Proċedura : 2010/0208(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0170/2011

Testi mressqa :

A7-0170/2011

Dibattiti :

PV 05/07/2011 - 6
CRE 05/07/2011 - 6

Votazzjonijiet :

PV 05/07/2011 - 7.19
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0314

RAPPORT     ***I
PDF 483kWORD 571k
20 t'April 2011
PE 456.911v02-00 A7-0170/2011

dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom

(COM(2010)0375 – C7-0178/2010 – 2010/0208(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Corinne Lepage

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom

(COM(2010)0375 – C7-0178/2010 – 2010/0208(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0375),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0178/2010),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-9 ta' Diċembru 2010(1),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-28 ta' Jannar 2011(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0170/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament – att emendatorju

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 […] tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Ara l-opinjoni tal-Kumitat JURI

Emenda  2

Proposta għal regolament - att emendatorju

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Skont dan is-sett ta’ leġiżlazzjoni, l-OMĠ għall-kultivazzjoni għandha ssirilhom valutazzjoni tar-riskju individwali qabel ma jiġu awtorizzati biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. L-għan ta' din il-proċedura ta' awtorizzazzjoni hu li jiżgura livell għoli ta' ħarsien tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumatur, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern.

(2) Skont dan is-sett ta’ leġiżlazzjoni, l-OMĠ għall-kultivazzjoni għandha ssirilhom valutazzjoni tar-riskju individwali qabel ma jiġu awtorizzati biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni, skont l-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE, l-effetti diretti u indiretti kif ukoll dawk immedjati u li jittardjaw, u anke l-effetti fit-tul kumulattivi, fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. L-għan ta' din il-proċedura ta' awtorizzazzjoni hu li jiżgura livell għoli ta' ħarsien tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumatur, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern. Livell għoli uniformi ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent għandu jinkiseb u jinżamm fl-Unjoni kollha.

Emenda  3

Proposta għal regolament - att emendatorju

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bħala prijorità, l-implimentazzjoni tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ambjentali adottati fl-4 ta’ Diċembru 2008, jiġifieri implimentazzjoni xierqa tar-rekwiżiti legali stipolati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE għall-valutazzjoni tar-riskju tal-OMĠ. B’mod partikolari, għandhom jiġu evalwati bir-reqqa l-effetti ambjentali fit-tul tal-uċuħ tar-raba’ MĠ u anke l-effetti potenzjali tagħhom fuq l-organiżmi mhux fil-mira; għandhom jitqiesu kif suppost il-karatteristiċi tal-ambjenti riċevituri u ż-żoni ġeografiċi fejn il-pjanti MĠ ikunu jistgħu jiġu kkultivati; u għandhom jiġu evalwati l-konsegwenzi ambjentali potenzjali tal-bidliet fl-użu tal-erbiċidi marbuta mal-uċuħ tar-raba’ MĠ li huma tolleranti għall-erbiċidi; B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu adottati linji gwida ġodda dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-OMĠ. Dawn il-linji gwida m’għandhomx ikunu prinċipalment ibbażati fuq il-prinċipju tal-ekwivalenza sostanzjali jew fuq il-kunċett ta’ valutazzjoni kumparattiva ta’ sikurezza, u għandhom jippermettu li l-effetti fit-tul, diretti u indiretti, kif ukoll l-inċertezzi xjentifiċi, ikunu identifikati biċ-ċar. Sakemm jiġu implimentati adegwatament id-dispożizzjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju, m’għandha tiġi awtorizzata l-ebda varjetà ġdida tal-OMĠ. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jistabbilixxu netwerk estensiv ta' organizzazzjonijiet xjentifiċi li jirrappreżentaw id-dixxiplini kollha, inklużi dawk relatati mal-kwistjonijiet ekoloġiċi, u għandhom jikkooperaw biex jidentifikaw fi stadju bikri kull diverġenza potenzjali bejn l-opinjonijiet xjentifiċi bl-għan li jissolvew jew jiġu ċċarati l-kwistjonijiet xjentifiċi li jkunu qed joħolqu diverġenzi. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jiġu żgurati r-riżorsi meħtieġa għal riċerka indipendenti dwar ir-riskji potenzjali tal-OMĠs; u li t-tisħiħ tad-drittijiet għall-proprjetà intellettwali ma jżommux lir-riċerkaturi milli jevalwaw il-materjal kollu rilevanti.

Emenda  4

Proposta għal regolament - att emendatorju

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Meta titqies l-importanza tal-provi xjentifiċi fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-projbizzjoni jew l-approvazzjoni tal-OMĠs, l-EFSA u l-Istati Membri għandhom jiġbru u jippubblikaw annwalment ir-riżultati ta' riċerka dwar ir-riskju jew il-provi ta' kwalunkwe preżenza, kontaminazzjoni jew periklu għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem tal-OMĠs, skont il-każ. Minħabba l-ispiża għolja tal-konsultazzjoni tal-esperti, l-Istati Membri għandhom jippromwovu kollaborazzjoni bejn l-istituti ta' riċerka u l-akkademji nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

L-OMĠs jiġu evalwati fuq bażi ta' data mressqa mill-applikant. Meta jitqiesu l-ispejjeż u l-limiti ekonomiċi tal-EFSA, l-Istati Membri li għandhom il-kapaċità li jiddeċiedu għandhom ukoll jieħdu r-responsabilità u jaħdmu fuq il-ġbir ta' informazzjoni u t-trasferiment ta' din l-informazzjoni lejn l-Ewropa.

Emenda  5

Proposta għal regolament - att emendatorju

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-esperjenza wriet li l-kultivazzjoni tal-OMĠ hi kwistjoni li tiġi indirizzata b’mod aktar sistematiku mill-Istati Membri, f’livell ċentrali, reġjonali jew lokali. Għall-kuntrarju tal-kwistjonijiet relatati mat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-OMĠ, li għandhom jibqgħu regolati fil-livell tal-UE biex jitħares is-suq intern, il-kultivazzjoni tal-OMĠ ġiet rikonoxxuta bħala kwistjoni b'dimensjoni lokali/reġjonali qawwija. Skont l-Artikolu 2(2) tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu intitolati li jkollhom il-possibbiltà li jadottaw regoli li jikkonċernaw il-kultivazzjoni effettiva tal-OMĠ fit-territorju tagħhom wara li l-OMĠ ikun legalment awtorizzat li jitqiegħed fis-suq tal-UE.

(5) L-esperjenza wriet li l-kultivazzjoni tal-OMĠ hi kwistjoni li tiġi indirizzata b’mod aktar sistematiku mill-Istati Membri, f’livell ċentrali, reġjonali jew lokali. Ikun tajjeb li jinżammu l-kwistjonijiet relatati mat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-OMĠ fil-livell tal-UE biex jitħares is-suq intern. il-kultivazzjoni tal-OMĠ tista' tkun teħtieġ iktar flessibilità f'ċerti każijiet peress li hija kwistjoni b'dimensjoni lokali/reġjonali/territorjali qawwija u kwistjoni ta' importanza partikolari għall-awtodeterminazzjoni tal-Istati Membri. Tali flessibilità m’għandhiex tikkomprometti l-proċedura tal-approvazzjoni komuni. Madankollu, il-valutazzjoni armonizzata tar-riskji għas-saħħa u dawk ambjentali tista’ ma tindirizzax l-impatti possibbli kollha tal-OMĠ fir-reġjuni u fl-ekosistemi differenti. Skont l-Artikolu 2(2) tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu intitolati li jkollhom il-possibbiltà li jadottaw disposizzjonijiet legali vinkolanti li jikkonċernaw il-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom wara li l-OMĠ jkun legalment awtorizzat li jitqiegħed fis-suq tal-UE.

Emenda  6

Proposta għal regolament - att emendatorju

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) F’dan il-kuntest, jidher xieraq li lill-Istati Membri tingħatalhom, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, aktar libertà li jiddeċiedu jekk jixtiqux jikkultivaw uċuħ tar-raba’ OMĠ fit-territorju tagħhom jew le mingħajr ma jibdlu s-sistema tal-awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni tal-OMĠ u independentement mill-miżuri li l-Istati Membri huma intitolati li jieħdu bl-applikazzjoni tal-Artikolu 26a tad-Direttiva 2001/18/KE biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta’ OMĠ fi prodotti oħra.

(6) F’dan il-kuntest, jidher xieraq li lill-Istati Membri tingħatalhom, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, aktar flessibilità li jiddeċiedu jekk jixtiqux jikkultivaw uċuħ tar-raba’ OMĠ fit-territorju tagħhom jew le mingħajr ma jibdlu s-sistema tal-awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni tal-OMĠ u independentement mill-miżuri li l-Istati Membri huma meħtieġa jieħdu bl-applikazzjoni tal-Artikolu 26a tad-Direttiva 2001/18/KE biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta’ OMĠ fi prodotti oħra fit-territorju tagħhom u f'żoni ta' fruntiera ta' Stati Membri ġirien.

