-kompetizzjoni fis-suq tar-roaming u huwa mezz ta' progress fl-iżvilupp. Ir-regolament tal-prezzijiet bl-imnut għandu jkompli sal-1 ta' Ġunju2016, iżda jista' jkun estiż sakemm jidħlu fis-seħħ b'mod komplut il-miżuri strutturali stabbiliti minnu.

Dwar il-limiti tal-prezzijiet u l-miżuri strutturali

Ir-Rapporteur trid tenfasizza li hemm lok għat-tnaqqis tal-limiti tal-prezzijiet propost mill-Kummissjoni. Madankollu, il-prezzijiet għoljin huma minħabba nuqqas ta' kompetizzjoni fis-suq tar-roaming li, min-naħa tiegħu, joriġina minn problemi strutturali fis-suq. Għal din ir-raġuni, is-soluzzjoni għas-sitwazzjoni tal-preżent hija bbażata fuq miżuri strutturali li huma appoġġati minn regolament temporanju tal-prezzijiet. Il-limiti tal-prezzijiet (bl-ingrossa u bl-imnut) għandhom iħallu lok biżżejjed biex fornituri ġodda jidħlu fis-suq, u konsegwentement, biex tiżdied il-kompetizzjoni.

Minkejja dan, peress li t-teknoloġija tiżviluppa b'mod rapidu u s-soluzzjonijiet tekniċi għas-separazzjoni li ġew diskussi s'issa għandhom vantaġġi prinċipali iżda wkoll żvantaġġi u inċertezzi, ir-Rapporteur tikkunsidra li r-Regolament m'għandux jippromwovi soluzzjoni teknika waħda. Minflok, għandhom jiġu magħżula u miżmuma ċerti elementi prinċipali (inkluża l-possibilità taż-żamma tal-istess numru mobbli) li jistgħu jiġu ssodisfati bis-soluzzjoni teknika, filwaqt li d-deċiżjoni finali forma ta' soluzzjoni teknika għandha titħalla f'idejn l-esperti tekniċi tal-qasam. Dan jiggarantixxi l-funzjonament effikaċi tar-Regolament il-ġdid peress li l-konsumaturi ma jitgħabbewx bl-użu ta' servizzi ġodda minħabba kumplessità żejda. Dan jipprevjeni wkoll l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni li diġà jkun għalaq żmienha meta tiġi implimentata.

Il-ħarsien tal-konsumatur u t-trasparenza

Ġie nnutat f'diversi rapporti li t-trasparenza tal-prezzijiet tjiebet b'mod sinifikanti bl-introduzzjoni tar-regolamenti preċedenti tar-roaming. Madankollu, ir-Rapporteur tixtieq tfakkar li dan il-progress għandu jkompli.

It-tibdiliet strutturali proposti għandhom jiġu diżinjati filwaqt li tingħata l-ikbar attenzjoni lill-faċilità ta' użu u lit-trasparenza għall-konsumatur; il-konsumaturi għandhom jiġu garantiti informazzjoni b'mod ċar u li jiftiehem li jagħmilha aktar faċli li jitqabblu l-prezzijiet u possibilment jinbidlu l-operaturi ta' servizzi tar-roaming.

Il-konsumaturi għandhom jirċievu messaġġ testwali bi prezzijiet dettaljati tar-roaming meta jaslu f'pajjiż ieħor, kemm fi ħdan l-Unjoni u kemm 'il barra minnha. Minbarra dan, il-'limitu ta' sikurezza'' ta' 50 euro, jew limitu personalizzat ta' sikurezza b'ammont ieħor, li jipprevjeni 'kontijiet li jaħsdu', għandhom jiġu estiżi għal roaming f'terzi pajjiżi. Minbarra dan, il-konsumatur għandu jirċievi notifika mill-operatur meta jkun qed iqarrab għal-'limitu tas-sikurezza' tar-roaming.

Bħala nota ġenerali, ir-Rapporteur tenfasizza li l-Kummissjoni missha ħadet l-opportunità ta' din ir-riformulazzjoni biex takkwista struttura aktar ċara dwar dan ir-Regolament, permezz tal-konsolidazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha dwar il-ħarsien tal-konsumaturi (li tinkludi l-kontijiet li jaħsdu') u dwar ir-rekwiżiti ta' trasparenza applikabbli għas-servizzi kollha tar-roaming, kompluti b'miżuri speċifiċi għal telefonati, SMS, MMS u servizzi ta' roaming tad-dejta. Dan jista' jagħti liċ-ċittadini stampa aktar ċara dwar id-drittijiet tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin jagħmel ir-regolament jinqara aħjar u jippromwovi leġiżlazzjoni aħjar.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-objettiv tat-tnaqqis tad-differenza bejn it-tariffi nazzjonali u dawk tar-roaming, kif inkluż fil-Qafas tal-Benchworking tal-Kummissjoni 2011-20151, mill-Istati Membri f'Novembru 2009, kif ukoll kif inkluż fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Aġenda Diġitali għall-Ewropa"2, għandu jibqa' wkoll l-għan ta' dan ir-Regolament. Il-bejgħ separat tas-servizzi tar-roaming u dawk domestiċi previst għandu jżid il-kompetizzjoni u għalhekk ibaxxi l-prezzijiet għall-konsumaturi u joħloq suq komuni tar-roaming fl-Unjoni mingħajr diversifikazzjoni sinifikanti bejn it-tariffi nazzjonali u dawk tar-roaming.

 

__________________

 

1 http://ec.europa.eu/information_society/eeurope/i2010/docs/benchmarking/benchmarking_digital_europe_2011-2015.pdf

 

2 COM(2010)0245.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ma tikkonċernax il-verżjoni Maltija.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-livell għoli ta' prezzijiet tar-roaming huwa ostakolu sinifikanti għaċ-ċittadini meta jaslu biex jistudjaw jew jaħdmu f'pajjiż ieħor barra l-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Dejta dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet għal servizzi ta' roaming ta' telefonati bil-vuċi , SMS u dejta  madwar l-Unjoni  minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 u r-Regolament (KE) Nru 544/2009 li jemendah , inklużi b’mod partikolari dawk miġbura mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u rrappurtati kull tliet xhur permezz tal- BEREC , ma tipprovdix provi li jissuġġerixxu li l-kompetizzjoni fil-livelli bl-ingrossa jew bl-imnut żviluppat b'mod raġonevoli u  aktarx se tkun sostenibbli minn Ġunju 2012  ’il quddiem fin-nuqqas ta’ miżuri regolatorji. Din id-dejta tindika li prezzijiet bl-imnut u bl-ingrossa qed jibqgħu jagglomeraw  fil-limiti, jew qrib il-limiti, stipulati bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 544/2009 , b’kompetizzjoni limitata biss taħt dawk il-limiti.

(16) Dejta dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet għal servizzi ta' roaming ta' telefonati bil-vuċi , SMS u dejta  madwar l-Unjoni  minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 u r-Regolament (KE) Nru 544/2009 li jemendah , inklużi b’mod partikolari dawk miġbura mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u rrappurtati kull tliet xhur permezz tal- BEREC , ma tipprovdix provi li jissuġġerixxu li l-kompetizzjoni fil-livelli bl-ingrossa jew bl-imnut żviluppat b'mod raġonevoli u  aktarx se tkun sostenibbli minn Ġunju 2012  ’il quddiem fin-nuqqas ta’ miżuri regolatorji. Din id-dejta tindika li prezzijiet bl-imnut u bl-ingrossa għadhom ferm ogħla mill-prezzijiet domestiċi u qed jibqgħu jagglomeraw fil-limiti, jew qrib il-limiti, stipulati bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 544/2009 , b’kompetizzjoni limitata biss taħt dawk il-limiti.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-iskadenza f’Ġunju 2012  tas-salvagwardji regolatorji li japplikaw għal servizzi roaming madwar l-Unjoni  fil-livelli tal-ingrossa u tal-imnut permezz tar-Regolament (KE) Nru 717/2009 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 544/2009,  għandha għalhekk twassal għal riskju sinifikanti li n-nuqqas ta’ pressjoni kompetittiva involuta fis-suq tar-roaming u l-inċentiv għall-operaturi mobbli biex jiksbu l-massimu tad-dħul tar-roaming tagħhom jistgħu jwasslu biex il-prezzijiet bl-imnut u bl-ingrossa għal roaming madwar l-Unjoni  ma jikkostitwux riflessjoni raġonevoli tal-ispejjeż involuti fil-forniment tas-servizz, u b’hekk jheddu l-kisba tal-għanijiet ta ' dan i r-Regolament . Intervent regolatorju fis-suq għas-servizzi roaming mobbli  għandu għalhekk jiġi estiż għal warat-30 ta’ Ġunju  2012  sabiex il-funzjonament tajjeb tas-suq intern ikun żgurat billi jħalli l-kompetizzjoni tiżviluppa, filwaqt li fl-istess ħin  jiggarantixxi li l-konsumaturi jibqgħu jibbenefikaw mill-assigurazzjoni li mhux se jħallsu prezz eċċessiv meta mqabbel ma’ prezzijiet nazzjonali kompetittivi .

(17) L-iskadenza f’Ġunju 2012  tas-salvagwardji regolatorji li japplikaw għal servizzi roaming madwar l-Unjoni  fil-livelli tal-ingrossa u tal-imnut permezz tar-Regolament (KE) Nru 717/2009 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 544/2009,  għandha għalhekk twassal għal riskju sinifikanti li n-nuqqas ta’ pressjoni kompetittiva involuta fis-suq tar-roaming u l-inċentiv għall-operaturi mobbli biex jiksbu l-massimu tad-dħul tar-roaming tagħhom jistgħu jwasslu biex il-prezzijiet bl-imnut u bl-ingrossa għal roaming madwar l-Unjoni  ma jikkostitwux riflessjoni raġonevoli tal-ispejjeż involuti fil-forniment tas-servizz, u b’hekk jheddu l-kisba tal-għanijiet ta ' dan i r-Regolament . Intervent regolatorju fis-suq għas-servizzi roaming mobbli għandu għalhekk jiġi estiż għal wara t-30 ta’ Ġunju 2012 sabiex ikun żgurat tnaqqis sostanzjali fl-ispejjeż bl-għan li fl-2015 tintlaħaq sitwazzjoni, kif indikat fl-Aġenda Diġitali Ewropea, li fiha ma jkunx baqa' differenzi bejn it-tariffi nazzjonali u dawk tar-roaming.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Il-protezzjoni tal-prinċipji tan-newtralità u l-ftuħ tal-Internet u l-kapaċità tal-utenti aħħarin biex jaċċessaw u jqassmu l-informazzjoni u jħaddmu l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-għażla tagħhom għandhom isiru ferm aktar importanti għax is-Suq Uniku Diġitali jinħoloq b'mod partikolari permezz tar-roaming.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b) Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Aġenda Diġitali għall-Ewropa", il-mira tal-'broadband bażika' hija li netwerks bħal dawn għandhom ikopru 100% taċ-ċittadini tal-Unjoni sal-2013. Minbarra dan, il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha bit-titolu 'Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment'1 iddeskriviet kif l-aħjar li jiġi inkoraġġut il-varar u l-użu ta' broadband b'veloċità għolja u b'veloċità għolja ħafna fl-Unjoni sabiex jiġi stimulat l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali, filwaqt li jkun possibbli li jinbdew servizzi ġodda.

 

_____________

 

1COM(2010) 0472.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 17c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17c) L-iżvilupp tan-netwerks broadband bla fili li jippermettu aċċess għall-internet u għal applikazzjonijiet innovattivi oħra huwa objettiv prinċipali tal-Unjoni u, fi ħdan dan il-qafas, l-ewwel Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju multiannwali li ġie stabbilit mid-[Deċiżjoni Nru .../...UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill...] ifittex li jalloka spettru suffiċjenti u adegwat f'waqtu li jappoġġa l-objettivi ta' politika tal-Unjoni u biex tiġi ssodisfata bl-aħjar mod id-domanda dejjem tiżdied għal traffiku tad-dejta wireless. Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar 'Il-Broadband Ewropew: l-investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment'1 jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri fil-qasam tan-netwerks WiFi aċċessibbli pubblikament, bla ħlas u b’veloċità għolja tat-trasport pubbliku.

 

_____________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0322.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 17d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17d) Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha bit-titolu 'Dwar ir-rapport interim dwar il-qagħda tal-iżvilupp tas-servizzi tar-roaming fl-Unjoni Ewropea'1, tinnota li żviluppi teknoloġiċi u/jew l-alternattivi għas-servizzi tar-roaming, bħad-disponibbiltà tal-"Voice over Internet Protocol" (VoIP) jew tal-WiFi, jistgħu jrendu s-suq tar-roaming tal-Unjoni aktar kompetittiv; filwaqt li dawn l-alternattivi, partikolarment is-servizzi VoIP, qed jintużaw dejjem aktar fil-livell domestiku, ma kienx hemm żviluppi sinifikanti fl-użu tagħhom waqt ir-roaming.

 

_____________

 

1COM(2010) 0356.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Għalhekk għandhom jiġu introdotti regoli sabiex jingħata mandat rigward l-obbligu li jintlaqgħu talbiet raġonevoli għal aċċess bl-ingrossa għal netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, bil-għan li jiġu pprovduti servizzi roaming. Tali talbiet għandhom jiġu rrifjutati biss abbażi ta' kriterji oġġettivi u ġġustifikati kif xieraq, li għandhom jiġu ddeterminati każ b'każ mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali wara l-proċedura ta' riżoluzzjoni ta' tilwim imsemmija fl-Artikolu 17. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ugwali għal kulħadd, aċċess bl-ingrossa bil-għan li jiġu pprovduti servizzi roaming għandu jingħata skont l-obbligi regolatorji stipulati f'dan ir-Regolament applikabbli fil-livell bl-ingrossa, u għandu jqis l-elementi differenti tal-ispejjeż meħtieġa għall-provvediment ta' tali aċċess. Approċċ regolatorju konsistenti għall-aċċess bl-ingrossa għall-provvediment tas-servizzi roaming għandu jevita tgħawwiġ bejn l-Istati Membri.