Emenda  7

Proposta għal regolament - att emendatorju

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew OMĠ partikolari fit-territorju kollu tagħhom jew f’parti minnu, u rispettivament jemendaw dawk il-miżuri li huma jidhrilhom li huma xierqa, fl-istadji kollha tal-awtorizzazzjoni, tal-awtorizzazzjoni mill-ġdid jew tal-irtirar mis-suq tal-OMĠ ikkonċernati. Dan għandu japplika wkoll għall-varjetajiet modifikati ġenetikament ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti li jitqiegħdu fis-suq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti u, b’mod partikolari, skont id-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE. Il-miżuri għandhom jirreferu għall-kultivazzjoni tal-OMĠ biss u mhux għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u l-importazzjoni ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti modifikati ġenetikament, bħala prodotti jew fi prodotti oħrajn, u l-prodotti tal-ħsad tagħhom. Bl-istess mod, dawn ma għandhomx jaffettwaw il-kultivazzjoni ta' varjetajiet mhux ġenetikament modifikati ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti li fihom jinstabu traċċi aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta' OMĠ awtorizzati tal-UE.

(7) Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jadottaw, skont il-każ, miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ partikolari jew gruppi ta' OMĠ jew tal-OMĠ kollha fit-territorju kollu tagħhom jew f’parti minnu, u rispettivament jemendaw dawk il-miżuri li huma jidhrilhom li huma xierqa, fl-istadji kollha tal-awtorizzazzjoni, tal-awtorizzazzjoni mill-ġdid jew tal-irtirar mis-suq tal-OMĠ ikkonċernati. Il-kultivazzjoni hi marbuta mill-qrib mal-użu tal-art u mal-konservazzjoni tal-flora u l-fawna, li huma oqsma fejn l-Istati Membri għandhom setgħat sinifikanti. Il-possibilità li jiġu adottati dawn il-miżuri għandha tapplika wkoll għall-varjetajiet modifikati ġenetikament ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti li jitqiegħdu fis-suq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar it-tqegħid fis-suq ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti u, b'mod partikolari, skont id-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE. Il-miżuri għandhom jirreferu għall-kultivazzjoni tal-OMĠ biss u mhux għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u l-importazzjoni ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti modifikati ġenetikament, bħala prodotti jew fi prodotti oħrajn, u l-prodotti tal-ħsad tagħhom. Dawn il-miżuri għandhom jippermettu lill-operaturi kollha kkonċernati, inkluż min jikkultivahom, li jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom.

Emenda  8

Proposta għal regolament - att emendatorju

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Skont il-qafas legali għall-awtorizzazzjoni tal-OMĠ, il-livell ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem/tal-annimali u tal-ambjent magħżul mill-UE ma jistax jiġi rivedut minn Stat Membru u din is-sitwazzjoni ma tistax tinbidel. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew li jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew OMĠ partikolari fit-territorju kollu tagħhom jew f’parti minnu fuq bażi ta’ raġunijiet marbuta mal-interess pubbliku għajr dawk diġà indirizzati mis-sett ta’ regoli armonizzati tal-UE li diġà jipprevedu proċeduri biex jitqiesu r-riskji li OMĠ għall-kultivazzjoni jista’ jikkawża lis-saħħa u l-ambjent. Barra minn dan, dawn il-miżuri għandhom ikunu konformi mat-Trattati, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn il-prodotti nazzjonali u dawk mhux nazzjonali u l-Artikoli 34 u 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mal-obbligi internazzjonali rilevanti tal-Unjoni, notevolment fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(8) Skont il-qafas legali għall-awtorizzazzjoni tal-OMĠ, il-livell ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem/tal-annimali u tal-ambjent magħżul mill-UE ma jistax jiġi rivedut minn Stat Membru u din is-sitwazzjoni ma tistax tinbidel. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew li jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew OMĠ partikolari fit-territorju kollu tagħhom jew f’parti minnu fuq bażi ta’ raġunijiet marbuta mal-interess pubbliku. Dawk il-miżuri jkunu bbażati fuq raġunijiet marbuta ma’ fatturi ambjentali jew fatturi ġenwini oħrajn bħall-impatti soċjoekonomiċi, li jistgħu jkunu dovuti għar-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ fejn dawk il-fatturi ma ġewx indirizzati bħala parti mill-proċedura armonizzata prevista fil-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE, jew f'każ ta' inċertezza xjentifika persistenti. Dawk il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq raġunijiet xjentifiċi jew raġunijiet relatati mal-ġestjoni tar-riskju jew fatturi leġittimi oħrajn jistgħu jkunu kkawżati mir-rilaxx intenzjonali jew it-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ, jew minn fatturi leġittimi oħra. Barra minn hekk, dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u konformi mat-Trattati, b’mod partikolari fir-rigward tal-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn il-prodotti nazzjonali u dawk mhux nazzjonali u l-Artikoli 34 u 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  9

Proposta għal regolament - att emendatorju

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet tal-kultivazzjoni ta’ ċerti OMĠ minn Stat Membru m’għandhomx jipprevienu jew jirrestrinġu l-użu ta’ OMĠ awtorizzati minn Stati Membri oħra, sakemm jittieħdu miżuri effettivi biex tiġi pprevenuta l-kontaminazzjoni transkonfinali.

Emenda  10

Proposta għal regolament - att emendatorju

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fuq il-bażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-iskop ta’ dan ir-Regolament mhuwiex li jarmonizza l-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni fl-Istati Membri iżda li jagħti l-libertà lill-Istati Membri li jużaw raġunijiet validi oħra għajr il-valutazzjoni xjentifika tar-riskji lis-saħħa u l-ambjent biex jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ OMĠ fit-territorju tagħhom. Barra minn hekk, wieħed mill-iskopijiet tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi, li l-Kummissjoni tista’ tqis l-adozzjoni ta’ atti li jorbtu fil-livell tal-UE, ma jkunx moqdi min-notifika sistematika tal-miżuri tal-Istati Membri skont dik id-Direttiva. Barra minn dan, minħabba li miżuri li l-Istati Membri jistgħu jadottaw skont dan ir-Regolament ma jistgħux ikollhom bħala suġġett it-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ u, għaldaqstant, ma jimmodifikax il-kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ awtorizzati skont il-leġiżlazzjoni eżistenti, il-proċedura ta’ notifika skont id-Direttiva 98/34/KE ma tidhirx li hija l-aħjar mezz ta’ informazzjoni għall-Kummissjoni. Għaldaqstant, b’deroga, id-Direttiva 98/34/KE ma għandhiex tkun applikabbli. Sistema ta’ notifika aktar faċli tal-miżuri nazzjonali qabel l-adozzjoni tagħhom tidher għodda aktar proporzjonata għall-Kummissjoni biex tkun konxja minn dawn il-miżuri. Il-miżuri li l-Istati Membri biħsiebhom jadottaw, għandhom għaldaqstant jiġu kkomunikati flimkien mar-raġunijiet tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri xahar qabel l-adozzjoni tagħhom għal finijiet ta’ informazzjoni.

(9) Fuq il-bażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-iskop ta’ dan ir-Regolament mhuwiex li jarmonizza l-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni fl-Istati Membri iżda li jagħti l-libertà lill-Istati Membri biex jirresrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ OMĠ fit-territorju tagħhom għal raġunijiet relatati ma’ fatturi ambjentali jew fatturi ġenwini oħrajn bħall-impatti soċjoekonomiċi, li jistgħu jirriżultaw mir-rilaxx intenzjonat jew mit-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ fejn dawk il-fatturi ma ġewx indirizzati bħala parti mill-proċedura armonizzata prevista fil-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE jew f'każ ta' inċertezza xjentifika persistenti. Barra minn hekk, wieħed mill-iskopijiet tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi, li l-Kummissjoni tista’ tqis l-adozzjoni ta’ atti li jorbtu fil-livell tal-UE, ma jkunx moqdi min-notifika sistematika tal-miżuri tal-Istati Membri skont dik id-Direttiva. Barra minn dan, minħabba li miżuri li l-Istati Membri jistgħu jadottaw skont dan ir-Regolament ma jistgħux ikollhom bħala suġġett it-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ u, għaldaqstant, ma jimmodifikax il-kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ awtorizzati skont il-leġiżlazzjoni eżistenti, il-proċedura ta’ notifika skont id-Direttiva 98/34/KE ma tidhirx li hija l-aħjar mezz ta’ informazzjoni għall-Kummissjoni. Għaldaqstant, b’deroga, id-Direttiva 98/34/KE ma għandhiex tkun applikabbli. Sistema ta’ notifika aktar faċli tal-miżuri nazzjonali qabel l-adozzjoni tagħhom tidher għodda aktar proporzjonata għall-Kummissjoni biex tkun konxja minn dawn il-miżuri. Il-miżuri li l-Istati Membri biħsiebhom jadottaw, għandhom għaldaqstant jiġu kkomunikati flimkien mar-raġunijiet tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri xahar qabel l-adozzjoni tagħhom għal finijiet ta’ informazzjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament - att emendatorju

Premessa 9 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) Ir-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet tal-kultivazzjoni tal-OMĠ mill-Istati Membri m’għandhomx iwaqqfu t-twettiq tar-riċerka dwar il-bijoteknoloġija, bil-kundizzjoni li, waqt it-twettiq ta’ tali riċerka, jiġu rrispettati l-miżuri tas-sikurezza meħtieġa .

Emenda  12

Proposta għal regolament – att emendatorju

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-Direttiva 2001/18/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

 

(-1) L-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

“Artikolu 22

 

Ċirkolazzjoni libera

 

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 jew l-Artikolu 26b, l-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jirrifjutaw it-tpoġġija fis-suq ta’ GMOs, bħal jew fi prodotti, li josservaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.”

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 22 m’għandux jeskludi l-possibilità li l-Istati Membri jadottaw regoli li jirrigwardaw ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni tal-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom f’konformità mal-Artikolu 26b ġdid.

Emenda  13

Proposta għal regolament – att emendatorju

Artikolu 1 – punt -1 a (ġdid)

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 25 – paragrafu 5 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-Direttiva 2001/18/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

 

(-1a) Fl-Artikolu 25, għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej:

 

‘5a. Mingħajr preġudizzju mhux meħtieġ għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-aċċess għall-materjal neċessarju għar-riċerka indipendenti dwar riskji potenzjali tal-OMĠ, bħal pereżempju materjal taż-żerriegħa, m’għandux jiġi ristrett jew ostakolat.”

Ġustifikazzjoni

Il-Kunsill Ambjentali, f’Diċembru 2008, ikkonluda li “riċerkaturi indipendenti għandhom jingħataw aċċess għal kull materjal relevanti, waqt li jirrispettaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali”. Attwalment, ir-riċerkaturi indipendenti kemm-il darba ma jkunux jistgħu jagħmlu riċerka dwar varjetà MĠ, billi l-aċċess għall-materjal MĠ huwa ristrett u l-bdiewa huma obbligati li ma jagħtux materjal MĠ għall-għanijiet ta’ riċerka. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvestigaw il-kompatibilità ta’ varjetà MĠ ma’ ambjent riċevitur speċifiku, l-aċċess għall-materjal MĠ m’għandux jiġi ristrett.

Emenda  14

Proposta għal regolament – att emendatorju

Artikolu 1 – punt -1 b (ġdid)

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-Direttiva 2001/18/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

 

(-1b) L-Artikolu 26a(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri nazzjonali xierqa biex jevitaw il-preżenza mhux intenzjonata tal-OMĠ fi prodotti oħra fit-territorji tagħhom u f'żoni konfinali ta' Stati Membri ġirien.”

Emenda  15

Proposta għal regolament - att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew OMĠ partikolari awtorizzati skont il-Parti C ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u li jkunu varjetajiet modifikati ġenetikament imqiegħda fis-suq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar it-tqegħid fis-suq ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti, fit-territorju kollu tagħhom jew parti minnu, bil-kundizzjoni li:

L-Istati Membri jistgħu, skont il-każ, jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ OMĠ partikolari, ta’ gruppi ta’ OMĠ definiti mill-varjetà tal-wiċċ tar-raba', jew tal-OMĠ kollha awtorizzati skont il-Parti C ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u li jkunu varjetajiet modifikati ġenetikament imqiegħda fis-suq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti bil-kundizzjoni li:

Emenda  16

Proposta għal regolament - att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 b – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) dawk il-miżuri jkunu bbażati fuq raġunijiet li mhux dawk marbuta mal-valutazzjoni tal-effett negattiv fuq is-saħħa u l-ambjent li jista' jkun ikkawżat mir-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta' OMĠ;

(a) dawk il-miżuri jkunu bbażati fuq

 

i) raġunijiet ġustifikati xjentifikament b’rabta ma’ konsegwenzi ambjentali li jistgħu jkunu kkawżati mir-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta' OMĠ, kumplimentari għall-konsegwenzi ambjentali eżaminati matul il-valutazzjoni xjentifika tal-impatti negattivi fuq l-ambjent, li tkun saret skont il-Parti C ta’ din id-Direttiva, jew raġunijiet b'rabta mal-ġestjoni tar-riskju; Dawn ir-raġunijiet jistgħu jinkludu:

 

- il-prevenzjoni tal-iżvilupp ta’ reżistenza għall-pestiċidi mill-ħaxix ħażin u l-insetti jew l-annimali li jagħmlu ħsara;

 

- it-tixrid jew il-persistenza tal-varjetà MĠ, jew il-possibilità ta’ tnissil ma’ pjanti kkultivati domestikament jew selvaġġi;

 

- il-prevenzjoni tal-impatti negattivi fuq l-ambjent lokali kkawżati mill-prattiki agrikolturali marbuta mal-kultivazzjoni tal-OMĠ;

 

- iż-żamma u l-iżvilupp ta’ prattiki agrikoli li joffru potenzjal aħjar li jikkonċiljaw il-produzzjoni mas-sostenibilità tal-ekosistema;

 

 

- iż-żamma tal-bijodiversità lokali, inklużi ċerti ħabitats u ekosistemi, jew ċerti tipi ta’ karatteristiċi naturali u tal-pajsaġġ;

 

- in-nuqqas ta’ data adegwata jew l-eżistenza ta’ data kontradittorja jew ta' inċertezza xjentifika persistenti dwar l-impatti negattivi potenzjali tar-rilaxx ta’ OMĠ fuq l-ambjent ta’ Stat Membru jew ta' reġjun, inkluż fuq il-bijodiversità;

 

ii) raġunijiet b'rabta mal-impatti soċjoekonomiċi. Dawn ir-raġunijiet jistgħu jinkludu:

 

 

- l-imprattikabilità jew l-ispejjeż għoljin ta' miżuri ta' koeżistenza jew l-impossibilità tal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' koeżistenza minħabba kundizzjonijiet ġeografiċi speċifiċi bħall-gżejjer żgħar jew żoni ta' muntanji;

 

- il-bżonn li tiġi protetta d-diversità tal-produzzjoni agrikolturali;

 

- il-bżonn li tiġi żgurata l-purezza taż-żerriegħa;

 

iii) raġunijiet oħra li jistgħu jinkludu l-użu tar-art, l-ippjanar tal-bliet u tal-pajjiżi jew fatturi leġittimi oħrajn;

Emenda  17

Proposta għal regolament - att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b - paragrafu 1 - punt a a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) f’każijiet fejn dawk il-miżuri jikkonċernaw l-uċuħ tar-raba’ li diġà huma awtorizzati fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri jiżguraw li l-bdiewa li kkultivaw dawn l-uċuħ tar-raba’ legalment ikollhom biżżejjed żmien biex itemmu l-istaġun tal-kultivazzjoni attwali;

Emenda  18

Proposta għal regolament - att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 1 – punt a b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) dawk il-miżuri jirrispettaw it-tradizzjonijiet agrikolu u kulturali lokali;

Emenda  19

Proposta għal regolament – att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 1 – punt a c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac) dawk il-miżuri kienu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika bil-quddiem li damet mill-inqas 30 jum;

Ġustifikazzjoni

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati, jeħtieġ li l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom qabel l-adozzjoni ta’ tali miżuri, li jista’ jkollhom impatt fuq oqsma differenti.

Emenda  20

Proposta għal regolament - att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 b – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) il-miżuri jkunu konformi mat-Trattati.

b) il-miżuri jkunu konformi mat-Trattati, b'mod partikolari l-prinċipju tal-proporzjonalità.

Emenda  21

Proposta għal regolament - att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 b – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli kwalunkwe miżura ta' dan it-tip għall-operaturi kollha kkonċernati, inkluż min jikkultiva, mill-inqas tliet xhur qabel ma jibda l-istaġun tal-kultivazzjoni. F'każ li l-OMĠ kkonċernat jiġi awtorizzat inqas minn tliet xhur qabel jibda l-istaġun tal-kultivazzjoni, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw dawk il-miżuri meta jiġu adottati.

Emenda  22

Proposta għal regolament - att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 b – paragrafu 1 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jadottaw dawk il-miżuri għal perjodu massimu ta' ħames snin u għandhom jirreveduhom meta tiġġedded l-awtorizzazzjoni tal-OMĠ.

Emenda  23

Proposta għal regolament - att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mid-Direttiva 98/34/KE, l-Istati Membri li biħsiebhom jadottaw miżuri motivati skont dan l-Artikolu, għandhom jikkomunikawhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni xahar qabel l-adozzjoni tagħhom, għal skopijiet ta' informazzjoni."