(19) Għalhekk għandhom jiġu introdotti regoli sabiex jingħata mandat rigward l-obbligu li jintlaqgħu talbiet raġonevoli għal aċċess bl-ingrossa għal netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, bil-għan li jiġu pprovduti servizzi roaming. Tali talbiet għandhom jiġu rrifjutati biss abbażi ta' kriterji oġġettivi u ġġustifikati kif xieraq, li għandhom jiġu ddeterminati każ b'każ mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali wara l-proċedura ta' riżoluzzjoni ta' tilwim imsemmija fl-Artikolu 17. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ugwali għal kulħadd, aċċess bl-ingrossa bil-għan li jiġu pprovduti servizzi roaming għandu jingħata skont l-obbligi regolatorji stipulati f'dan ir-Regolament applikabbli fil-livell bl-ingrossa u skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/19/KE, li tinkludi r-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni u l-interoperabilità, u għandu jqis l-elementi differenti tal-ispejjeż meħtieġa għall-provvediment ta' tali aċċess. Approċċ regolatorju konsistenti għall-aċċess bl-ingrossa għall-provvediment tas-servizzi roaming għandu jevita tgħawwiġ bejn l-Istati Membri.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li jagħżlu bejgħ separat tas-servizzi roaming mill-bejgħ tal-pakkett mobbli domestiku tagħhom. Għandhom jiġu stipulati prinċipji bażiċi fir-rigward tal-provvediment ta' bejgħ separat ta' servizzi roaming li għandhom jiġu introdotti b'mod koordinat fl-Unjoni kollha. Il-konsumaturi għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu fornitur differenti għas-servizzi roaming mingħajr ma jibdlu n-numru tagħhom, u b'mod li jiżgura l-interoperabbiltà tas-servizzi, fejn is-servizzi roaming jiġu pprovduti jkun fejn ikun fl-Unjoni u bl-istess livell ta' kwalità.

(22) Il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li jagħżlu bejgħ separat tas-servizzi roaming mill-bejgħ tal-pakkett mobbli domestiku tagħhom fl-Unjoni. Għandhom jiġu stipulati prinċipji bażiċi fir-rigward tal-provvediment ta' bejgħ separat ta' servizzi roaming li għandhom jiġu introdotti b'mod koordinat fl-Unjoni kollha. Il-kondizzjonijiet offerti minn fornituri domestiċi ta' servizzi roaming għandhom ikunu b'mod li l-klijenti jistgħu iqabbluhom faċilment. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tipproponi kriterji uniformi għall-għoti ta' din l-informazzjoni. Għal dan il-għan, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa mal-BEREC u mal-persuni kollha interessati, inkluż fuq il-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Sakemm jiġu adottati dawn il-kriterji, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinkoraġġixxu l-għoti ta' informazzjoni komparabbli, pereżempju permezz ta' gwidi li jużaw bħala referenza t-tariffi regolati applikati għas-servizzi roaming relevanti. Il-konsumaturi għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu fornitur differenti għas-servizzi roaming mingħajr ma jibdlu n-numru tagħhom, u b'mod li jiżgura l-interoperabbiltà tas-servizzi u f'perjodu qasir ta' żmien, fejn is-servizzi roaming jiġu pprovduti jkun fejn ikun fl-Unjoni u bl-istess livell ta' kwalità.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Il-klijenti għandhom ikunu jistgħu jaqilbu faċilment, fl-aktar żmien qasir possibbli, bla pieni u mingħajr ħlas, għal operaturi alternattivi tar-roaming jew bejn operaturi alternattivi tar-roaming.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) L-operaturi għandhom jiġu mħeġġa jilħqu l-objettivi tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa b'aktar ħeffa. B'mod partikolari, għandu jingħata importanza l-objettiv li d-differenzi bejn it-tariffi nazzjonali u tar-roaming javviċinaw ir-rata ta' żero sal-2015. Għalhekk, bħala inċentiv, l-operaturi li huma lesti li jagħmlu offerti tar-roaming li huma ugwali jew ogħla b'mod insinifikanti mit-tariffi nazzjonali tagħhom, għandhom ikunu eżenti mill-obbligu li jimplimentaw il-miżuri strutturali fir-rigward tal-bejgħ separat tas-servizzi roaming. Ir-regolaturi nazzjonali tat-telekomunikazzjoni għandhom joffru t-tali eżenzjonijiet taħt kundizzjonijiet stretti u jkunu wkoll jistgħu jirtiraw l-eżenzjoni f'każ ta' nuqqas ta' konformità. Din is-sistema tippermetti wkoll aktar offerti innovattivi bħal ma huma 'uża r-roaming qisek qiegħed id-dar' jew offerti bbażati fuq l-ispiża ta' kull xahar, li jkunu aktar trasparenti għall-konsumaturi u ma jkunux jeħtieġu xi azzjoni min-naħa tal-konsumaturi.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Matul il-perjodu tranżizzjonali tal-limiti ta' salvagwardja,  il-klijenti roaming ġodda għandhom jiġu infurmati bis-sħiħ dwar il-firxa ta' tariffi li jeżistu għar-roaming fi ħdan l-Unjoni , inklużi t-tariffi li huma konformi mal-Ewrotariffa tranżitorja . Il-klijenti roaming eżistenti għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu tariffa ġdida konformi mal-Ewrotariffa tranżitorja  jew kwalunkwe tariffa tar-roaming oħra fi żmien speċifiku. Għall-klijenti roaming li għadhom ma għamlux l-għażla tagħhom f'dan iż-żmien, huwa xieraq li jkun hemm distinzjoni bejn dawk li diġà għażlu tariffa speċifika jew pakkett speċifiku tar-roaming qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u dawk li għadhom ma għażlux. Dawn tal-aħħar għandhom jingħataw awtomatikament tariffa li tikkonforma ma' dan ir-Regolament. Il-klijenti roaming li diġà jibbenefikaw minn tariffi jew pakketti speċifiċi tar-roaming li jissodisfaw ir-rekwiżiti individwali tagħhom u li huma għażlu fuq dik il-bażi, għandhom jibqgħu fuq it-tariffa jew pakkett li kienu għażlu qabel jekk, wara li jkunu ġew imfakkra dwar il-kondizzjonijiet attwali tat-tariffi, huma jonqsu milli jesprimu għażla fil-perjodu ta' żmien rilevanti. Dawn it-tariffi jew pakketti speċifiċi tar-roaming jistgħu jinkludu, pereżempju, rati fissi ta' roaming, tariffi mhux pubbliċi, tariffi bi ħlasijiet fissi ta' roaming addizzjonali, tariffi bi ħlasijiet għal kull minuta aktar baxxi mill-Ewrotariffa massima jew tariffi bi ħlasijiet ta' installazzjoni.

(33) Matul il-perjodu tranżizzjonali tal-limiti ta' salvagwardja, il-klijenti roaming ġodda għandhom jiġu infurmati bis-sħiħ b'mod ċar u li jiftiehem dwar il-firxa ta' tariffi li jeżistu għar-roaming fi ħdan l-Unjoni , inklużi t-tariffi li huma konformi mal-Ewrotariffa tranżitorja . Il-klijenti roaming eżistenti għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu tariffa ġdida konformi mal-Ewrotariffa tranżitorja  jew kwalunkwe tariffa tar-roaming oħra fi żmien speċifiku. Għall-klijenti roaming li għadhom ma għamlux l-għażla tagħhom f'dan iż-żmien, huwa xieraq li jkun hemm distinzjoni bejn dawk li diġà għażlu tariffa speċifika jew pakkett speċifiku tar-roaming qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u dawk li għadhom ma għażlux. Dawn tal-aħħar għandhom jingħataw awtomatikament tariffa li tikkonforma ma' dan ir-Regolament. Il-klijenti roaming li diġà jibbenefikaw minn tariffi jew pakketti speċifiċi tar-roaming li jissodisfaw ir-rekwiżiti individwali tagħhom u li huma għażlu fuq dik il-bażi, għandhom jibqgħu fuq it-tariffa jew pakkett li kienu għażlu qabel jekk, wara li jkunu ġew imfakkra dwar il-kondizzjonijiet attwali tat-tariffi u l-Ewrotariffi applikabbli, huma jesprimu għażla lill-operatur tagħhom. Dawn it-tariffi jew pakketti speċifiċi tar-roaming jistgħu jinkludu, pereżempju, rati fissi ta' roaming, tariffi mhux pubbliċi, tariffi bi ħlasijiet fissi ta' roaming addizzjonali, tariffi bi ħlasijiet għal kull minuta aktar baxxi mill-Ewrotariffa massima jew tariffi bi ħlasijiet ta' installazzjoni.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Ladarba dan ir-Regolament jipprevedi li d-Direttivi li jikkostitwixxu l-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjoni elettronika japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura speċifika adottata għar-regolazzjoni ta' tariffi tar-roaming madwar l-Unjoni  għal telefonati telefoniċi mobbli bil-vuċi, u ladarba l-fornituri ta' servizzi roaming madwar l-Unjoni  kollha jistgħu jkunu meħtieġa minn dan ir-Regolament sabiex jagħmlu tibdiliet fit-tariffi tar-roaming bl-imnut tagħhom sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, dawn il-bidliet ma għandhom jagħtu lill-klijenti tat-telefonija mobbli ebda dritt, taħt il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu l-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjoni elettronika, li jirtiraw mill-kuntratti tagħhom.

(34) Ladarba dan ir-Regolament jipprevedi li d-Direttivi li jikkostitwixxu l-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjoni elettronika japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura speċifika adottata għar-regolazzjoni ta' tariffi tar-roaming madwar l-Unjoni  għal telefonati telefoniċi mobbli bil-vuċi, u ladarba l-fornituri ta' servizzi roaming madwar l-Unjoni  kollha jistgħu jkunu meħtieġa minn dan ir-Regolament sabiex jagħmlu tibdiliet fit-tariffi tar-roaming bl-imnut tagħhom sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, dawn il-bidliet ma għandhom jagħtu lill-klijenti tat-telefonija mobbli ebda dritt, taħt il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu l-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjoni elettronika, li jirtiraw mill-kuntratti tagħhom. B'mod simili, il-libertà li wieħed ibiddel il-fornituri tar-roaming hi mingħajr ħsara għad-drittijiet u l-obbligi applikabbli għas-servizzi nazzjonali skont l-obbligi regolatorji u kuntrattwali.

Ġustifikazzjoni

Id-dritt li wieħed ibiddel il-fornituri tas-servizz roaming ma jagħtix id-dritt lill-konsumaturi li joħorġu minn kuntratti nazzjonali. Id-dispożizzjonijiet relevanti nazzjonali jridu jkomplu japplikaw.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Għalhekk għandu jiġi introdott sett ta’ regoli komuni dwar il-ħlas bl-Ewrotariffa għal kull unità fil-livell tal-imnut sabiex ikompli jsaħħaħ is-suq uniku u jipprovdi livell komuni ta’ protezzjoni mal- Unjoni  kollha lill-konsumaturi tas-servizzi roaming fl-Unjoni  kollha.

(40) Għalhekk għandu jiġi introdott sett ta’ regoli komuni dwar il-ħlas bl-Ewrotariffa għal kull unità fil-livell tal-imnut sabiex ikompli jsaħħaħ is-suq uniku u jipprovdi l-istess livell għoli ta’ protezzjoni mal-Unjoni  kollha lill-konsumaturi tas-servizzi roaming fl-Unjoni  kollha.

Ġustifikazzjoni

Is-sett il-ġdid ta' regoli jridu jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea aktar milli sempliċiment livell komuni.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 42a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42a) L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-konsumaturi transkonfinali ma jiffaċċawx problemi minħabba l-pożizzjoni transkonfinali tagħhom bħal ma huma spejjeż tar-roaming waqt li jkunu għadhom fil-pajjiż tad-domiċilju tagħhom.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55) Dejta miġbura minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali tindika li prezzijiet għoljin għal  tariffi medji bl-ingrossa għal servizzi roaming ta' dejta li jintalbu minn operaturi ta’ netwerks miżjura minn fornituri domestiċi tal-klijenti roaming qed jippersistu, avolja dawn il-prezzijiet bl-ingrossa  jidhru li qabdu xejra 'l isfel.

(55) Dejta miġbura minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali tindika li prezzijiet għoljin għal tariffi medji bl-ingrossa għal servizzi roaming ta' dejta li jintalbu minn operaturi ta’ netwerks miżjura minn fornituri domestiċi tal-klijenti roaming qed jippersistu. Anki jekk dawn il-prezzijiet bl-ingrossa jidhru li qabdu xejra 'l isfel, huma għadhom għoljin wisq u sproporzjonati meta mqabbla mal-ispejjeż attwali tal-produzzjoni.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65) Sabiex jiġi żgurat li l-obbligi regolatorji fuq it-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut għal servizzi ta' roaming ta' telefonati bil-vuċi, ta' SMS u ta' dejta ma jinżammux għal żmien itwal milli meħtieġ meta s-soluzzjonijiet strutturali jkun implimentati b'mod sħiħ u l-kompetizzjoni tkun żviluppata biżżejjed fis-suq tar-roaming, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet għan-nuqqas ta' applikazzjoni ta' tariffi massimi bl-ingrossa u bl-imnut diġà qabel jiġu previsti d-dati ta' skadenza. Tali kondizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq differenza sinifikanti bejn il-limiti tal-prezzijiet u l-livelli attwali tal-prezzijiet. Qed jitqies li differenza sinifikanti se tintlaħaq jekk il-prezzijiet fl-Unjoni jkunu laħqu 75 % tal-limitu tal-prezzijiet. Għal-limiti tal-prezzijiet bl-ingrossa l-kriterju ta' 75 % għandu jkun ibbażat fuq it-traffiku mhux ibbilanċjat bejn l-operaturi li ma jappartjenux għall-istess grupp. Sabiex jiġi limitat it-tgħawwiġ bejn l-Istati Membri, il-kriterju ta' 75 % għal-limiti tal-prezzijiet bl-imnut għandu jkun ikkalkulat billi tinħareġ il-medja fil-livell tal-Unjoni tal-medji nazzjonali għal kull servizz roaming separat (bil-vuċi, SMS jew dejta).