B’deroga mid-Direttiva 98/34/KE, l-Istati Membri li biħsiebhom jadottaw miżuri skont dan l-Artikolu, għandhom jikkomunikawhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni xahar qabel l-adozzjoni tagħhom, għal skopijiet ta’ informazzjoni’.

Ġustifikazzjoni

Il-kelma “motivati” mhijiex meħtieġa. Hija soġġettiva u tista’ tirrestrinġi l-possibilitajiet għall-Istati Membri bla bżonn.

Emenda  24

Proposta għal regolament - att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid)

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 b a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

'Artikolu 26ba

 

Rekwiżiti ta’ responsabilità

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema obbligatorja ġenerali ta’ responsabilità finanzjarja u garanziji finanzjarji, pereżempju permezz tal-assigurazzjoni, sistema li tapplika għall-operaturi kollha tan-negozju u li tiżgura li min iħammeġ iħallas għall-effetti jew il-ħsarat mhux maħsubin li jistgħu jokkorru minħabba r-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ.”

Ġustifikazzjoni

Jekk ikunu japplikaw regoli ta’ kultivazzjoni differenti fi Stati Membri differenti, huwa saħansitra iktar importanti li kull Stat Membru jkollu sistema stretta biex jiżgura li min iħammeġ iħallas għall-effetti jew il-ħsarat mhux maħsubin. Sa issa, il-bdiewa konvenzjonali jew organiċi sikwit mhumiex protetti b’mod adegwat minn kontaminazzjonijiet possibbli bl-OMĠ.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 b (ġdid)

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 b b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

'Artikolu 26 bb

 

'Tikkettar “mingħajr OMĠ”

 

Il-Kummissjoni tipproponi kundizzjonijiet armonizzati li fihom l-operaturi jistgħu jirreferu għal referenzi dwar in-nuqqas ta’ OMĠ fil-prodotti.

Ġustifikazzjoni

Il-linji gwida dwar il-koeżistenza ta’ kultivazzjonijiet tat-13 ta’ Lulju 2010 jindikaw li l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jevitaw l-impatti ekonomiċi marbuta mal-preżenza ta’ OMĠ f’limiti aktar baxxi mil-limitu Komunitarju tal-kampjunar ta’ 0.9 %. Sabiex jiġi evitat tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, il-kondizzjonijiet li fihom l-operaturi jistgħu jirreferu għal referenzi dwar in-nuqqas ta’ OMĠ fil-prodotti għandhom jiġu armonizzati fil-livell Komunitarju.

Emenda  26

Proposta għal regolament - att emendatorju

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ f’[…] jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(1)

ĠU C 54, 19.2.2011, p. 51.

(2)

Għada ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

1 - Kuntest

Id-Direttiva 2001/18 tal-Parlament Ewropew u tl-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament (OMĠ) u r-Regolament KE Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament jiffissaw qafas rigoruż li, sakemm jiġi applikat korrettament, suppost jippermetti l-ilħiq ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa u tal-benessri tal-annimali, tal-ambjent u tal-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura t-tħaddim tajjeb tas-suq intern. Id-Direttiva ma tippermettix l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ sakemm ma tkunx saret valutazzjoni speċifika tar-riskju għall-ambjent, bi qbil mal-prinċipji mħabbra fl-Anness II, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-petizzjonant u speċifikata fl-Anness III. L-Anness II, li jiffissa l-prinċipji applikabbli għall-valutazzjoni tar-riskju għall-ambjent, jesiġi li jitqiesu l-effetti diretti u indiretti, immedjati u li jidhru wara, kif ukoll analiżi tal-effetti miġbura fuq medda twila ta’ żmien marbuta mat-tixrid u t-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ. Dawn l-effetti kumulattivi fit-tul jirreferu għall-effetti akkumulati ta' kunsens fuq saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, inkluż inter alia ħxejjex u annimali, fertilità tal-ħamrija, degradazzjoni tal-ħamrija ta' materjal organiku, il-katina tal-ikel, diversità bijoloġika, saħħa tal-annimali u problemi ta' resiżtenza rigward antibijotiċi.

Id-Direttiva tippreċiża fl-Annessi II u III tagħha l-bżonn li jsiru studji dwar il-kundizzjonijiet tat-tixrid u l-ambjent riċevitur, li jimplika studju fil-fond tal-ambjenti riċevituri li fi ħdanhom tkun qed tiġi prevista l-kultivazzjoni, kif ukoll l-informazzjoni dwar l-interazzjonijiet bejn l-OMĠ u l-ambjent.

L-Annessi III sa VII jesiġu informazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ ipproċessar tal-iskart u ta’ intervenzjoni urġenti, inklużi tekniki ta’ sorveljanza, restrizzjonijiet imposti fuq it-tixrid, l-ipproċessar tal-iskart u, fuq kollox, il-pjanijiet ta’ intervent urġenti li jippermettu t-twaqqif ta’ metodi ta’ dokontaminazzjoni taż-żoni effettwati, l-iżolament tas-siti, il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent f’każ ta’ effetti mhux mixtieqa.

Barra minn hekk, id-Direttiva 2001/18 tippreċiża, fl-Artikolu 19 “Kunsens”, li meta OMĠ ikun kiseb awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq, jista' jintuża mingħajr l-ebda notifika ulterjuri sakemm jiġu rispettati bir-reqqa l-kundizzjonijiet speċifiċi ta' użu u l-ambjent/i u/jew iż-żoni ġeografiċi speċifikati f'dawn il-kundizzjonijiet.

2 – Objettivi tal-proposta tal-Kummissjoni

Din il-proposta għandha tiddaħħal f’kuntest ta’ oppożizzjoni tal-opinjoni pubblika Ewropea fir-rigward tat-tixrid tal-OMĠ u tal-użu tagħhom fil-qasam agrikolu. Skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar il-kwistjoni, li ġie ppubblikat f’Ottubru 2010, 61% tal-Ewropej iqisu li "l-ikel OMĠ jagħmilhom skomdi" u l-istess perċentwali (61%) ma jaqblux mal-idea li l-iżvilupp tal-ikel OMĠ għandu jiġi mħeġġeġ. Huwa biss l-21% li jaqblu (meta mqabbel mal-58% li ma jaqblux) mal-affermazzjoni li “l-ikel OMĠ huwa sikur għall-ġenerazzjonijiet futuri”. Inqas mill-kwart tal-Ewropej (23%) jaqblu mal-idea li “l-ikel OMĠ ma jagħmilx ħsara lill-ambjent"; iktar minn 53% ma jaqblux ma’ din l-affermazzjoni (kwart ‘ma jafux’). Fl-aħħarnett, fl-ebda wieħed mill-pajjiżi ma kien hemm maġġoranza tat-tweġibiet favur l-affermazzjoni li l-kultivazzjoni tal-OMĠ hija tajba għall-ekonomija nazzjonali.

In-nuqqas ta’ fiduċja tal-opinjoni pubblika Ewropea fir-rigward tal-OMĠ agrikoli hija l-ewwel u qabel kollox marbuta man-nuqqas ta’ applikazzjoni serja tad-Direttiva 2001/18. Fil-fatt, l-istudji previsti ma jsirux minn min ikun talab, kemm jekk dawn ikunu studji dwar l-effetti fit-tul, studji bil-quddiem dwar l-ambjenti riċevituri jew kunsiderazzjoni tal-impatti soċjoekonomiċi.

L-esiġenzi tad-Direttiva fil-qasam tal-valutazzjoni tar-riskju mhumiex rispettati, u dawn in-nuqqasijiet b’rabta mal-implimentazzjoni tagħha huma l-kawża tal-oppożizzjoni ta’ bosta Stati Membri għall-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom. Jaqbel li jitfakkaw hawnhekk li l-kultivazzjoni u t-tixrid tal-pjanti transġeniċi fit-territorju hija kwistjoni differenti minn dik tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq u tal-konsum, tal-moviment liberu tal-oġġetti u l-prodotti, li mhumiex ikkonċernati minn dan it-test.

Fil-konklużjonijiet adottati bl-unanimità fl-4 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill talab li jissaħħu l-valutazzjoni ambjentali u l-mekkaniżmu ta’ sorveljanza; innota li l-mandat mogħti lill-EFSA mill-Kummissjoni kien jinkludi valutazzjoni dettaljata tal-effetti fit-tul tal-pjanti ġenetifikament immodifikati fuq l-ambjent, kif ukoll l-estensjoni tal-valutazzjoni dettaljata tar-riskju.

Il-Kunsill, bi qbil mal-leġiżlazzjoni, jitlob b’mod partikolari li jitqiesu l-effetti potenzjali tal-pjanti ġenetikament immodifikati fuq l-ambjenti riċevituri, l-istudju taż-żoni ġeografiċi tal-Unjoni Ewropea li fihom jistgħu jinxterdu dawn il-pjanti ġenetikament immodifikati, l-għażla tat-tekniki li jippermettu l-valutazzjoni tal-effetti potenzjali fit-tul, inklużi l-metodi esperimentali. Il-Kunsill talab ukoll li tingħata definizzjoni iktar stretta tal-kriterji u l-esiġenzi meħtieġa għall-valutazzjoni tal-pjanti ġenetikament immodifikati, bil-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza bejn il-valutazzjonijiet tar-riskju li joħolqu l-pjanti ġenetikament immodifikati li jipproduċu sustanzi attivi msemmija fid-Direttiva 91/414/KE u dawk tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti korrispondenti.