(65) Sabiex jiġi żgurat li l-obbligi regolatorji fuq it-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut għal servizzi ta' roaming ta' telefonati bil-vuċi, ta' SMS u ta' dejta ma jinżammux għal żmien itwal milli meħtieġ meta s-soluzzjonijiet strutturali jkun implimentati b'mod sħiħ u l-kompetizzjoni tkun żviluppata biżżejjed fis-suq tar-roaming, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet għan-nuqqas ta' applikazzjoni ta' tariffi massimi bl-ingrossa u bl-imnut diġà qabel jiġu previsti d-dati ta' skadenza. Tali kondizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq differenza sinifikanti bejn il-limiti tal-prezzijiet u l-livelli attwali tal-prezzijiet. Qed jitqies li differenza sinifikanti se tintlaħaq jekk il-prezzijiet fl-Unjoni jkunu laħqu 50 % tal-limitu tal-prezzijiet. Għal-limiti tal-prezzijiet bl-ingrossa l-kriterju ta' 50 % għandu jkun ibbażat fuq it-traffiku mhux ibbilanċjat bejn l-operaturi li ma jappartjenux għall-istess grupp. Sabiex jiġi limitat it-tgħawwiġ bejn l-Istati Membri, il-kriterju ta' 50 % għal-limiti tal-prezzijiet bl-imnut għandu jkun ikkalkulat billi tinħareġ il-medja fil-livell tal-Unjoni tal-medji nazzjonali għal kull servizz roaming separat (bil-vuċi, SMS jew dejta).

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(67) Sabiex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut meta wieħed jagħmel jew jirċievi telefonati roaming regolati fi ħdan l-Unjoni  u sabiex il-klijenti tar-roaming ikunu megħjuna jieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu tat-telefowns ċellulari tagħhom meta jkunu msiefra, il-fornituri tas-servizzi ta' telefonija mobbli għandhom jgħinu lill-klijenti roaming tagħhom jiksbu faċilment informazzjoni bla ħlas dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli għalihom meta dawn jagħmlu jew jirċievu telefonati fi Stat Membru miżjur. Barra minn hekk, il-fornituri għandhom jagħtu lill-klijenti tagħhom, fuq talba u bla ħlas, informazzjoni addizzjonali dwar it-tariffi għal kull minuta jew unità ta' dejta (inkluża l-VAT) meta jiġu magħmulin jew riċevuti telefonati bil-vuċi, kif ukoll sabiex jintbagħtu u jiġu riċevuti SMS, MMS u servizzi oħra ta’ komunikazzjoni ta’ dejta fl-Istat Membru miżjur. Peress li ċerti gruppi ta' klijenti jistgħu jkunu informati tajjeb dwar it-tariffi tar-roaming l-operaturi għandhom jipprovdu l-possibbiltà li dawn faċilment jiddeċiedu li ma jibqgħux jirċievu dan is-servizz ta' messaġġi awtomatiċi.

(67) Sabiex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut għall-użu tas-servizzi roaming u sabiex il-klijenti tar-roaming ikunu megħjuna jieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu tat-telefowns ċellulari tagħhom meta jkunu msiefra, meta jkunu qed jivvjaġġaw kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, il-fornituri tas-servizzi ta' telefonija mobbli għandhom jgħinu lill-klijenti roaming tagħhom jiksbu faċilment informazzjoni bla ħlas dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli għalihom meta dawn jużaw servizzi roaming fil-pajjiż miżjur. Barra minn hekk, il-fornituri għandhom jagħtu lill-klijenti tagħhom, sakemm ikunu jinsabu fl-Unjoni, fuq talba u bla ħlas, informazzjoni addizzjonali dwar it-tariffi għal kull minuta jew unità ta' dejta (inkluża l-VAT) meta jiġu magħmulin jew riċevuti telefonati bil-vuċi, kif ukoll sabiex jintbagħtu u jiġu riċevuti SMS, MMS u servizzi oħra ta’ komunikazzjoni ta’ dejta fl-Istat Membru miżjur. Peress li ċerti gruppi ta' klijenti jistgħu jkunu informati tajjeb dwar it-tariffi tar-roaming l-operaturi għandhom jipprovdu l-possibbiltà li dawn faċilment jiddeċiedu li ma jibqgħux jirċievu dan is-servizz ta' messaġġi awtomatiċi.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 68

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(68) It-trasparenza teħtieġ ukoll li l-fornituri jipprovdu informazzjoni dwar tariffi tar-roaming, b'mod partikolari dwar l-Ewrotariffa u r-rata fissa li tinkludi kollox, jekk dawn joffru tali tariffa, meta jsiru abbonamenti u kull meta jkun hemm bidla fit-tariffi tar-roaming. Il-fornituri tal-pajjiż tal-oriġini għandhom jipprovdu informazzjoni dwar tariffi tar-roaming permezz ta' mezzi adegwati bħal fatturi, l-internet, riklami televiżivi jew posta diretta. Fornituri domestiċi għandhom jiżguraw li l-klijenti roaming kollha tagħhom ikunu konxji mid-disponibbiltà ta' tariffi regolati għall-perjodu kkonċernat  u għandhom jibagħtu komunikazzjoni ċara u mingħajr preferenza lil dawn il-klijenti fejn jiddeskrivu l-kondizzjonijiet tal-Ewrotariffa u d-dritt li jaqilbu minnha jew għaliha.

(68) It-trasparenza teħtieġ ukoll li l-fornituri jipprovdu informazzjoni dwar tariffi tar-roaming, b'mod partikolari dwar l-Ewrotariffa u r-rata fissa li tinkludi kollox, jekk dawn joffru tali tariffa, meta jsiru abbonamenti u kull meta jkun hemm bidla fit-tariffi tar-roaming. Il-fornituri tal-pajjiż tal-oriġini għandhom jipprovdu informazzjoni dwar tariffi tar-roaming permezz ta' mezzi adegwati bħal fatturi, l-internet, riklami televiżivi jew posta diretta. L-informazzjoni u l-offerti kollha għandhom ikunu ċari, jinftiehmu, komparabbli u trasparenti fir-rigward ta' prezzijiet u karatteristiċi tas-servizzi. Ir-reklamar tal-offerti roaming u l-kummerċjalizzazzjoni għall-konsumaturi għandhom jikkonformaw b'mod sħiħ mal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumaturi, b'mod partikolari mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern ('Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali')1. Fornituri domestiċi għandhom jiżguraw li l-klijenti roaming kollha tagħhom ikunu konxji mid-disponibbiltà ta' tariffi regolati għall-perjodu kkonċernat  u għandhom jibagħtu komunikazzjoni ċara u mingħajr preferenza lil dawn il-klijenti bil-miktub fejn jiddeskrivu l-kondizzjonijiet tal-Ewrotariffa u d-dritt li jaqilbu minnha jew għaliha.

 

_____________

 

1 ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(69) Barra minn hekk , għandhom jiġu introdotti miżuri biex itejbu t-trasparenza ta’ prezzijiet bl-imnut għal servizzi ta' roaming ta' dejta, b’mod partikolari biex jeliminaw il-fenomenu ta’ “kont li jaħsdek” li huwa ostaklu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u biex jipprovdu lill-klijenti roaming bl-għodod li jeħtieġu għal monitoraġġ u kontroll tan-nefqa tagħhom fuq servizzi ta' roaming ta' dejta. Bl-istess mod, ma għandu jkun hemm l-ebda xkiel biex jinħarġu applikazzjonijiet jew teknoloġiji li jistgħu jkunu sostitut jew alternattiva għas-servizzi roaming, bħall-WiFi. Il-konsumaturi għandhom jiġu pprovduti b’din l-informazzjoni, biex permezz tagħha jkunu jistgħu jagħmlu għażla informata.

(69) Barra minn hekk , għandhom jiġu introdotti miżuri biex itejbu t-trasparenza ta’ prezzijiet bl-imnut għal servizzi kollha ta' roaming, b’mod partikolari biex jeliminaw il-fenomenu ta’ “kont li jaħsdek” li huwa ostaklu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u biex jipprovdu lill-klijenti roaming bl-għodod li jeħtieġu għal monitoraġġ u kontroll tan-nefqa tagħhom fuq servizzi ta' roaming ta' dejta. Bl-istess mod, ma għandu jkun hemm l-ebda xkiel biex jinħarġu applikazzjonijiet jew teknoloġiji li jistgħu jkunu sostitut jew alternattiva għas-servizzi roaming, bħall-WiFi jew mekkaniżmi lokali ta' "local breakout". Il-konsumaturi għandhom jiġu pprovduti b’din l-informazzjoni, biex permezz tagħha jkunu jistgħu jagħmlu għażla informata.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70) B’mod partikolari, operaturi mobbli għandhom jipprovdu lill-klijenti roaming tagħhom b’informazzjoni personalizzata dwar it-tariffi applikabbli għal dawk il-klijenti għal servizzi ta' roaming ta' dejta kull darba li jibdew servizz ta' roaming ta' dejta hekk kif jaslu fi Stat Membru ieħor. Din l-informazzjoni għandha tinbagħat lit-telefown mobbli tagħhom jew apparat mobbli ieħor b’mod l-aktar adattat biex jirċevuh u jifhmuh malajr.

(70) B’mod partikolari, operaturi tal-mobile għandhom jipprovdu lill-klijenti roaming tagħhom, mingħajr ħlas, b’informazzjoni personalizzata dwar it-tariffi applikabbli għal dawk il-klijenti għal servizzi ta' roaming ta' dejta kull darba li jibdew servizz ta' roaming ta' dejta hekk kif jaslu f'pajjiż ieħor. dan ir-rekwiżit għandu japplika sa mill-1 ta' Jannar 2013 għal pajjiżi barra mill-Unjoni. Din l-informazzjoni għandha tinbagħat lit-telefown mobbli tagħhom jew apparat mobbli ieħor b’mod l-aktar adattat biex jirċevuh u jifhmuh malajr, u b'tali mod li jkun permess l-aċċess faċli għaliha f'data aktar tard.

Ġustifikazzjoni

'Pop-up' mhijiex mezz effettiv li bih jiġu infurmati l-konsumaturi dwar it-tariffi applikabbli għax il-konsumaturi li jkollhom x'jagħmlu għandhom ċans kbir li meta jirċevuha jagħlquha mingħajr ma jaraw il-kontenut tagħha sabiex ilestu dak li jkunu qed jagħmlu.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71) Sabiex jiġi ffaċilitat il-fehim tal-klijenti tal-konsegwenzi finanzjarji tal-użu ta’ servizzi ta' roaming ta' dejta regolati u sabiex ikunu jistgħu jimmonitoraw u jikkontrollaw l-infiq tagħhom, il-fornitur domestiku għandu jagħti eżempji għall-applikazzjonijiet ta’ roaming ta' dejta, bħall-e-mail, stampi u bbrawżjar fuq l-Internet, billi jindika d-daqs approssimattiv tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu ta' dejta.

(71) Sabiex jiġi ffaċilitat il-fehim tal-klijenti tal-konsegwenzi finanzjarji tal-użu ta’ servizzi ta' roaming ta' dejta u sabiex ikunu jistgħu jimmonitoraw u jikkontrollaw l-infiq tagħhom, meta jiġi ffirmat il-kuntratt u fi kwalunkwe żmien wara dan fuq talba tal-konsumatur, il-fornitur domestiku għandu jagħti eżempji b'xejn għall-applikazzjonijiet ta’ roaming ta' dejta, bħall-e-mail, stampi u bbrawżjar fuq l-Internet, billi jindika d-daqs approssimattiv tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu ta' dejta.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 72

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(72) Barra minn hekk, biex jiġu evitati kontijiet li jaħsdu, l-operaturi mobbli għandhom jiddefinixxu limitu finanzjarju u/jew tal-volum massimu wieħed jew aktar għat-tariffi mhux imħallsa tagħhom għas-servizzi ta’ roaming ta' dejta, espressi fil-munita li biha jiġi ffatturat il-klijent roaming u li għandhom joffru lill-klijenti roaming tagħhom kollha, mingħajr ħlas, b’notifika meta dan il-limitu jkun se jintlaħaq. Meta jintlaħaq dan il-limitu massimu, il-klijenti ma għandhomx ikomplu jirċievu u jintalbu jħallsu għal dawk is-servizzi sakemm ma jitolbux speċifikament li dawk is-servizzi jkomplu jiġu pprovduti konformement mat-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fin-notifika. Il-klijenti roaming għandhom jingħataw l-opportunità biex jagħżlu kwalunkwe waħda minn dawn il-limiti finanzjarji jew tal-volum massimi fi żmien perjodu raġonevoli jew biex jagħżlu li ma jkollhomx limitu ta’ dan it-tip. Sakemm il-klijenti ma jiddikjarawx mod ieħor, għandhom jitpoġġew f’sistema ta’ limitazzjoni awtomatika (default).