Il-Kunsill esiġa wkoll li ssir u tiġi ppubblikata sorveljanza regolari u approfondita mid-detenturi tal-kunsensi biex jiġu determinati l-effetti mhux mixtieqa potenzjali previsti fid-Direttiva. L-attivitajiet ta’ sorveljanza għandhom jiġu aġġornati, u r-riżultati trażmessi lill-Kummissjoni u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. S’issa però, għadu ma sar l-ebda studju serju ta’ sorveljanza, u s-sistemi ta’ kontroll għadhom ma ġewx stabbiliti.

Il-Kunsill talab ukoll li jiġi ppreżentat rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva, li fost affarijiet oħra jkun jinkludi valutazzjoni tal-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tixrid volontarju u tat-tqegħid fis-suq tal-OMĠ, sabiex ikun jista’ jiġi ppreżentat rapport qabel Ġunju 2010. Fl-aħħarnett, il-Kunsill xtaq li jittejjeb l-operat tal-EFSA.

Dak iż-żmien, kien ġie ppreċiżat li l-Istati Membri jistgħu jsaħħu l-possibilitajiet tagħhom li jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-informazzjoni kumplimentari pprovduta mill-petizzjonant; li netwerk wiesa’ ta’ organiżmi xjentifiċi kellu jiġi stabbilit; li kien indispensabbli li s-sorsi potenzjali ta’ diverġenza bejn l-opinjonijiet xjentifiċi jiġu identifikati u diskussi; li kien indispensabbli li ssir riċerka sistematika u indipendenti dwar ir-riskju, u li r-riċerkaturi indipendenti jkollhom aċċess għad-dokumenti kollha rilevanti. Madankollu, saru ftit li xejn studji indipendenti dwar ir-riskji. Barra minn hekk, filwaqt li nkixfu kunflitti ta' interess ċari, jidher li hemm bżonn ċar ta’ riforma tal-proċeduri ta’ għarfien espert tal-EFSA, riforma li għadha ma saritx.

B’konsegwenza ta’ dan, id-dubji li wrew ċerti Stati Membri jidhru ġustifikati bis-sħiħ minħabba l-inkoerenzi u n-nuqqasijiet fl-applikazzjoni effettiva tad-Direttiva 2001/18, u għalhekk tar-Regolament 1829/2003.

Għalhekk huwa importanti li qabel xejn tinbeda fażi ta’ applikazzjoni effettiva tat-testi eżistenti fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju.

3 – L-elementi ġuridiċi tal-proposta

F’dan il-kuntest, l-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni biex tingħata kompetenza lill-Istati Membri fir-rigward tal-użu tat-territorju tagħhom għal skopijiet ta’ kultivazzjoni ta’ OMĠ għandu objettiv pożittiv. Dan għandu jkun akkumpanjat minn linji gwida ġodda dwar il-valutazzjoni tar-riskji sanitarji u ambjentali, filwaqt li huwa fundamentali li dawn jippermettu applikazzjoni effettiva tar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2001/18 u fl-Anness II tagħha. Din il-proposta għandha wkoll tinqara skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva, li jipprevedi definizzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu, li fir-rigward tagħhom l-Istati Membri għandhom ikunu iktar esiġenti.

L-ewwel nett, it-termini tal-abbozz ta’ regolament ma jistgħux ikunu limitati għal definizzjoni negattiva tar-raġunijiet li jistgħu jissemmew mill-Istati Membri. L-opinjonijiet rispettivi tas-servizzi ġuridiċi tal-Kunsill u tal-Parlament it-tnejn esprimew dubji qawwija dwar il-legalità tal-miżuri nazzjonali li jistgħu jittieħdu mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ raġunijiet kompletament mhux konnessi mal-aspetti ambjentali, bħall-moralità pubblika, l-ordni pubbliku jew l-etika. Barra minn hekk, wasal iż-żmien li jiġi rikonoxxut li l-valutazzjoni tar-riskji ambjentali li ssir fil-livell Komunitarju ma tistax tkun eżawrjenti, minħabba d-diversità tal-ekosistemi Ewropej, u d-diversità tal-impatti diretti jew indiretti possibbli.

Sabiex jiġu rispettati s-suq intern u l-valutazzjonijiet Komunitarji – sakemm ir-riformi indispensabbli jkunu jistgħu jroddu l-kredibilità tal-panil OMĠ tal-EFSA – ir-raġunijiet imsemmija mill-Istati Membri għandhom jibqgħu kumplimentari ma’ dawk valutati mill-EFSA. Iżda r-raġunijiet imsemmija mill-Istati Membri ma jistgħu imbagħad jeskludu raġunijiet ambjentali jew agriambjentali, partikolarment lokali u/jew reġjonali, li ma jkunux issemmew fil-valutazzjoni Komunitarja. Ir-raġunijiet imsemmija mill-Istati Membri bil-fors se jkunu bbażati, mill-inqas parzjalment, fuq data speċifika, kemm jekk tkun tikkonċerna l-impatt ambjentali jew impatti oħra.

Id-distinzjoni li tistabbilixxi l-Kummissjoni fin-nota spjegattiva tagħha bejn, minn banda, valutazzjoni “xjentifika” li għandha ssir fil-livell Komunitarju u, mill-banda l-oħra, raġunijiet kompletament mhux konnessi mad-dibattitu xjentifiku fuq l-impatt ambjentali, hija simplistika u ma tagħtix idea ċara tal-kumplessità tat-terminoloġija bejn valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju. Din id-distinzjoni tinjora wkoll il-fatt li n-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-inċertezzi xjentifiċi, li hija prevista mit-testi, jista’ jipperikola t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni adegwata tar-riskji, u saħansitra l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni. Kemm jekk is-suġġett jikkonċerna l-impatt tal-użu ta’ erbiċida assoċjat ma’ pjanta ġenetikament immodifikata toleranti għal din l-erbiċida, kif ukoll l-impatt tat-tibdil fil-prattiki agrikoli li jġib miegħu l-użu ta’ OMĠ, jew tar-riskju li tinbet reżistenza tal-insetti li jagħmlu l-ħsara lit-tossina Bt f’reġjun partikolari, dawn l-apetti kollha jimplikaw valutazzjoni tad-data speċifika – jew tan-nuqqas ta’ tali data – b’rabta mal-impatt ambjentali.

Dwar il-kwistjoni tal-kontaminazzjoni tal-agrikolatura konvenzjonali jew bijoloġika bl-OMĠ, li qed tissejjaħ ukoll “koeżistenza”, il-Kummissjoni dejjem iġustifikat ir-rifjut tagħha li toħroġ b’leġiżlazzjoni fil-livell Komunitarju minħabba d-diversità tal-prattiki agrikoli, tal-klimi u tal-ġeografija bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom. Din l-istess diversità teżisti għall-ekosistemi u l-ambjenti riċevituri, u tiġġustifika l-applikazzjoni tas-sussidjerjetà għall-kultivazzjoni tal-OMĠ, skont l-istess loġika.

Fl-aħħarnett, sabiex jiġi evitat li tinżamm is-sitwazzjoni attwali ta’ nuqqas ta’ studji, li huma meħtieġa mit-testi, għandu jissaħħaħ il-poter tal-Istati f’każ ta’ nuqqas ta’ elementi rilevanti fir-rigward tal-impatt fuq it-territorju nazzjonali, reġjonali u/jew lokali. Għandhom jiġu rispettati d-drittijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-użu tat-territorju tagħhom, suġġett li jaqa’ taħt is-sussidjarjetà, u li ma jipperikola bl-ebda mod ir-regoli dwar is-suq intern u l-moviment liberu tal-oġġetti u l-prodotti fit-territorju tal-Unjoni.

Il-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, imsemmi kemm fid-Direttiva 2001/18 kif ukoll f’testi Komunitarji oħra, ma jistax jintlaħaq sakemm l-Istati Membri jkunu jistgħu effettivament, u meta jistqiesu l-karatteristiċi tat-territorju tagħhom, il-metodi agrikolturali tagħhom u l-għażla tagħhom rigward il-ġestjoni tal-ispazju, jikkonsultaw l-istudji meħtieġa fir-rigward tal-ambjent riċevitur, minn naħa, u l-kundizzjonijiet tal-pjanijiet ta’ sorveljanza min-naħa l-oħra.