(72) Barra minn hekk, biex jiġu evitati kontijiet li jaħsdu kemm għas-servizzi ta' roaming ta' dejta fl-Unjoni u, sa mill-1 ta' Jannar 2012, barra minnha, l-operaturi mobbli għandhom jiddefinixxu limitu finanzjarju u/jew tal-volum massimu wieħed jew aktar għat-tariffi mhux imħallsa tagħhom għas-servizzi ta’ roaming ta' dejta, espressi fil-munita li biha jiġi ffatturat il-klijent roaming u li għandhom joffru lill-klijenti roaming tagħhom kollha, mingħajr ħlas, b’notifika, f'format ta' midja li tista' terġa' tiġi konsultata sussegwentement, meta dan il-limitu jkun se jintlaħaq. Meta jintlaħaq dan il-limitu massimu, il-klijenti ma għandhomx ikomplu jirċievu u jintalbu jħallsu għal dawk is-servizzi sakemm ma jitolbux speċifikament li dawk is-servizzi jkomplu jiġu pprovduti konformement mat-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fin-notifika. F'dan il-każ, għandhom jirċievu konferma b'xejn, f'format ta' midja li tista' terġa' tiġi kkonsultata sussegwentement. Il-klijenti roaming għandhom jingħataw l-opportunità biex jagħżlu kwalunkwe waħda minn dawn il-limiti finanzjarji jew tal-volum massimi fi żmien perjodu raġonevoli jew biex jagħżlu li ma jkollhomx limitu ta’ dan it-tip. Sakemm il-klijenti ma jiddikjarawx mod ieħor, għandhom jitpoġġew f’sistema ta’ limitazzjoni awtomatika (default).

Ġustifikazzjoni

'Pop-up' mhijiex mezz tajjeb biex tavża lill-konsumaturi li jkunu se jilħqu l-limitu massimu għax jekk ikollhom x'jagħmlu se jippruvaw jagħlqu l-'pop-up' hekk kif jirċevuha u jispiċċaw dak li jkunu qed jagħmlu. Barra minn hekk, tidher vitali għall-konsumaturi li jirċievu konferma li huma qablu li jkomplu jużaw is-servizz offrut minkejja li huma jkunu laħqu l-limitu massimu. Din hija mfassla biex twaqqaf lill-konsumaturi milli sempliċiment jagħfsu l-buttuna mingħajr ma jirrealizzaw il-konsegwenzi ta' dak li jkunu qed jagħmlu.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 72a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(72a) Peress li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni attwali ma fiha l-ebda dispożizzjoni dwar it-trażżin ta' kontijiet li jaħsdu għal roaming barra mill-Unjoni, il-konsumaturi għandhom fil-futur ikunu infurmati dwar l-ispejjeż tar-roaming ikkonċernati meta jsir roaming barra mill-Unjoni u jkunu koperti mid-dispożizzjonijiet dwar il-kontijiet li jaħsdu li japplikaw għal roaming fi ħdan l-Unjoni;

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 74

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(74) Madankollu, mid-dħul fis-seħħ tal-emendi introdotti bir-Regolament (KE) Nru 544/2009, ġie osservat li huwa anqas probabbli li l-klijenti b'tariffi mħallsin minn qabel li jirċievu "kontijiet li jaħsdu" għall-użu ta' servizzi ta' roaming ta' dejta, minħabba li li l-ammont ta' kreditu disponibbli diġà jkun intgħażel minn qabel. Barra minn hekk, bit-tariffa Ewro-dejta tranżitorja b'rati regolati għal tariffi tar-roaming ta' dejta, dawn il-klijenti se jibbenefikaw ukoll minn protezzjoni addizzjonali kontra l-prezzijiet għoljin għal dawk is-servizzi. Għal dawn ir-raġunijiet, id-dispożizzjonijiet dwar il-limitu tal-interruzzjoni tas-servizz ma għandhomx japplikaw għal klijenti li għandhom kuntratti mħallsin minn qabel.

(74) Il-klijenti b'tariffi mħallsin minn qabel jistgħu jirċievu wkoll "kontijiet li jaħsdu" għall-użu ta' servizzi ta' roaming ta' dejta. Għal din ir-raġuni, id-dispożizzjonijiet dwar il-limitu tal-interruzzjoni tas-servizz għandhom japplikaw ukoll għal dawn il-klijenti. Minbarra dan, il-klijenti li għandhom kuntratti mħallsin minn qabel għandhom jirċievu avviż fi żmien xieraq li jindika li huma qed iqarrbu lejn il-limitu tal-kreditu.

Ġustifikazzjoni

Il-klijenti li ħallsu minn qabel jeħtieġu l-istess livell ta' protezzjoni bħall-klijenti l-oħra, speċjalment meta l-kuntratti mħallsin minn qabel jippermettu l-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni lil hinn mil-limitu tal-kreditu jew jinkludu "għażla awtomatika ta' ħlas". Minbarra dan, peress li l-użu ta' servizzi roaming jista' jimplika l-konsum ta' malajr tal-kreditu, il-fornituri għandhom jibagħtu avviż lill-konsumaturi sabiex jipprevjenu li l-kreditu jispiċċa f'salt u b'mod mhux mistenni.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 81

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(81) Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effettività ta ' dan i r-Regolament fid-dawl tal-objettivi tiegħu u l-kontribut għall-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju u l-iffunzjonar tajjeb suppost tas-suq intern. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-impatt fuq il-pożizzjoni kompetittiva tal-fornituri tal-komunikazzjoni mobbli ta’ daqsijiet differenti u minn inħawi differenti tal- Unjoni  , l-iżviluppi, ix-xejriet u t-trasparenza fit-tariffi bl-imnut u bl-ingrossa, ir-relazzjoni tagħhom mal-ispejjeż innifishom, il-punt sa fejn il-preżunzjonijiet li saru fil-valutazzjoni tal-impatt li akkumpanjat dan ir-Regolament ikunu ġew ikkonfermati u l-ispejjeż għall-konformità tal-operaturi u l-impatt fuq l-investimenti. Il-Kummissjoni għandha wkoll, fid-dawl tal-iżviluppi tekonoloġiċi, tikkunsidra d-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi li huma alternattiva għar-roaming (bħall- aċċess permezz tal-WIFI  ).

(81) Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effettività ta ' dan i r-Regolament fid-dawl tal-objettivi tiegħu u l-kontribut għall-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju u l-iffunzjonar tajjeb suppost tas-suq intern. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-impatt fuq il-pożizzjoni kompetittiva tal-fornituri tal-komunikazzjoni mobbli ta’ daqsijiet differenti u minn inħawi differenti tal- Unjoni, l-iżviluppi, ix-xejriet u t-trasparenza fit-tariffi bl-imnut u bl-ingrossa, ir-relazzjoni tagħhom mal-ispejjeż innifishom, il-punt sa fejn il-preżunzjonijiet li saru fil-valutazzjoni tal-impatt li akkumpanjat dan ir-Regolament ikunu ġew ikkonfermati u l-ispejjeż għall-konformità tal-operaturi u l-impatt fuq l-investimenti. Il-Kummissjoni għandha wkoll, fid-dawl tal-iżviluppi tekonoloġiċi, tikkunsidra d-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi li huma alternattiva għar-roaming (bħall- aċċess permezz tal-WIFI  jew permezz ta' mekkaniżmi ta' "local breakout").

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli mmirati sabiex tiżdied it-trasparenza tal-prezzijiet u jittejjeb l-għoti ta' informazzjoni dwar it-tariffi lill-utenti ta’ servizzi ta’ roaming madwar l-Unjoni  .

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli mmirati sabiex tiżdied it-trasparenza tal-prezzijiet u jittejjeb l-għoti ta' informazzjoni dwar it-tariffi lill-utenti ta’ servizzi ta’ roaming fi ħdan l-Unjoni, u sa mill-1 ta' Jannar 2013, barra mill-Unjoni.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limiti tat-tariffi stabbiliti f’dan ir-Regolament huma espressi f’eEuro. Meta tariffi rregolati bl-Artikoli  6, 7, 8, 9, 11 u 12  huma denominati f’muniti differenti, il-limiti inizjali skont dawk l-Artikoli għandhom ikunu determinati f’dawk il-muniti billi japplikaw ir-rati referenzjali tal-kambju ppubblikati fit-30 ta' Mejju 2012  mill-Bank Ċentrali Ewropew f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-limiti tat-tariffi stabbiliti f’dan ir-Regolament huma espressi f’euro. Meta tariffi rregolati bl-Artikoli  6, 7, 8, 9, 11 u 12  huma denominati f’muniti differenti, il-limiti inizjali skont dawk l-Artikoli għandhom ikunu determinati f’dawk il-muniti billi japplikaw ir-rati referenzjali tal-kambju ppubblikati fit-30 ta' Mejju 2012  mill-Bank Ċentrali Ewropew f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew bl-applikazzjoni tal-medja tar-rati tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-sitt xhur qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont liema minn dawn il-limiti tal-ħlas inizjali huwa l-aktar baxx, wara li jkunu issarrfu f'muniti għajr l-euro.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din il-bidla huwa li jitnaqqas ir-riskju ta' sitwazzjoni fejn minkejja li r-rati jitnaqqsu abbażi tal-emendi adottati minn dan ir-Regolament, ma jkunx hemm tnaqqis fil-ħlasijiet f'dawk il-pajjiżi li ma jużawx l-euro minħabba t-tibdilfir-rati tal-kambju. Il-proposta ma teliminax dan ir-riskju, hija tipprovdi biss metodu alternattiv għall-konverżjoni mill-euros għal muniti oħra.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) “fornitur domestiku” tfisser impriża li tipprovdi lil klijent servizzi ta' roaming madwar l-Unjoni jew permezz tan-netwerk tagħha stess jew bħala operatur jew rivenditur ta’ servizz mobbli ta’ netwerk virtwali;

(b) “fornitur domestiku” tfisser operatur li jipprovdi lil klijent roaming servizzi ta' roaming madwar l-Unjoni jew permezz tan-netwerk tagħha stess jew bħala operatur jew rivenditur ta’ servizz mobbli ta’ netwerk virtwali, jew kwalunkwe tip ta' fornitur ta' servizzi roaming;

Ġustifikazzjoni

Il-fornituri domestiċi kollha għandhom jiġu dikjarati bħala operaturi, kif definit mill-pakkett tal-'komunikazzjoni elettronika', id-direttivi qafas u l-awtorizzazzjoni, bl-għan li jiggarantixxu li l-istess obbligi u drittijiet japplikaw għall-atturi kollha li jfornu servizzi tal-komunikazzjoni elettronika ta' roaming lill-utenti finali. Dan it-tibdil fir-regolament hu ġustifikat minħabba l-fatt li atturi ġodda se jidħlu fis-suq minħabba l-obbligu l-ġdid ta' separazzjoni. Jeħtieġ ukoll li jiġi kjarifikat li l-fornituri l-oħra tas-servizzi jikkostitwixxu sottokategorija tal-fornituri domestiċi, peress li l-artikolu 2(m) ma tantx huwa ċar f'dan ir-rigward. Ċerti dispożizzjonijiet tar-regolament inkella se jkunu inkoerenti jew se jikkawżaw konfużjoni (pereżempju: l-obbligi tariffarji ma jsemmux ħlief il-"fornitur domestiku"). Jaqbel li jkun żgurat li l-atturi kollha jkunu sottomessi għall-istess regoli.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) “servizz ta' roaming ta' dejta regolat” tfisser servizz roaming li jippermetti l-użu ta’ pakkett ta’ komunikazzjoni ta’ dejta trażmessa minn klijent roaming permezz tat-telefown mobbli tiegħu jew apparat mobbli ieħor waqt li jkun ikkonnettjat ma’ netwerk miżjur. Servizz ta' roaming ta' dejta regolat ma jinkludix it-trażmissjoni jew ir-riċevimentta’ telefonati roaming jew messaġġi SMS regolati, iżda jinkludi t-trażmissjoni u r-riċeviment ta’ messaġġi MMS;

(k) “servizz ta' roaming ta' dejta regolat” tfisser servizz roaming li jippermetti l-użu ta’ pakkett ta’ komunikazzjoni ta’ dejta trażmessa minn klijent roaming permezz tat-telefown mobbli tiegħu jew apparat mobbli ieħor waqt li jkun ikkonnettjat ma’ netwerk miżjur. Servizz ta' roaming ta' dejta regolat ma jinkludix it-trażmissjoni jew ir-riċevimentta’ telefonati roaming jew messaġġi SMS regolati, it-trażmissjoni u r-riċeviment ta’ messaġġi MMS u l-komunikazzjoni tad-dejta bejn magna u oħra (M2M);

Ġustifikazzjoni

L-MMS għandu jiġi eskluż mid-definizzjoni ta' roaming tad-dejta regolat, kif ġara bl-SMS, waqt li nirrikonoxxu li din ma tistax tkun imqabbla ma' servizzi oħra tad-dejta. Il-komunikazzjoni bejn magna u oħra għandha tiġi eskluża mid-definizzjoni tar-roaming tad-dejta regolat għaliex hi servizz differenti: a) Mhuwiex indirizzat direttament lill-klijenti tas-suq tal-massa (meta l-għan tar-regolazzjoni tar-roaming hu li l-klijenti tas-suq tal-massa jiġu protetti minn prezzijiet eċċessivi) 2) ġeneralment huwa servizz integrat, li jeħtieġ żvilupp ad hoc li jsir mill-operatur tan-netwerk mobbli (MNO), mibjugħ lil klijenti ta' negozji jew l-aqwa klijenti (impriżi).