Fl-aħħarnett, il-miżuri adottati mill-Istati Membri għandhom ikunu applikabbli għal OMĠ partikolari jew, jekk ikun il-każ, għal grupp ta’ OMĠ b’karatteristiċi simili, u mhux għall-OMĠ kollha. Għandha tingħata r-raġuni għal dawn il-miżuri. Barra minn hekk, il-kultivazzjoni eventwali tal-OMĠ ma għandhiex iġġib magħha spejjeż żejda għall-bdiewa li jipprattikaw l-agrikoltura konvenzjonali jew bijoloġika. Jaqbel għalhekk li jkun obbligatorju li l-Istati Membri jadottaw miżuri maħsuba biex tiġi evitata l-preżenza ta’ OMĠ fi prodotti oħra; għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kontaminazzjonijiet transkonfinali eventwali.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

15.3.2011

Jo LEINEN,

Il-President

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

BRUSSELL

Suġġett:           Bażi legali tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom

Sinjur President

B'ittra tas-10 ta' Marzu 2011 inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 37(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sabiex jeżamina l-validità tal-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni hawn fuq imsemmija.

Sfond

Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u Tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament(1) u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati(2) jistabbilixxu sistema armonizzata għall-valutazzjoni tar-riskju tal-fatturi ambjentali u tas-saħħa marbutin mal-awtorizzazzjoni tal-OMĠ u jiddelineaw regoli proċedurali dettaljati għall-aworitazzjoni sussegwenti tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Id-Direttiva 2001/18/KE fiha wkoll dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx intenzjonat(3) tal-OMĠ għal skopijiet li ma jkunux it-tqegħid fis-suq(4) (eż. għall-kultivazzjoni). Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fl-essenzjal tagħha hija kif ġej: (i) applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, inkluża valutazzjoni tar-riskji ambjentali u tas-saħħa, tiġi ppreżentata mill-applikant lill-awtorità kompetenti fi Stat Membru; (ii) l-awtorità kompetenti toħroġ rapport ta’ valutazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju. L-Istati Membri l-oħrajn jistgħu jippreżentaw l-objezzjonijiet, f’liema każ il-Kummissjoni tintervjeni fil-proċedura. Jekk ma jkunx hemm objezzjonijiet, l-OMĠ ikun awtorizzat f’livell nazzjonali, filwaqt li fl-aktar każ normali ta’ objezzjonijiet u valutazzjonijiet diverġenti, l-OMĠ ikun awtorizzat mill-Kummissjoni. L-Artikolu 22 tad-Direttiva jiddelinea l-“klawsola tal-moviment liberu” li biha huwa projbit lill-Istati Membri li jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq tal-OMĠ awtorizzati skont it-termini tad-Direttiva. Skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu u/jew il-bejgħ tal-OMĠ għal raġunijiet ta’ saħħa u ambjentali biss fil-każ li tkun disponibbli informazzjoni ġdida wara l-awtorizzazzjoni ta’ OMĠ f’dak li għandu x’jaqsam mar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent. Ir-Regolament Nru 1829/2003 fih dispożizzjonijiet jixtiebha għall-awtorizzazzjoni tal-OMĠ għall-użu fl-ikel u fl-għalf, għall-ikel u l-għalf li jkun fihom jew ikunu jikkonsistu f’OMĠ u ikel u għalf prodott minn jew li jkun fihom ingredjenti prodotti minn OMĠ. F’dan is-sens, ir-Regolament huwa lex specialis meta jiġi għall-awtorizzazzjoni tal-OMĠ marbutin mal-ikel u l-għalf.

Għandu jiġu wkoll innutat li d-Direttiva u r-Regolament jistabbilixxu qafas legali għall-awtorizzazzjoni tal-organiżmi ġenetikament modifikati (OMĠ) li huwa kompletament applikabbli għall-OMĠ li għandhom jintużaw għall-finijiet ta’ kultivazzjoni fl-UE bħala żrieragħ jew material ieħor għat-tnissil tax-xitel. Skont dan is-sett ta' leġiżlazzjoni, l-OMĠ għall-kultivazzjoni għandha ssirilhom valutazzjoni tar-riskju individwali qabel ma jiġu awtorizzati biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. L-għan tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni hu li jiżgura livell għoli ta' ħarsien tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumatur, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern.

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni pproponiet li timmodifika d-Direttiva 2001/18/KE f’dak li għandu x’jaqsam mal-possibilità tal-Istati Membri li jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew ta’ OMĠ partikolari f’partijiet mit-territorji tagħhom, jew fit-territorji kollha. Fl-istess data, il-Kummissjoni pubblikat Komunikazzjoni dwar il-libertà tal-Istati Membri li jiddeċidu dwar il-kultivazzjoni tal-uċuħ ġenetikament modifikati(5) li fiha tfisser ir-raġunijiet wara l-proposta tagħha li ddaħħal approċċ aktar flessibbli skont il-leġiżlazzjoni eżistenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-kultivazzjoni tal-OMĠ.

Fil-Kunsill, Grupp ta’ Ħidma ad hoc maħluq mill-COREPER bl-iskop li jistudja l-proposta identifika għadd ta’ kwestjonijiet u tħassibiet, inkluża l-għażla tal-bażi ġuridika. B’respons, is-Servizz Legali tal-Kunsill ta opinjoni (6) li fiha kkonkluda li l-proposta kif inhi ma hijiex validament ibbażata fuq l-Artikolu 114 TFUE. Il-Kummissjoni b'mod qawwija ma qablitx ma' dik il-konklużjoni(7).

Is-Servizz Legali tal-Parlament eżamina l-kwestjoni fuq talba tiegħek u fl-opinjoni tiegħu tas-17 ta’ Novembru 2010, ikkonkluda dan li ġej: “Is-Servizz Legali ma identifika l-ebda kriterju li bis-saħħa tiegħu jista’ jitqiegħed dubju fuq l-għażla tal-Artikolu 114 TFUE bħala l-bażi ġuridika tal-proposta.”

Ir-rapporteur, Corinne Lepage, tipproponi li jkun hemm bidla fil-bażi ġuridika u li l-Artikolu 114 TFUE jiġi sostitwit bl-Artikolul 192 TFUE (emenda 1)(8). Ir-rapporteur jipproponi wkoll emendi oħra intiżi li jimmodifikaw il-proposta tal-Kummissjoni b’mod li jkun ġustifikat rikors għall-Artikolu 192 TFUE.

I. Il-bażi ġuridika inkwestjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hija msejsa fuq l-Artikolu 114 TFUE, li jgħid kif ġej:

“Artikolu 114

(ex Artikolu 95 TKE)

1. Ħlief fejn provdut xort'oħra fit-Trattati, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 26. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.

2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal dispożizzjonijiet fiskali, għal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-moviment liberu ta' persuni u lanqas għal dawk li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet u l-interessi tal-impjegati.

3. Il-Kummissjoni, fil-proposti tagħha kif maħsuba fil-paragrafu 1 li jikkonċerna s-saħħa, s-sigurtà, il-ħarsien tal-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur, għandha tieħu bħala bażi protezzjoni fl-għola livell, waqt li tieħu kont partikolarment ta' kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ukoll ifittxu li jilħqu dan l-objettiv.

4. Jekk, wara l-adozzjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq il-bażi ta' neċessitajiet maġġuri msemmija fl-Artikolu 36, jew li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll dwar ir-raġuni għaliex għandhom jinżammu.

5. Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jekk, wara l-adozzjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali ibbażati fuq prova xjentifika ġdida li għandha x’taqsam mal-ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol fuq il-bażi ta' xi problema speċifika għal dak l-Istat Membru li toriġina mill-adozzjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jkollu l-ħsieb jintroduċi kif ukoll bil-bażi għall-introduzzjoni tagħhom.

6. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur min-notifika msemmija fil-paragrafi 4 u 5, tapprova jew tiċħad id-disposizzjonijiet nazzjonali involuti, wara li tkun ivverifikat jekk humiex jew le mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew ta’ restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u jekk joħolqux jew le ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu, id-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom ikunu meqjusa bħala li kienu approvati.

Meta tkun iġġustifikata mill-komplessità tal-materja u meta m'hemmx periklu għas-saħħa umana, il-Kummissjoni tista' tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li l-perjodu msemmi f’dan il-paragrafu jista' jittawwal b’perjodu ieħor sa sitt xhur.

7. Meta, bis-saħħa tal-paragrafu 6, xi Stat Membru jkun awtoriżżat li jżomm jew jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw minn miżura ta' armonizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha immedjetament teżamina jekk tipproponix adattament għal dik il-miżura.

8. Meta Stat Membru jqajjem problema speċifika dwar is-saħħa pubblika f’qasam li kien suġġett minn qabel għal miżuri ta' armonizzazzjoni, dan għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni li għandha immedjatament teżamina jekk tipproponix miżuri xierqa lill-Kunsill.

9. B'deroga mill-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 258 u 259, il-Kummissjoni u xi Stat Membru jista' jressaq il-materja direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jekk jikkunsidraw li xi Stat Membru ieħor ikun qiegħed jgħamel użu mhux xieraq tal-poteri previsti f’dan l-Artikolu.