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m) "fornitur alternattiv tar-roaming" tfisser fornitur domestiku, li jkun differenti mill-operatur li jipprovdi servizzi domestiċi ta' komunikazzjoni mobbli, li jipprovdi lil klijent roaming b'servizzi roaming permezz tan-netwerk tiegħu stess jew bħala operatur jew rivenditur ta' servizz mobbli ta' netwerk virtwali;

(m) "fornitur alternattiv tar-roaming" tfisser fornitur, li jkun differenti mill-operatur li jipprovdi servizzi domestiċi ta' komunikazzjoni mobbli, li jipprovdi lil klijent roaming b'servizzi roaming permezz tan-netwerk tiegħu stess jew bħala operatur jew rivenditur ta' servizz mobbli ta' netwerk virtwali;

Ġustifikazzjoni

Hekk kif diġà gie ddikjarat minn BEREC, il-kliem tar-regolament għandu jkun flessibbli biżżejjed biex jippermetti l-individwalizzazzjoni ta' soluzzjoni fost firxa ta' għażliet, mingħajr ma titwarrab xi possibbiltà oħra. Kif ġie ddikjarat fir-regolament, huwa r-rwol ta' BEREC li jiddefinixxi l-aqwa soluzzjoni ta' implimentazzjoni.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n) "aċċess għal roaming bl-ingrossa" tfisser li tiġi pprovduta d-disponibbiltà ta' faċilitajiet u/jew servizzi lil impriża oħra, taħt kondizzjonijiet iddefiniti, sabiex jiġu pprovduti servizzi roaming lil klijenti bl-imnut;

(n) "aċċess għal roaming bl-ingrossa" tfisser li tiġi pprovduta d-disponibbiltà ta' faċilitajiet u/jew servizzi lil impriża oħra, fuq bażi mhux diskriminatorja taħt kondizzjonijiet iddefiniti, sabiex jiġu pprovduti servizzi roaming lil klijenti bl-imnut;

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) "profil ta' roaming tal-Unjoni Ewropea (UE)" tfisser profil li jiġi kkonfigurat minn qabel għall-provvediment ta' servizzi separati ta' roaming, li jiġi pprovdut flimkien ma' profil għall-provvediment ta' servizzi mobbli domestiċi fuq l-istess SIM card.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament għandu jkun newtrali f'termini teknoloġiċi sabiex jevita li jkun hemm leġiżlazzjoni li diġà tkun antikwata fl-istadju tal-implimentazzjoni. Dan jirreferi għad-direzzjoni ta' "dual imsi" (żewġ identitajiet ta' abbonat ta' telefown ċellulari fuq l-istess SIM card), li ġiet proposta mill-KE bħala soluzzjoni teknika.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Operaturi tan-netwerk mobbli għandhom jissodisfaw kull talba raġonevoli għal aċċess għal roaming bl-ingrossa, inklużi dawk minn operaturi jew rivendituri ta' servizz mobbli ta' netwerk virtwali. Regoli dwar tariffi ta' roaming bl-ingrossa stipulati fl-Artikoli 6, 8 u 11 għandhom japplikaw għall-provvediment ta' aċċess ta' roaming bl-ingrossa.

1. Operaturi tan-netwerk mobbli għandhom jissodisfaw kull talba raġonevoli għal aċċess għal roaming bl-ingrossa, inklużi dawk minn operaturi jew rivendituri ta' servizz mobbli ta' netwerk virtwali. It-talba għal aċċess għal roaming bl-ingrossa għandha tibqa' proporzjonali u tkun adattata għall-parti li talbet aċċess. Regoli dwar tariffi ta' roaming bl-ingrossa stipulati fl-Artikoli 6, 8 u 11 għandhom japplikaw għall-provvediment ta' aċċess ta' roaming bl-ingrossa. Dawk ir-regoli għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-irkupru ta' spejjeż oħra marbutin mal-aċċess għal roaming bl-ingrossa mill-operatur tan-netwerk mobbli.

Ġustifikazzjoni

Id-dritt għall-aċċess ma jistax ikun l-istess bħal dak ta' MVNO Sħiħ u ta' rivenditur. L-ispejjeż l-oħra marbuta mal-kunsinna ta' tali aċċess għandhom jiġu rkuprati mill-operatur tan-netwerk mobbli.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Aċċess għal roaming bl-ingrossa għandu jkopri aċċess għall-elementi kollha tan-netwerk u l-faċilitajiet assoċjati miegħu, is-servizzi rilevanti, is-sistemi tas-softwer u tal-informazzjoni, meħtieġa għall-provvediment ta' servizzi roaming lill-klijenti.

2. Aċċess għal roaming bl-ingrossa għandu jkopri, sakemm il-proporzjonalità hija garantita, aċċess għall-elementi kollha tan-netwerk u l-faċilitajiet assoċjati miegħu, is-servizzi rilevanti, is-sistemi tas-softwer u tal-informazzjoni, meħtieġa għall-provvediment ta' servizzi roaming lill-klijenti. Is-servizzi addizzjonali li jmorru lil hinn mill-aċċess bażiku għal roaming bl-ingrossa, pereżempju l-forniment ta' servizzi tal-konsumatur jew servizzi marbutin mal-kontijiet għandhom jiġu rimborżati.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi żgurat li kwalunkwe persuna li tfittex l-aċċess mhijiex se titħalla tressaq talba għall-aċċess ta' assi. Rivendituri li ma jiddisponux minn faċilitajiet proprji tagħhom għall-ħruġ tal-kontijiet, jistgħu jitolbu lill-fornituri tan-netwerk domestiku jfornu sistema addizzjonali għall-ħruġ tal-kontijiet ta' aċċess purament bl-ingrossa, bil-prezz irregolat. Il-fornituri tan-netwerks domestiċi għandhom jiġu rimborżati għal tali servizzi addizzjonali.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mill-1 ta' Lulju 2014, il-fornituri domestiċi għandhom jgħarrfu lill-klijenti roaming tagħhom dwar il-possibbiltà li ma jibqgħux abbonati mas-servizzi roaming eżistenti tagħhom u li jagħżlu servizzi roaming mingħand fornitur alternattiv ta' roaming. Il-klijenti roaming għandhom jingħataw perjodu ta' xahrejn u fi żmien dan il-perjodu huma għandhom jgħarrfu l-għażla tagħhom lill-fornitur domestiku tagħhom. Klijenti roaming li ma jkunux esprimew l-għażla tagħhom fi żmien dak il-perjodu għandu jkollhom id-dritt li jagħżlu fornitur alternattiv ta' roaming meta jridu, skont il-paragrafi 3 u 4.

2. Mill-1 ta' Mejju 2014, klijenti roaming għandu jkollhom id-dritt li ma jibqgħux abbonati mas-servizzi roaming eżistenti tagħhom u li jagħżlu servizzi roaming mingħand fornitur alternattiv ta' roaming meta jridu, skont il-paragrafi 3 u 4. Il-fornituri domestiċi għandhom jinfurmaw il-klijenti attwali roaming tagħhom dwar dan id-dritt qabel l-1 ta' Mejju 2014.

Ġustifikazzjoni

L-emenda saret biex jiġi enfasizzat li l-klijent għandu d-dritt espress li jbiddel il-fornitur ta' roaming tiegħu, li għandu jkun l-element prinċipali ta' dan il-paragrafu. L-obbligu tal-fornitur li jgħarraf lill-klijent tiegħu jitnissel minn dan. Għal impatt rapidu tal-miżura strutturali, l-emenda għandha tiġi stabbilita qabel il-perjodu tal-vakanzi tas-sajf fl-2014. Barra minn hekk, il-klijenti eżistenti għandhom jiġu infurmati minn qabel bit-tibdiliet.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kwalunkwe bidla għal jew minn fornitur alternattiv ta' roaming għandha tkun mingħajr ħlas u ma għandhiex tinvolvi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet marbuta ma' elementi tal-abbonament għajr ir-roaming, u għandha titwettaq fi żmien ħamest ijiem, għajr li meta klijent roaming li jkun abbonat ma' pakkett domestiku li jinkludi tariffi roaming li huma differenti mill-Ewrotariffa, it-tariffa Ewro-SMS jew it-tariffa Ewro-dejta, il-fornitur domestiku jista' jdewwem il-bidla minn abbonament antik għal wieħed ġdid f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi roaming għal perjodu speċifiku li ma jaqbiżx tliet xhur.

4. Kwalunkwe bidla għal jew minn fornitur alternattiv ta' roaming jew bejn il-fornituri alternattivi ta' roaming, għandha tkun mingħajr ħlas u ma għandhiex tinvolvi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet marbuta ma' elementi tal-abbonament għajr ir-roaming, u għandha titwettaq fl-iqsar żmien possibbli li ma jaqbiżx it-tlett ijiem, li għandu jiġi definit fil-linji gwida BEREC, għajr li meta klijent roaming li jkun abbonat ma' pakkett domestiku li jinkludi tariffi roaming li huma differenti mill-Ewrotariffa, it-tariffa Ewro-SMS jew it-tariffa Ewro-dejta, il-fornitur domestiku jista' jdewwem il-bidla minn abbonament antik għal wieħed ġdid f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi roaming għal perjodu speċifiku li ma jaqbiżx xahar.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta jagħmlu jew iġeddu kuntratt dwar servizzi ta' komunikazzjoni mobbli, il-fornituri domestiċi għandhom jipprovdu lill-konsumaturi kollha fuq bażi individwali bit-tagħrif kollu dwar il-possibbiltà li jagħżlu fornitur alternattiv ta' roaming u jiffaċilitaw il-konklużjoni ta' kuntratt ma' fornitur alternattiv ta' roaming. Klijenti li jikkonkludu kuntratt ma' fornitur domestiku għal servizzi roaming għandhom jikkonfermaw b'mod espliċitu li ġew infurmati bit-tali possibbiltà. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni mobbli ma għandhomx jipprevjenu lill-bejjiegħa bl-imnut li jservu bħala punti ta' bejgħ tagħhom milli joffru kuntratti għal servizzi roaming separati ma' fornituri alternattivi ta' roaming.

5. Meta jagħmlu jew iġeddu kuntratt dwar servizzi ta' komunikazzjoni mobbli, il-fornituri domestiċi għandhom jipprovdu lill-konsumaturi kollha fuq bażi individwali b'mod ċar u li jiftiehem tajjeb u fuq mezz li jservi fit-tul bit-tagħrif kollu dwar il-possibbiltà li jagħżlu fornitur alternattiv ta' roaming u m'għandhomx ifixklu l-konklużjoni ta' kuntratt ma' fornitur alternattiv ta' roaming. Klijenti li jikkonkludu kuntratt ma' fornitur domestiku għal servizzi roaming għandhom jiġu infurmati bit-tali possibbiltà. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni mobbli ma għandhomx jirrestrinġu u lanqas jipprevjenu lill-bejjiegħa bl-imnut li jservu bħala punti ta' bejgħ tagħhom milli joffru kuntratti għal servizzi roaming separati ma' fornituri alternattivi ta' roaming.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-fornituri għandhom jinfurmaw lill-klijenti b'mod ċar u li jiftiehem dwar it-tariffi u l-offerti ta' servizzi roaming. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17a biex tistabbilixxi kriterji uniformi għall-provvista ta' informazzjoni bħal din, sabiex tiżgura l-komparabbiltà, wara li tkun ikkonsultat lill-BEREC u lil dawk interessati. Sakemm jiġu adottati dawn il-kriterji, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinkoraġġixxu l-għoti ta' informazzjoni komparabbli, pereżempju permezz ta' gwidi li jużaw bħala referenza t-tariffi regolati applikati għas-servizzi roaming relevanti.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp tas-suq uniku, l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet tekniċi għall-faċilità ta' bejgħ separat ta' servizzi roaming għandu jsir fl-istess ħin fl-Unjoni kollha.

Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp tas-suq uniku, l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet tekniċi għall-faċilità ta' bejgħ separat ta' servizzi roaming għandu jsir fl-istess ħin fl-Unjoni kollha u għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

 

a) kull soluzzjoni teknika għandha tkun kosteffikaċi;

 

b) għandha tiġi diżinjata b'mod li tiffaċilita l-użu għall-klijent;

 

c) għandha tippermetti grad massimu ta' interoperabbiltà;

 

d) il-klijenti għandhom ikunu jistgħu jaqilbu faċilment għal fornitur alternattiv tar-roaming jew bejn fornituri alternattivi tar-roaming filwaqt li jżommu n-numru tagħhom tal-mowbajl;

 

e) ir-roaming minn ċittadini tal-Unjoni f'pajjiżi terzi jew minn ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni m'għandux jiġi mxekkel.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex ikun hemm bejgħ separat ta' servizzi roaming, l-operaturi għandhom jiżguraw li sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2014, il-faċilitajiet ikunu ġew implimentati sabiex jiġi żgurat li l-klijent ikun jista' juża servizzi mobbli domestiċi u servizzi separati ta' roaming offruti minn operatur alternattiv ta' roaming filwaqt li jżommu n-numru tagħhom tal-mobile. Sabiex jiġi żgurat bejgħ separat ta' servizzi roaming, l-operaturi jistgħu b'mod partikolari jippermettu l-użu ta' "profil ta' roaming tal-UE" fuq l-istess SIM card u l-użu tal-istess terminal flimkien mas-servizzi mobbli domestiċi. It-tariffi għal interkonnessjoni relatata mal-provvediment ta' din il-faċilità għandhom ikunu orjentati lejn l-ispejjeż u ma għandu jkun hemm l-ebda tariffi diretti għall-konsumaturi għall-użu ta' din il-faċilità.

Sabiex ikun hemm bejgħ separat ta' servizzi roaming, l-operaturi għandhom jiżguraw li mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2014, il-faċilitajiet ikunu ġew implimentati, u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1. It-tariffi għal interkonnessjoni relatata mal-provvediment ta' din il-faċilità għandhom ikunu orjentati lejn l-ispejjeż u ma għandu jkun hemm l-ebda tariffi diretti għall-utenti finali għall-użu tal-faċilità għall-bejgħ separat ta' servizzi roaming.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEREC, wara li kkonsulta l-partijiet interessati u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jistipula fi żmien perjodu raġonevoli li ma jaqbiżx tliet xhur wara l-adozzjoni tal-linji gwida ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' soluzzjonijiet tekniċi armonizzati relatati mal-faċilità għal servizzi roaming separati u tal-proċeduri armonizzati biex jinbidel il-fornitur ta' servizzi roaming. Fuq talba motivata mill-BEREC, il-Kummissjoni tista' testendi dak il-perjodu.

Il-BEREC, wara li kkonsulta l-partijiet interessati u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament jistipula l-linji gwida fir-rigward ta' soluzzjonijiet tekniċi armonizzati relatati mal-faċilità għal servizzi roaming separati u tal-proċeduri armonizzati biex jinbidel il-fornitur ta' servizzi roaming. It-tali soluzzjonijiet u proċeduri tekniċi għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġew stipulati fl-ewwel paragrafu. Fuq talba motivata mill-BEREC, il-Kummissjoni tista' testendi dak il-perjodu darba b'mhux aktar minn sitt xhur.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-kumplessità tal-kompitu, il-BEREC għandu jingħata żmien addizzjonali biex jipproduċi l-linji gwida inizjali għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali għall-faċilità ta' bejgħ separat tas-servizzi roaming. Tista' tingħata estensjoni ta' dan iż-żmien ta' preparazzjoni mill-Kummissjoni iżda għandha tibqa' ristretta.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tagħti mandat lil Korp Ewropew ta' Standardizzazzjoni għall-adattament tal-istandards rilevanti li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni armonizzata tal-faċilità.

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħti mandat lil Korp Ewropew ta' Standardizzazzjoni għall-adattament tal-istandards rilevanti li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni armonizzata tal-faċilità.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. It-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk miżjur jista’ jimponi fuq fornitur domestiku  ta’ klijent għall-provvediment ta' telefonata roaming regolata li toriġina minn dak netwerk miżjur, bl-inklużjoni, inter alia, tal-ispejjeż tal-oriġini, tat-tranżitu, u tat-tmiem, ma għandhiex tkun iktar minn EUR  0,14  kull minuta mill-1 ta' Lulju 2012  .

1. It-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk miżjur jista’ jimponi fuq fornitur domestiku  ta’ klijent għall-provvediment ta' telefonata roaming regolata li toriġina minn dak netwerk miżjur, bl-inklużjoni, inter alia, tal-ispejjeż tal-oriġini, tat-tranżitu, u tat-tmiem, ma għandhiex tkun iktar minn EUR 0.10  kull minuta mill-1 ta' Lulju 2012  .

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ tnax-il xhar jew kwalunkwe perjodu iqsar bħal dan li jifdal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa medja bl-ingrossa massima kif previst f’dan il-paragrafu jew l-iskadenza ta’ dan ir-Regolament. It-tariffa medja bl-ingrossa massima għandha tonqos għal EUR  0,10  u EUR  0,06, fl-1 ta’ Lulju 2013  u fl-1 ta’ Lulju  2014  rispettivament. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, it-tariffa medja bl-ingrossa massima għandha tibqa' ta' EUR 0,06 sa ma jiskadi dan ir-Regolament.

2. It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ tnax-il xhar jew kwalunkwe perjodu iqsar bħal dan li jifdal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa medja bl-ingrossa massima kif previst f’dan il-paragrafu jew l-iskadenza ta’ dan ir-Regolament. It-tariffa medja bl-ingrossa massima għandha tonqos għal EUR  0.08  u EUR  0.05, fl-1 ta’ Lulju 2013  u fl-1 ta’ Lulju  2014  rispettivament. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, it-tariffa medja bl-ingrossa massima għandha tibqa' ta' EUR 0.05 sa ma jiskadi dan ir-Regolament.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul bl-ingrossa totali tar-roaming jiġi diviż bl-għadd totali ta’ minuti roaming bl-ingrossa fil-fatt użat għall-forniment ta’ telefonati roaming bl-ingrossa fi ħdan l-Unjoni  mill-operatur rilevanti matul il-perjodu rilevanti, aggregata abbażi ta’ kull sekonda u aġġustata biex titqies il-possibbiltà għall-operatur tan-netwerk miżjur li japplika perjodu inizjali ta’ kalkolu ta' tariffi minimi li ma jaqbiżx it-30 sekonda.

It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul bl-ingrossa totali tar-roaming jiġi diviż bl-għadd totali ta’ minuti roaming bl-ingrossa fil-fatt użat għall-forniment ta’ telefonati roaming bl-ingrossa fi ħdan l-Unjoni  mill-operatur rilevanti matul il-perjodu rilevanti, aggregata abbażi ta’ kull sekonda.

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu inizjali ta' kalkolu ta' tariffi minimi ta' 30 sekonda m'għandux ikun permess billi m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal tariffi bħal dawn.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) ta’ Ewrotariffa, li l-fornitur domestiku jista' jimponi fuq il-konsumaturi roaming tiegħu għall-forniment ta' telefonati roaming tista’ tvarja għal kull telefonata roaming iżda ma għandhiex taqbeż EUR  0,32  kull minuta għal kull telefonata magħmula jew EUR  0,11  kull minuta għal kull telefonata riċevuta mill-1 ta' Lulju 2012  . Il-limitu tal-prezz għal telefonati magħmula għandu jonqos għal EUR  0,28  u EUR  0,24 fl-1 ta' Lulju 2013 u fl-1 ta' Lulju 2014 rispettivament, , u għal telefonati riċevuti għal EUR . 0,10  fl-1 ta’ Lulju 2013 . Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 13 u 19, dawn it-tariffi bl-imnut massimi regolati għall-Ewrotariffa għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2016.

It-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) ta’ Ewrotariffa, li l-fornitur domestiku jista' jimponi fuq il-konsumaturi roaming tiegħu għall-forniment ta' telefonati roaming tista’ tvarja għal kull telefonata roaming iżda ma għandhiex taqbeż EUR  0.21  kull minuta għal kull telefonata magħmula jew EUR 0.09  kull minuta għal kull telefonata riċevuta mill-1 ta' Lulju 2012  . Il-limitu tal-prezz għal telefonati magħmula għandu jonqos għal EUR 0.16 u EUR 0,11 fl-1 ta' Lulju 2013 u fl-1 ta' Lulju 2014 rispettivament, , u għal telefonati riċevuti għal EUR 0.07 fl-1 ta’ Lulju 2013, u EUR 0.05 fl-1 ta' Lulju 2014. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 13 u 19, dawn it-tariffi bl-imnut massimi regolati għall-Ewrotariffa għandhom jibqgħu ta' EUR 0.05 sakemm jibqa' jgħodd dan ir-Regolament.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’deroga mit-tielet subparagrafu, il-fornitur domestiku jista’ japplika perjodu minimu ta’ ħlas inizjali li ma jaqbiżx 30 sekonda għal telefonati li jsiru li huma suġġetti għal Ewrotariffa.

imħassar

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Kwalunkwe klijent roaming jista' jitlob li jibdel għal jew minn Ewrotariffa. Kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien ġurnata ta’ xogħol minn meta tintlaqa’ t-talba u għandha tkun bla ħlas u ma għandux ikollha kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ elementi oħra tal-abbonament, għajr dak meta klijent roaming li huwa abbonat ma’ pakkett roaming speċjali li jinkludi aktar minn servizz roaming wieħed (jiġifieri vuċi, SMS u/jew dejta) jixtieq jibdel għal Ewrotariffa, il-fornitur domestiku jista’ jesiġi li l-klijent li qed jibdel jitlefUn fornitore del paese di origine può ritardare tale cambiamento fintantoché la precedente tariffa di roaming non sia stata in vigore per un determinato periodo minimo, il quale non può comunque superare i tre mesi il-benefiċċji tal-elementi l-oħra ta’ dak il-pakkett. Fornitur domestiku jista’ jdewwem bidla sa meta t-tariffa roaming preċedenti tkun ilha effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx tliet xhur.

5. Kwalunkwe klijent roaming jista' jitlob li jibdel għal jew minn Ewrotariffa. Kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien ġurnata ta’ xogħol minn meta tintlaqa’ t-talba u għandha tkun bla ħlas u ma għandux ikollha kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ elementi oħra tal-abbonament, għajr dak meta klijent roaming li huwa abbonat ma’ pakkett roaming speċjali li jinkludi aktar minn servizz roaming wieħed (jiġifieri vuċi, SMS u/jew dejta) jixtieq jibdel għal Ewrotariffa, il-fornitur domestiku jista’ jesiġi li l-klijent li qed jibdel jitlefUn fornitore del paese di origine può ritardare tale cambiamento fintantoché la precedente tariffa di roaming non sia stata in vigore per un determinato periodo minimo, il quale non può comunque superare i tre mesi il-benefiċċji tal-elementi l-oħra ta’ dak il-pakkett. Fornitur domestiku jista’ jdewwem bidla sa meta t-tariffa roaming preċedenti tkun ilha effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx ix-xahrejn, inkluż il-perjodu eventwali ta' notifika kuntrattwali.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-fornituri domestiċi m'għandhomx iwaqqfu, ma jippermettux jew inkella jxekklu telefonati attivi jew passivi bir-roaming għal klijenti ġodda jew klijenti eżistenti bl-Ewrotariffa sakemm dawn il-klijenti ma jkunux talbu dan b'mod speċifiku jew ikunu qabżu limitu massimu.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012  , it-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk miżjur jista’ jitlob lill-fornitur domestiku tal-  klijent għall-forniment ta’ messaġġ SMS roaming regolat li joriġina fuq dak in-netwerk miżjur, ma għandhiex taqbeż EUR  0,03  għal kull messaġġ SMS. It-tariffa medja bl-ingrossa massima għall-forniment ta' messaġġ SMS roaming regolat għandu jonqos għal EUR 0,02 fl-1 ta' Lulju 2014. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, it-tariffa bl-ingrossa regolata għall-forniment ta' messaġġi SMS roaming għandu jibqa' EUR 0,02 sa ma jiskadi dan ir-Regolament.

1. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012  , it-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk miżjur jista’ jitlob lill-fornitur domestiku tal-  klijent għall-forniment ta’ messaġġ SMS roaming regolat li joriġina fuq dak in-netwerk miżjur, ma għandhiex taqbeż EUR 0,03 għal kull messaġġ SMS, u għandha tonqos għal EUR 0,02 fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0.01 fl-1 ta' Lulju 2014. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, it-tariffa bl-ingrossa regolata għall-forniment ta' messaġġi SMS roaming għandu jibqa' EUR 0.01 sa ma jiskadi dan ir-Regolament.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012  , it-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) ta’ tariffa Ewro-SMS li fornitur domestiku jista’ jitlob lil klijent roaming tiegħu għal messaġġ SMS roaming regolat mibgħut minn dak il-klijent roaming tista’ tvarja għal kull messaġġ SMS roaming iżda ma għandhiex taqbeż EUR  0,10  . Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 13 u 19, dawn it-tariffi bl-imnut regolati għall-Ewro-SMS għandhom jibqgħu ta' EUR 0,10 sat-30 ta' Ġunju 2016.

2. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 0.05, it-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) ta’ tariffa Euro-SMS li fornitur domestiku jista’ jitlob lil klijient roaming tiegħu għal messaġġ SMS roaming regolat mibgħut minn dak il-klijent roaming tista’ tvarja għal kull messaġġ SMS roaming iżda għandha tonqos għal EUR 0.09 fl-1 ta' Lulju 2012, għal EUR 0.06 fl-1 ta' Lulju 2013 u għal EUR 0.05 fl-1 ta' Lulju 2014. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 13 u 19, dawn it-tariffi bl-imnut regolati għall-Ewro-SMS għandhom jibqgħu ta' EUR 0.05 sat-30 ta' Ġunju 2018.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Kwalunkwe klijent roaming jista’ jitlob fi kwalunkwe ħin li jibdel għal jew minn tariffa Ewro-SMS. Kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien ġurnata ta’ xogħol minn meta tasal it-talba u tkun mingħajr ħlas u ma għandhiex tinvolvi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma’ elementi oħrajn tal-abbonament ħlief dak roaming. Fornitur domestiku jista’ jdewwem tali bidla sa meta t-tariffa roaming preċedenti tkun effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx tliet xhur. Tariffa Ewro-SMS dejjem tista’ tingħaqad ma’ Ewrotariffa.

6. Kwalunkwe klijent roaming jista’ jitlob fi kwalunkwe ħin li jibdel għal jew minn tariffa Ewro-SMS. Kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien ġurnata ta’ xogħol minn meta tasal it-talba u tkun mingħajr ħlas u ma għandhiex tinvolvi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma’ elementi oħrajn tal-abbonament ħlief dak roaming. Fornitur domestiku jista’ jdewwem tali bidla sa meta t-tariffa roaming preċedenti tkun effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx ix-xahrejn, inkluż il-perjodu eventwali ta' notifika kuntrattwali. Tariffa Ewro-SMS dejjem tista’ tingħaqad ma’ Ewrotariffa.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Il-fornituri domestiċi m'għandhomx iwaqqfu, ma jippermettux jew inkella jxekklu li jintbagħtu jew jiġu rċevuti SMSs bir-roaming għal klijenti ġodda jew klijenti eżistenti bl-Ewrotariffa sakemm dawn il-klijenti ma jkunux talbu dan b'mod speċifiku jew ikunu qabżu limitu massimu.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. B'seħħ mill-1 ta' Lulju 2012, it-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk miżjur jista’ jitlob lill-fornitur domestiku ta' klijent roaming għall-forniment ta' servizzi ta' roaming ta' dejta regolati permezz ta' dak in-netwerk miżjur, ma għandhiex taqbeż limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 0,30, EUR 0,20 mill-1 ta' Lulju 2013 u EUR 0,10 mill-1 ta' Lulju 2014 għal kull megabyte ta’ dejta trasmessa. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, it-tariffa medja bl-ingrossa regolata għall-forniment ta' servizzi ta' roaming ta' dejta għandha tibqa' EUR 0,10 għal kull megabyte ta' dejta trażmessa sa ma jiskadi dan ir-Regolament.