10. Il-miżuri ta' armonizzazzjoni msemmija hawn fuq għandhom, fil-każi xierqa, jinkludu klawsola ta' salvagwardja li tawtoriżża lill-Istati Membri li jieħdu għal raġuni waħda jew aktar li m'hijiex ta' natura ekonomika imsemmija fl-Artikolu 36, miżuri provviżorji suġġetti għall-proċedura tal-kontroll mill-Unjoni."

Ir-rapporteur tipproponi li tibdel din il-bażi ġuridika għal Artikolu 192 TFUE, li jgħid kif ġej:

“Artikolu 192

(ex Artikolu 175 TKE)

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jiddeċiedu liema azzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni sabiex twettaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 191(9)*.

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jiddeċiedu liema azzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni sabiex twettaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 191.

(a) dispożizzjonijiet essenzjalment ta' natura fiskali;

(b) miżuri li jaffettwaw:

l-ippjanar tal-art;

— l-immaniġġjar kwantitattiv tar-riżorsi tal-ilma, jew dak kollu li jaffettwa, direttament jew indirettament, id-disponibbiltà ta' dawn ir-riżorsi;

— l-użu tal-art, bl-eċċezzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart

(c) miżuri li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-għażla ta' Stat Membru bejn fonti differenti ta' enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, jista' jagħmel il-proċedura leġislattiva ordinarja applikabbli għall-oqsma previsti fl-ewwel subparagrafu.

3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jadottaw programmi ta' azzjoni ġenerali li jistabbilixxu objettivi prijoritarji li għandhom jitwettqu.

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi għandhom jiġu adottati skont il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 jew 2, skont il-każ.

4. Mingħajr preġudizzju għal ċerti miżuri adottati mill-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw u jimplimentaw il-politika dwar l-ambjent.

5. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li min iniġġes iħallas, jekk miżura li tkun ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 tirrekjedi spejjeż li jitqiesu sproporzjonati għall-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru, din il-miżura għandha tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet approprijati fl-għamla ta’:

— derogi temporanji u/jew

— appoġġ finanzjarju mill-Fond ta' Koeżjoni stabbilit skont l-Artikolu 177. "

II. L-għażla ta’ bażi legali min-naħa tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għażlet l-Artikolu 114 TFUE. Il-proposta temenda d-Direttiva 2011/18/KE, adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 95 TKE (issa 114 TFUE), billi ddaħħal Artikolu 26b ġdid li jista' jagħti lill-Istati Membri bażi ġuridika għall-adozzjoni ta’ miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew ta’ OMĠ partikolari li jkunu ġew awtorizzati skont il-Parti Ċ tad-Direttiva jew Regolament Nru 1829/2003 fit-territorju kollha tagħhom jew partijiet minnu, soġġett għall-ottemperanza ma’ ċerti kondizzjonijiet.

'Artikolu 26bKultivazzjoni

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew OMĠ partikolari awtorizzati skont il-Parti C ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u li jkunu varjetajiet modifikati ġenetikament imqiegħda fis-suq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar it-tqegħid fis-suq ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti, fit-territorju kollu tagħhom jew parti minnu, bil-kundizzjoni li:

(a)         dawk il-miżuri jkunu bbażati fuq raġunijiet li mhux dawk marbuta mal-valutazzjoni tal-effett negattiv fuq is-saħħa u l-ambjent li jista' jkun ikkawżat mir-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta' OMĠ;

kif ukoll,

(b)         il-miżuri jkunu konformi mat-Trattati.

B'deroga mid-Direttiva 98/34/KE, l-Istati Membri li biħsiebhom jadottaw miżuri motivati skont dan l-Artikolu, għandhom jikkomunikawhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni xahar qabel l-adozzjoni tagħhom, għal skopijiet ta' informazzjoni.”

Fil-premessa 5 tal-proposta jingħad li “L-esperjenza wriet li l-kultivazzjoni tal-OMĠ hi kwistjoni li tiġi indirizzata b’mod aktar sistematiku mill-Istati Membri, f’livell ċentrali, reġjonali jew lokali. Għall-kuntrarju tal-kwistjonijiet relatati mat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-OMĠ, li għandhom jibqgħu regolati fil-livell tal-UE biex jitħares is-suq intern, il-kultivazzjoni tal-OMĠ ġiet rikonoxxuta bħala kwistjoni b'dimensjoni lokali/reġjonali qawwija Skont l-Artikolu 2(2) tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu intitolati li jkollhom il-possibbiltà li jadottaw regoli li jikkonċernaw il-kultivazzjoni effettiva tal-OMĠ fit-territorju tagħhom wara li l-OMĠ jkun legalment awtorizzat li jitqiegħed fis-suq tal-UE.” Il-premessa 6 tal-proposta tispeċifika kif ġej: “F'dan il-kuntest, jidher xieraq li lill-Istati Membri tingħatalhom, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, aktar libertà li jiddeċiedu jekk jixtiqux jikkultivaw uċuħ tar-raba' OMĠ fit-territorju tagħhom jew le mingħajr ma jibdlu s-sistema tal-awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni tal-OMĠ u independentement mill-miżuri li l-Istati Membri huma intitolati li jieħdu bl-applikazzjoni tal-Artikolu 26a tad-Direttiva 2001/18/KE biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta' OMĠ fi prodotti oħra.” Fil-premessa 7 tal-proposta jingħad ukoll li: “Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew OMĠ partikolari fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu, u rispettivament jemendaw dawk il-miżuri li huma jidhrilhom li huma xierqa, fl-istadji kollha tal-awtorizzazzjoni, tal-awtorizzazzjoni mill-ġdid jew tal-irtirar mis-suq tal-OMĠ ikkonċernati. Dan għandu japplika wkoll għall-varjetajiet modifikati ġenetikament ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti li jitqiegħdu fis-suq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti u, b’mod partikolari, skont id-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE. Il-miżuri għandhom jirreferu għall-kultivazzjoni tal-OMĠ biss u mhux għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u l-importazzjoni ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti modifikati ġenetikament, bħala prodotti jew fi prodotti oħrajn, u l-prodotti tal-ħsad tagħhom. Bl-istess mod, dawn ma għandhomx jaffettwaw il-kultivazzjoni ta' varjetajiet mhux ġenetikament modifikati ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti li fihom jinstabu traċċi aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta' OMĠ awtorizzati tal-UE.” Il-premess tgħid hekk: “Fuq il-bażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-iskop ta' dan ir-Regolament mhuwiex li jarmonizza l-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni fl-Istati Membri iżda li jagħti l-libertà lill-Istati Membri li jużaw raġunijiet oħra għajr il-valutazzjoni xjentifika tar-riskji lis-saħħa u l-ambjent biex jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OMĠ fit-territorju tagħhom. (...)"

L-Artikolu 29b japplika kemm għall-OMĠ awtorizzati skont id-Direttiva 2001/18/KE kemm skont ir-Regolament Nru 1829/2003.

III. L-approċċ tal-Qorti tal-Ġustizzja: l-iskop u l-kontenut tal-miżuri proposti

Ċerti prinċipju joħorġu mill-każistika tal-Qorti. L-ewwel nett, invista tal-konsegwenzi tal-bażi ġuridika f’termini ta’ kompetenza inmeritu u l-proċedura, il-għażla tal-bażi ġuridika korretta hija ta’ importanza kostituzzjonali(10).

L-għażla tal-bażi ġuridika għal att ma tiddependix mill-konvinzjoni tal-istituzzjoni li tkun dwar l-objettivi persegwit imma għandha “tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi li jista' jkollhom reviżjoni ġudizzjarja”, bħalma huma l-iskop u l-kontenut tal-miżura(11), bħalma huma l-iskop u l-kontenut tal-miżura(12).

IV. Analiżi

Artikolu 114 TFUE: il-bażi legali oriġinarja

L-Artikolu 114 TFUE jippreskrivi permezz tal-proċedura ordinarja “li għandhom bħala l-objettiv tagħhom l-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern”. Dan l-artikolu għandu jinqara fil-kuntest tal-Artikolul 26 TFUE, li jistabbilixxi l-moviment liberu tal-beni bħala prinċipju fundamentali tat-twaqqif tas-suq intern. Barra minn hekk, l-Artikolu 114(3) għandu jiġu rimarkat li jistabbilixxi “livell għoli ta’ protezzjoni” f’miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà, l-ambjent u l-konsumatur. Il-paragrafi (4) sa (9) jippermettu lill-Istati Membri jieħdu miżuri nazzjonali ħalli jintroduċu projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ġustifikati fuq l-importazzjonijiet, esportazzjoni jew beni intranżitu, skont it-termini tal-Artikou 36 TFUE, wara li tkun ġiet adottata miżura ta' armonizzazzjoni. Il-paragrafi (4) sa (9) għalhekk jirrappreżentaw kwalifika sinifikattiva tal-iskop globali tal-artikolu fit-trawwim tat-twaqqif u l-funzjonament tas-suq intern.