1. B'seħħ mill-1 ta' Lulju 2012, it-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk miżjur jista’ jitlob lill-fornitur domestiku ta' klijent roaming għall-forniment ta' servizzi ta' roaming ta' dejta regolati permezz ta' dak in-netwerk miżjur, ma għandhiex taqbeż limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 0.20, EUR 0.15 mill-1 ta' Lulju 2013 u EUR 0.10 mill-1 ta' Lulju 2014 għal kull megabyte ta’ dejta trasmessa. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, it-tariffa medja bl-ingrossa regolata għall-forniment ta' servizzi ta' roaming ta' dejta għandha tibqa' EUR 0,10 għal kull megabyte ta' dejta trażmessa sa ma jiskadi dan ir-Regolament.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'seħħ mill-1 ta' Lulju 2012, it-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) ta' tariffa Ewro-dejta li fornitur domestiku jista' jitlob lil klijent roaming tiegħu għall-provvediment ta' dejta roaming regolat ma għandux jaqbeż EUR 0,90 għal kull megabyte. Fl-1 ta' Lulju 2013 u fl-1 ta' Lulju 2014 rispettivament, il-limitu tal-prezz għad-dejta użata għandu jonqos għal EUR 0,70 u EUR 0,50, għal kull megabyte użat. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 13 u 19, it-tariffa bl-imnut massima regolata għandha tibqa' ta' EUR 0,50 sat-30 ta' Ġunju 2016.

B'seħħ mill-1 ta' Lulju 2012, it-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) ta' tariffa Ewro-dejta li fornitur domestiku jista' jitlob lil klijent roaming tiegħu għall-provvediment ta' dejta roaming regolat ma għandux jaqbeż EUR 0.50 għal kull megabyte. Fl-1 ta' Lulju 2013 u fl-1 ta' Lulju 2014 rispettivament, il-limitu tal-prezz għad-dejta użata għandu jonqos għal EUR 0.30 u EUR 0.20, għal kull megabyte użat. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 13 u 19, it-tariffa bl-imnut massima regolata għandha tibqa' ta' EUR 0.20 sat-30 ta' Ġunju 2018.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Kwalunkwe klijent roaming jista’ jitlob fi kwalunkwe ħin li jibdel għal jew minn tariffa Ewro-dejta filwaqt li jirrispetta l-kondizzjonijiet kuntrattwali. Kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien ġurnata ta’ xogħol minn meta tasal it-talba u tkun mingħajr ħlas u ma għandhiex tinvolvi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma’ elementi oħrajn tal-abbonament ħlief dak roaming. Fornitur domestiku jista’ jdewwem tali bidla sa meta t-tariffa roaming preċedenti tkun effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx tliet xhur. Tariffa Ewro-dejta dejjem tista’ tingħaqad ma’ tariffa Ewro-SMS u Ewrotariffa.

5. Kwalunkwe klijent roaming jista’ jitlob fi kwalunkwe ħin li jibdel għal jew minn tariffa Ewro-dejta filwaqt li jirrispetta l-kondizzjonijiet kuntrattwali. Kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien ġurnata ta’ xogħol minn meta tasal it-talba u tkun mingħajr ħlas u ma għandhiex tinvolvi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma’ elementi oħrajn tal-abbonament ħlief dak roaming. Fornitur domestiku jista’ jdewwem tali bidla sa meta t-tariffa roaming preċedenti tkun effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx ix-xahrejn, inkluż il-perjodu eventwali ta' notifika kuntrattwali. Tariffa Ewro-dejta dejjem tista’ tingħaqad ma’ tariffa Ewro-SMS u Ewrotariffa.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2012, il-fornituri domestiċi għandhom jinfurmaw lill-klijenti roaming kollha tagħhom individwalment dwar it-tariffa Ewro-dejta, li sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2012 se tkun tapplika għall-klijenti roaming kollha li ma għażlux deliberatament tariffa speċjali jew pakkett applikabbli għal servizzi ta' dejta regolati, kif ukoll dwar id-dritt tagħhom li jibdlu għal u mit-tariffa skont il-paragrafu 5.

6. Mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2012, il-fornituri domestiċi għandhom jinfurmaw b'mod ċar u li jiftiehem u fuq mezz li jservi fit-tul lill-klijenti roaming kollha tagħhom individwalment dwar it-tariffa Ewro-dejta, li sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2012 se tkun tapplika għall-klijenti roaming kollha li ma għażlux deliberatament tariffa speċjali jew pakkett applikabbli għal servizzi ta' dejta regolati, kif ukoll dwar id-dritt tagħhom li jibdlu għal u mit-tariffa skont il-paragrafu 5.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk wara t-30 ta' Ġunju 2018, it-tariffa medja bl-ingrossa għal wieħed mis-servizzi roaming (vuċi, SMS jew dejta) għal traffiku mhux bilanċjat bejn operaturi li ma jagħmlux parti mill-istess grupp tinżel għal 75 % jew anqas tat-tariffi massimi bl-ingrossa pprovduti fl-Artikolu 6(2), 8(1) u 11(1), it-tariffi massimi bl-ingrossa għas-servizz roaming konċernat ma jibqax japplika. Il-Kummissjoni għandha tivverifika regolarment, abbażi tad-dejta tas-suq miġbura mill-BEREC, jekk din il-kondizzjoni tintlaħaqx, u jekk ikun il-każ għandha tippubblika minnufih fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea d-dejta li tagħti prova li t-tariffi massimi bl-ingrossa ma għadhomx japplikaw għas-servizz konċernat.

2. Jekk wara t-30 ta' Ġunju 2018, it-tariffa medja bl-ingrossa għal wieħed mis-servizzi roaming (vuċi, SMS jew dejta) għal traffiku mhux bilanċjat bejn operaturi li ma jagħmlux parti mill-istess grupp tinżel għal 50 % jew anqas tat-tariffi massimi bl-ingrossa pprovduti fl-Artikolu 6(2), 8(1) u 11(1), it-tariffi massimi bl-ingrossa għas-servizz roaming konċernat ma jibqax japplika. Il-Kummissjoni għandha tivverifika regolarment, abbażi tad-dejta tas-suq miġbura mill-BEREC, jekk din il-kondizzjoni tintlaħaqx, u jekk ikun il-każ għandha tippubblika minnufih fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea d-dejta li tagħti prova li t-tariffi massimi bl-ingrossa ma għadhomx japplikaw għas-servizz konċernat.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Wara l-implimentazzjoni tal-bejgħ separat tas-servizzi roaming imsemmija fl-Artikolu 5 u qabel l-1 ta' Lulju 2016, jekk it-tariffa medja bl-imnut fil-livell tal-Unjoni taqa' għal 75 % jew anqas tat-tariffi massimi pprovduti fl-Artikoli 7(2), 9(2) u 12(2), it-tariffi massimi bl-imnut għal dawk is-servizzi roaming ma għandhomx jibqgħu japplikaw. Il-Kummissjoni għandha tivverifika regolarment, abbażi tad-dejta tas-suq miġbura mill-BEREC, jekk din il-kondizzjoni tintlaħaqx u jekk ikun il-każ għandha tippubblika minnufih fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea d-dejta li tagħti prova li t-tariffi massimi bl-imnut ma għadhomx japplikaw għas-servizz konċernat.

3. Wara l-implimentazzjoni tal-bejgħ separat tas-servizzi roaming imsemmija fl-Artikolu 5 u qabel l-1 ta' Lulju 2016, jekk it-tariffa medja bl-imnut fil-livell tal-Unjoni taqa' għal 50 % jew anqas tat-tariffi massimi pprovduti fl-Artikoli 7(2), 9(2) u 12(2), it-tariffi massimi bl-imnut għal dawk is-servizzi roaming ma għandhomx jibqgħu japplikaw. Il-Kummissjoni għandha tivverifika regolarment, abbażi tad-dejta tas-suq miġbura mill-BEREC, jekk din il-kondizzjoni tintlaħaqx u jekk ikun il-każ għandha tippubblika minnufih fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea d-dejta li tagħti prova li t-tariffi massimi bl-imnut ma għadhomx japplikaw għas-servizz konċernat.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex klijent roaming jiġi notifikat dwar il-fatt li jkun suġġett għal tariffi tar-roaming meta jagħmel jew jirċievi telefonata jew meta jibgħat messaġġ SMS, kull fornitur domestiku għandu, ħlief meta l-klijent ikun innotifika lill-fornitur domestiku tiegħu li ma jeħtieġx dan is-servizz, jipprovdi lill-klijent, b’mod awtomatiku, permezz ta’ Servizz ta’ Messaġġi, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta jidħol fi Stat Membru ieħor li mhuwiex dak tan-netwerk domestiku tiegħu, b’informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet dwar it-tariffi roaming (inkluża l-VAT) li japplikaw għal dak il-klijent biex jagħmel u jirċievi telefonati u biex jibgħat messaġġi SMS fl-Istat Membru miżjur.

Sabiex klijent roaming jiġi notifikat dwar il-fatt li jkun suġġett għal tariffi tar-roaming meta jagħmel jew jirċievi telefonata jew meta jibgħat messaġġ SMS, kull fornitur domestiku għandu, ħlief meta l-klijent ikollu tal-anqas 1-il sena u jkun innotifika lill-fornitur domestiku tiegħu li ma jeħtieġx dan is-servizz, jipprovdi lill-klijent, b’mod awtomatiku, permezz ta’ Servizz ta’ Messaġġi, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta jidħol f'pajjiż ieħor li mhuwiex dak tan-network domestiku tiegħu, u mill-1 ta' Jannar 2013, meta jidħol f'pajjiż terz, b’informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet dwar it-tariffi roaming (inkluża l-VAT u fil-munita tal-kont f'pajjiżu) li japplikaw għal dak il-klijent biex jagħmel u jirċievi sejħiet u biex jibgħat messaġġi SMS fil-pajjiż miżjur.

Ġustifikazzjoni

Dawk il-miżuri għandhom jiġu estiżi wkoll għal barra l-Unjoni Ewropea.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet għandha tinkludi t-tariffi massimi li jista' jkun suġġett għalihom il-klijent skont l-iskema ta’ tariffa tiegħu għal:

Din l-informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet għandha tintbagħat lill-klijent meta jkun roaming kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll barra l-Unjoni Ewropea u għandha tinkludi t-tariffi attwali (inkluż il-VAT u fil-munita tal-kont f'pajjiżu) li jista' jkun suġġett għalihom il-klijent skont l-iskema ta’ tariffa tiegħu għal:

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) messaġġi SMS roaming regolati li jibgħat waqt li jkun fl-Istat Membru miżjur.

(b) messaġġi SMS roaming li jibgħat waqt li jkun fil-pajjiż miżjur.

Ġustifikazzjoni

Dawk il-miżuri għandhom jiġu estiżi wkoll għal barra l-Unjoni Ewropea.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-użu tas-servizzi regolati ta' konnessjoni ta' dejta waqt li jkun fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz miżjur, bil-prezz espress għal kull megabyte.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Minbarra l-paragrafu 1, il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, mingħajr ħlas, u irrispettivament minn fejn ikunu fl-Unjoni , aktar informazzjoni personalizzata dettaljata dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli fin-netwerk miżjur għal telefonati bil-vuċi, SMS, MMS u servizzi oħrajn ta’ komunikazzjoni ta’ dejta, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri ta' trasparenza applikabbli permezz ta' dan ir-Regolament, permezz ta’ telefonata bil-vuċi mobbli jew SMS. Talba bħal din għandha ssir mingħajr ħlas fuq numru assenjat għal dan il-għan mill-fornitur domestiku. L-obbligi li hemm provvediment għalihom fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal apparati tat-tip minn tagħmir għal tagħmir ieħor (machine to machine, M2M) li jużaw komunikazzjoni mobbli.

2. Minbarra l-paragrafu 1, il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, mingħajr ħlas, u irrispettivament minn fejn ikunu , iżda biss sa mill-1 ta' Jannar 2013 jekk il-klijent ikun barra l-Unjoni Ewropea, aktar informazzjoni personalizzata dettaljata dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli fin-netwerk miżjur għal telefonati bil-vuċi, SMS, MMS u servizzi oħrajn ta’ komunikazzjoni ta’ dejta, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri ta' trasparenza applikabbli permezz ta' dan ir-Regolament, permezz ta’ telefonata bil-vuċi mobbli jew SMS. Talba bħal din għandha ssir mingħajr ħlas fuq numru assenjat għal dan il-għan mill-fornitur domestiku. L-obbligi li hemm provvediment għalihom fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal apparati tat-tip minn tagħmir għal tagħmir ieħor (machine to machine, M2M) jew tagħmir ieħor li ma jappoġġax il-funzjonalità tal-SMS.

Ġustifikazzjoni

Mhux possibbli għal apparat li ma jappoġġax il-funzjonalità tal-SMS.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fornituri domestiċi għandhom jiżguraw li l-klijenti roaming tagħhom, kemm qabel u kemm wara l-konklużjoni ta’ kuntratt, ikunu infurmati adegwatament bit-tariffi li japplikaw għall-użu tagħhom ta’ servizzi ta' roaming ta' dejta regolati, b’mod li jiffaċilitaw lill-klijenti biex jifhmu l-konsegwenzi finanzjarji ta’ dan l-użu u jippermettihom jimmonitorjaw u jikkontrollaw in-nefqa tagħhom fuq servizzi ta' roaming ta' dejta regolati skont il-paragrafi 2 u 3. Il-mekkaniżmi ta' salvagwardja msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhomx japplikaw għall-klijenti li jħallsu minn qabel.

Fornituri domestiċi għandhom jiżguraw li l-klijenti roaming tagħhom, kemm qabel u kemm wara l-konklużjoni ta’ kuntratt, ikunu infurmati adegwatament bit-tariffi li japplikaw għall-użu tagħhom ta’ servizzi ta' roaming ta' dejta regolati, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll barra minnha b’mod li jiffaċilitaw lill-klijenti biex jifhmu l-konsegwenzi finanzjarji ta’ dan l-użu u jippermettihom jimmonitorjaw u jikkontrollaw in-nefqa tagħhom fuq servizzi ta' roaming ta' dejta regolati skont il-paragrafi 2 u 3. Il-mekkaniżmi ta' salvagwardja msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhomx japplikaw għall-klijenti li jħallsu minn qabel, ħlief meta jkunu kkonkludew ftehim ta' ħlas minn qabel b'żieda awtomatika tal-kreditu. Il-mekkaniżmi ta' salvagwardja msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhomx japplikaw għal servizzi minn tagħmir għal tagħmir ieħor (machine to machine, M2M) . Il-klijenti li għandhom kuntratti mħallsin minn qabel għandhom jirċievu avviż fi żmien xieraq li jindika li huma qed iqarrbu lejn il-limitu tal-kreditu.

Ġustifikazzjoni

Tipproteġi lill-klijenti li jħallsu minn qabel b'tiġdid awtomatiku tal-kreditu minn "kont li jaħsdek". It-test propost oriġinali involontarjament ineħħi lil klijenti bħal dawn mill-ambitu.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jkun xieraq, il-fornituri domestiċi għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt u fuq bażi regolari wara, dwar ir-riskju ta’ konnessjoni u tniżżil b’dejta roaming awtomatiku u bla kontroll. Barra minn hekk, il-fornituri domestiċi għandhom jispjegaw lill-klijenti tagħhom, b’mod ċar u li jinftiehem faċilment, kif dawn il-konnessjonijiet ta’ dejta roaming awtomatiċi jintfew sabiex jiġi evitat il-konsum bla kontroll ta’ servizzi ta’ roaming ta' dejta.

Meta jkun xieraq, il-fornituri domestiċi għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt u fuq bażi regolari wara, dwar ir-riskju ta’ konnessjoni u tniżżil b’dejta roaming awtomatiku u bla kontroll. Barra minn hekk, il-fornituri domestiċi għandhom jinnotifikaw lill-klijenti tagħhom bla ħlas u b’mod ċar u li jiftiehem faċilment, dwar x'għandhom jagħmlu biex dawn il-konnessjonijiet ta’ data roaming awtomatiċi jintfew sabiex jiġi evitat il-konsum bla kontroll ta’ servizzi ta’ data roaming.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Messaġġ awtomatiku mill-fornitur domestiku li jinforma lil klijent roaming li huwa qiegħed roaming u li jipprovdi informazzjoni tariffarja bażika personalizzata dwar it-tariffi applikabbli għall-forniment ta' servizzi ta' roaming ta' dejta regolati lil dak il-klijent roaming fl-Istat Membru kkonċernat, ħlief fejn il-klijent ikun avża lill-fornitur domestiku tiegħu li ma għandux bżonn din l-informazzjoni.

Messaġġ awtomatiku mill-fornitur domestiku li jinforma lil klijent roaming li huwa qiegħed roaming u li jipprovdi informazzjoni tariffarja bażika personalizzata dwar it-tariffi (inkluż il-VAT u fil-munita tal-kont f'pajjiżu) applikabbli għall-forniment ta' servizzi ta' roaming ta' dejta regolati lil dak il-klijent roaming fil-pajjiż ikkonċernat, ħlief fejn il-klijent ikun avża lill-fornitur domestiku tiegħu li ma għandux bżonn din l-informazzjoni.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni tariffarja personalizzata bħal din għandha tintbagħat lit-telefown mobbli tal-klijent roaming jew apparat ieħor, pereżempju permezz ta’ SMS, e-mail, jew pop-up fuq il-kompjuter, kull darba li l-klijent roaming jidħol fi Stat Membru apparti dak tan-netwerk domestiku tiegħu u jibda għall-ewwel darba servizz ta' roaming ta' dejta regolat fi Stat Membru partikolari. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument li l-klijent roaming jibda servizz regolat ta’ roaming ta’ dejta, b’mod adattat u adegwat biex jiffaċilita li jiġi riċevut u jinftiehem malajr.

Informazzjoni tariffarja personalizzata bħal din għandha tintbagħat lit-telefown mobbli tal-klijent roaming jew apparat ieħor, pereżempju permezz ta’ SMS, e-mail, jew pop-up fuq il-kompjuter, kull darba li l-klijent roaming jidħol f'pajjiż apparti dak tan-netwerk domestiku tiegħu u jibda għall-ewwel darba servizz ta' roaming ta' dejta regolat fil-pajjiż partikolari. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument li l-klijent roaming jibda servizz regolat ta’ roaming ta’ dejta, b’mod adattat u adegwat biex jiffaċilita li jiġi riċevut u jiftiehem malajr.

Ġustifikazzjoni

Dawk il-miżuri għandhom jiġu estiżi wkoll barra l-Unjoni Ewropea.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull fornitur domestiku għandu jipprovdi l-opportunità lill-klijenti roaming kollha tiegħu biex, intenzjonalment u mingħajr ħlas, jagħżlu faċilità li tipprovdi informazzjoni dwar il-konsum akkumulat, espressa bħala volum jew fil-munita li biha jħallas il-klijent roaming, tas-servizzi ta' roaming ta' d-dejta regolati u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għal servizzi ta' roaming ta’ dejta regolati fuq perjodu speċifikat ta’ użu ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat.

Kull fornitur domestiku għandu jipprovdi l-opportunità għall-klijenti roaming kollha tagħhom biex, intenzjonalment u mingħajr ħlas, jagħżlu faċilità li tipprovdi informazzjoni dwar il-konsum akkumulat, espressa bħala volum jew fil-munita li biha jħallas il-klijent roaming, tas-servizzi ta' roaming tad-dejta bl-imnut provduti kemm fl-Unjoni kif ukoll barra l-Unjoni u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għal servizzi ta' roaming ta’ dejta bl-imnut fuq perjodu speċifikat ta’ użu ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat. Dan m'għandux japplika f'każijiet fejn fornitur ta' servizz ta' telekomunikazzjoni mobbli f'pajjiż miżjur barra l-Unjoni ma jippermettix lill-fornitur domestiku jimmonitorja l-użu tal-klijenti tagħhom fuq bażi ta' ħin reali. F'dak il-każ, il-klijent għandu jiġi notifikat kif xieraq permezz ta' Servizz ta' Messaġġ, bla dewmien u bla ħlas, meta jidħol fit-tali pajjiż.

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri dwar it-trasparenza u l-ħarsien tal-konsumatur għandhom japplikaw ukoll barra l-Unjoni. Madankollu, għad hemm pajjiżi fejn, għal raġunijiet tekniċi, il-fornituri domestiċi ma jkunux jistgħu jirrintraċċaw l-użu tal-klijenti tagħhom abbażi ta' ħin reali u jirċievu biss informazzjoni dwar l-użu fi tmiem xahar.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull fornitur domestiku għandu wkoll jiżgura li tintbagħat notifika adattata lit-telefown mobbli jew apparat ieħor tal-klijent roaming, pereżempju permezz ta’ SMS, e-Mail, jew pop-up fuq il-kompjuter, meta s-servizzi ta' roaming ta’ dejta jkunu laħqu 80 % tal-limitu finanzjarju jew tal-volum miftiehem. Il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li jitolbu lill-operaturi tagħhom li ma jibqgħux jibagħtu avviżi ta’ dan it-tip u għandu jkollhom id-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitolbu lill-fornitur domestiku biex jerġa’ jforni s-servizz.

Kull fornitur domestiku għandu wkoll jiżgura li tintbagħat notifika adattata lit-telefown mobbli jew apparat ieħor tal-klijent roaming, pereżempju permezz ta’ SMS, e-Mail, jew pop-up fuq il-kompjuter, meta t-telefonati bir-roaming, l-SMS u s-servizzi ta' roaming ta’ dejta jkunu laħqu 80 % tal-limitu finanzjarju jew tal-volum miftiehem. Il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li jitolbu lill-operaturi tagħhom li ma jibqgħux jibagħtu avviżi ta’ dan it-tip u għandu jkollhom id-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitolbu lill-fornitur domestiku biex jerġa’ jforni s-servizz.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta dan il-limitu finanzjarju jew ta’ volum ikun altrimenti nqabeż, għandha tintbagħat notifika lill-mobile jew apparat ieħor tal-klijent roaming. Dan l-avviż għandu jindika l-proċedura li għandha tkun segwita jekk il-klijent jixtieq li jkompli l-forniment ta’ dawn is-servizzi u l-ispiża assoċjata ma’ kull unità addizzjonali li tkun se tiġi kkunsmata. Jekk il-klijent roaming ma jirrispondix kif mitlub min-notifika li rċieva, il-fornitur domestiku għandu jwaqqaf immedjatament is-servizzi ta' roaming ta' dejta regolati lill-klijent roaming u ma jiċċarġjax aktar tagħhom, sakemm u sa meta l-klijent roaming ma jitlobx li l-forniment ta’ dawn is-servizzi jitkompla jew jiġġedded.

Meta dan il-limitu finanzjarju jew ta’ volum ikun altrimenti nqabeż, għandha tintbagħat notifika lill-mobile jew apparat ieħor tal-klijent roaming. Dan l-avviż għandu jindika l-proċedura li għandha tkun segwita jekk il-klijent jixtieq li jkompli l-forniment ta’ dawn is-servizzi u l-ispiża assoċjata ma’ kull unità addizzjonali li tkun se tiġi kkunsmata. Jekk il-klijent roaming ma jirrispondix kif mitlub min-notifika li rċieva, il-fornitur domestiku għandu jwaqqaf immedjatament is-servizzi ta' telefonati, SMS u roaming ta' dejta regolati lill-klijent roaming u ma jiċċarġjax aktar tagħhom, sakemm u sa meta l-klijent roaming ma jitlobx li l-forniment ta’ dawn is-servizzi jitkompla jew jiġġedded.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din ir-regola għandha tapplika għal roaming tal-klijenti fl-Unjoni kif ukoll barra l-Unjoni.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-paragrafu 3 għandu japplika għal konsumaturi fl-Unjoni Ewropea u wkoll barra minnha.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Article 15a

 

Paragun bejn il-prezzijiet

 

Kull informazzjoni dwar il-prezzijiet rigward servizzi bl-imnut ta' vuċi, SMS u roaming ta' dejta lill-klijenti għandha tinkludi l-VAT.

 

Il-Kummissjoni għandha tinvestiga t-trasparenza u l-paragunabbiltà ta' tariffi differenti proposti mill-operaturi lill-klijenti tagħhom, u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar miżuri oħra meħtieġa biex jiżguraw li l-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu dawn it-tariffi faċilment, u għalhekk ikun iktar faċli biex jieħdu deċiżjoni biex jaqilbu minn operatur għal ieħor.

Ġustifikazzjoni

Attwalment mhuwiex possibbli li jitqabblu t-tariffi differenti offruti mill-operaturi differenti. Din il-kwistjoni għandha tiġi investigata mill-Kummissjoni. It-trasparenza timplika wkoll li l-informazzjoni kollha dwar il-prezzijiet tkun bil-VAT inkluża.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Arikolu 17a

 

L-eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(5a) għandha tingħata lill-Kummissjoni minn...* sad-data msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 22.

 

3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4(5a) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(5a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill, jew jekk qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

_____________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu  2012  u għandhom mingħajr dewmien jinnotifikawha b’kull emenda sussegwenti li taffetwahom.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk il-penali għandhom jinkludu obbligu għall-fornituri li jipprovdu kumpens lill-klijenti meta jdewmu jew jostakolaw bidla ta' klijent għal fornitur ieħor ta' servizzi roaming. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu  2012  u għandhom mingħajr dewmien jinnotifikawha b’kull emenda sussegwenti li taffetwahom.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tirrivedi kif jiffunzjona dan ir-Regolament u, wara konsultazzjoni pubblika, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar mit-30 ta’ Ġunju 2015  . Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari jekk l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament intlaħqux. Waqt li tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tirrivedi, inter alia:

1. Il-Kummissjoni għandha tirrivedi kif jiffunzjona dan ir-Regolament u, wara konsultazzjoni pubblika, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar mit-30 ta’ Ġunju 2016. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari jekk l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament intlaħqux. Waqt li tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tirrivedi, inter alia:

Ġustifikazzjoni

Id-data ta' rieżami aktar tard hija meħtieġa sabiex jiġi vvalutat l-impatt tal-miżuri strutturali fuq is-suq.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 1   2022  .

Għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2022.

PROĊEDURA

Titolu

Roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (Riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2011)0402 – C7-0190/2011 – 2011/0187(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.9.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.12.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

6.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Cornelis de Jong, Christian Engström, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Mikael Gustafsson, Małgorzata Handzlik, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Franz Obermayr, Phil Prendergast, Mitro Repo, Heide Rühle, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Gino Trematerra, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Frank Engel, Marielle Gallo, Ildikó Gáll-Pelcz, Liem Hoang Ngoc, María Irigoyen Pérez, Constance Le Grip, Emma McClarkin, Antonyia Parvanova, Olga Sehnalová, Laurence J.A.J. Stassen, Marc Tarabella, Wim van de Camp

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jürgen Creutzmann, Peter Skinner, Michael Theurer


PROĊEDURA

Titolu

Roaming on public mobile communications networks within the Union (recast)

Referenzi

COM(2011)0402 – C7-0190/2011 – 2011/0187(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

6.7.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.9.2011

JURI

13.9.2011

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

  Data tad-deċiżjoni

JURI

13.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

16.2.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

  Data tal-ħatra

Angelika Niebler

26.10.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.11.2011

20.12.2011

25.1.2012

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Zigmantas Balčytis, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, Robert Goebbels, András Gyürk, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Philippe Lamberts, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Jens Rohde, Paul Rübig, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Claude Turmes, Niki Tzavela, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Ioan Enciu, Vicente Miguel Garcés Ramón, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Seán Kelly, Eija-Riitta Korhola, Werner Langen, Zofija Mazej Kukovič, Vladimír Remek, Silvia-Adriana Ţicău, Lambert van Nistelrooij

Data tat-tressiq 

2.5.2012

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Mejju 2012Avviż legali