L-iskop u l-kontenut tal-miżuri huma li tingħata l-libertà lill-Istati Membri li jinvokaw kriterji oħra li ma jkunux il-valutazzjoni xjentifika tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-kultivazzjoni tal-OMĠ fuq it-territorju tagħhom. Għal dan il-fini, l-Artikolu 26b il-ġdid jippermetti lilll-Istati Membri jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ (i) awtorizzati skont il-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE jew tar-Regolament Nru 1829/2003, u li jkunu varjetajiet modifikati ġenetikament imqiegħda fis-suq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti, (ii) bil-kundizzjoni li: "(a) dawk il-miżuri jkunu bbażati fuq raġunijiet li mhux dawk marbuta mal-valutazzjoni tal-effett negattiv fuq is-saħħa u l-ambjent li jista' jkun ikkawżat mir-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta' OMĠ; u, (b) il-miżuri jkunu konformi mat-Trattati.” Il-proposta għalhekk tittanta jikkjarifika l-qafas legali eżistenti billi tagħti b’mod espliċitu lill-Istati Membri l-ispazju għal manuvrar fil-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni tal-kultivazzjoni tal-OMĠ fil-każijiet kollha li ma ġewx armonizzati, jiġifieri li ma jkunux marbutin mal-valutazzjoni tal-effett avvers fuq is-saħħa jew l-ambjent.bjent. Jidher li l-proposta fil-fatt ma jippersegwi l-ebda objettiv għajr dak li ddaħħal ċerta "flessibilità" fis-sistema ċentralizzata ġa eżistenti ta' awtorizzazzjoni tal-OMĠ. Għal din ir-raġuni, il-bażi ġuridika magħżula mill-Kummissjoni hija korretta.

Din il-konklużjoni ma hijiex influwenzata mill-fatt li l-valur miżjud tal-proposta tal-Kummissjoni donnha kwestjonabbli billi l-implikazzjoni prattika tal-Artikolu 26b tista’ tidher biss bħala limitata. F’dan il-kuntest, ir-riferiment għat-Trattati fil-punt (b) ta’ dak l-artikolu hija interessanti. Filwaqt li tingħata l-ġenb il-kwestjoni ovvja tal-konformità mat-Trattati min-naħa ta’ miżuri adottati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri, id-dispożizzjoni donnha tirreferi b’mod impliċitu għall-paragrafi (4) sa (9) tal-Artikolu 114 TFUE u l-Artikolu 36 TFUE. Analiżi dettaljata tal-kriterji għar-restrizzjoni jew il-projbizzjoni tal-kultivazzjoni tal-OMĠ saret mis-Servizz Legali tal-Parlametn fl-opinjoni tiegħu (paragrafi 13-23). Biżżejjed jingħad li l-possibilitajiet għall-Istati Membri li jieħdu miżuri restrittivi abbażi ta' "kriterji oħrajn" donnhom f'dan il-każ limitati.

Għad illi dan donnu ma huwiex każ ġenwin ta’ abbandun tal-kompetenza tal-Unjoni, l-Artikolu 114 TFUE xorta donnu bażi ġuridika xierqa wkoll fil-każ li l-proposta kellha titqies bħala miżura ta’ “de-armonizzazzjoni”(13). B’mod partikolari l-argument li d-“de-armonizzazzjoni” abbażi tal-Artikolu 114 TFUE hija permessa biss jekk l-iskop tal-emenda li jimmira lejn tali “de-armonizzazzjoni” huwa li jkun hemm titjib tal-funzjonament tas-suq intern, huwa diffiċli li jintlaqa’. L-Artikolu 114 TFUE jagħti lil-leġiżlatur tal-Unjoni l-kompetenza li jistabbilixxi miżuri armonizzanti li jippermettu l-funzjonament lixx tas-suq intern u b'konsegwenza ta' hekk l-adattament ta' miżuri ġa meħudin għaċ-ċirkostanzi li jinbidlu, jew biż-żieda jew bit-tnaqqis tal-grad ta' armonizzazzjoni ġa miksub, jew ukoll bit-tneħħija tal-miżura armonizzanti. L-Artikolu 114 TFUE għandu jinqara fid-dawl tal-Artikolu 2(2) TFUE, li espressament jgħdi dan li ġej: “Skont l-Artikolu 2(2) tat-TFUE, meta t-Trattati jagħtu lill-Unjoni kompetenza kondiviża mal-Istati Membri f'qasam speċifiku, l-Unjoni u l-Istati Membri jistgħu jilleġiżlaw u jadottaw atti legalment vinkolanti f'dak il-qasam. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom fil-każ li l-Unjoni ma tkunx eżerċitat tagħha. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom fil-każ li l-Unjoni ma tkunx eżerċitat tagħha.” L-Avukat Ġenerali Poiares Maduro ġa qal fl-opinjoni tiegħu fil-każ Vodafone li l-"Artikolu 95 jista’, fil-fatt, jagħti l-bażi għal intensifikazzjoni tar-regolamentazzjoni oltre għall-miżuri deregolatorji(14) u l-Qorti rriteniet, fl-istess każ: “Fejn att ibbażat fuq l-Artikolu 95 KE ikun ġa neħħa kull xkiel għall-kummerċ f’qasam li jkun jarmonizza, il-leġiżlatur tal-Komunità ma jistax ikun imċaħħad mill-possibilità li jadatta dak l-att għal kull bida fiċ-ċirkostanzi jew żvilupp tal-għarfien billi jitqies il-kompitu tiegħu tas-salvagwardja tal-interessi ġenerali rikonoxxuti mit-Trattat”(15).

L-Artikolu 192 TFUE bħala l-bażi ġuridika

Ir-rapporteur tal-ENVI jissuġġerixxi l-Artikolu 192 TFUE bħala l-bażi ġuridika xierqa abbażi ta’ li ġej: “Il-kunsiderazzjoni min-naħa tal-Istati Membri ta’ fatturi li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-fawna u tal-flora, l-użu tal-art jew il-ġestjoni tat-territorju, li dwarhom għad għandhom kompetenzi importanti, tiġġustifika li dan ir-Regolament ikun ibbażat fuq l-Artikolu 192 tat-Trattat.”

L-Artikolu 192(1) TFUE jippermetti li jittieħdu provvedimenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja ħalli ssir il-politika tal-Unjoni skont it-termini tal-Artikolu 191 dwar, inter alia, il-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u l-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. L-Artikolu 192(2) jippermetti li jittieħdu l-provvedimenti skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali li jikkonċernaw, inter alia, il-provvedimenti li jaffettwaw il-ġestjoni kwantitattiva tar-riżorsi idriċi u l-użu tat-territorju. L-emenda ma tispeċifikax liema paragrafu tal-Artikolu 192 għandu jitqies xieraq.

Fit-termini tal-proposta jidher li l-Artikolu 192(1) jista’ jitqies aktar relevanti: 1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jiddeċiedu liema azzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni sabiex twettaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 191.” Kif ingħad aktar ’il fuq, l-iskop u l-kontenut tal-miżuri huma li tingħata l-libertà lill-Istati Membri li jinvokaw kriterji oħra li ma jkunux il-valutazzjoni xjentifika tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-kultivazzjoni tal-OMĠ fuq it-territorju tagħhom. Għalhekk huwa ċar li l-proposta ma tittantax tikseb xi wieħed mill-finijiet li għalihom hemm riferimenti fl-Artikolu 191 TFUE. Bil-kontra, l-iskop tal-proposta huwa li jkun permess lill-Istati Membri jinvokaw raġunijiet li jmorru oltre l-kunsiderazzjonijiet marbutin mal-protezzjoni tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem ħalli tiġi ristretta jew projbita l-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom. B’hekk, filwaqt li wieħed iħares lejn il-proposta oriġinarja tal-Kummissjoni, għandu jiġi konkluż li ma tiġġustifikax l-użu tal-Artikolu 192 tat-TFUE bħala l-bażi legali tagħha.

B’danakollu r-rapporteur intavola għadd ta’ emendi li għall-adozzjoni tagħhom jidher li tkun neċessarju bidla fil-bażi legali. Mingħajr il-ħtieġa li ssir analiżi dettaljata tal-abbozz tar-rapport, għandha tingħata attenzjoni b’mod partikolari għall-amenda 8, li tgħid kif ġej:

Emenda  8

Proposta għal regolament – att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fid-Direttiva 2001/18/KE, għandu jiżdied l-Artikolu li ġej b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament:

1) Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 26b

“Artikolu 26b

Kultivazzjoni

Kultivazzjoni

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew OMĠ partikolari awtorizzati skont il-Parti C ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u li jkunu varjetajiet modifikati ġenetikament imqiegħda fis-suq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar it-tqegħid fis-suq ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti, fit-territorju kollu tagħhom jew parti minnu, bil-kundizzjoni li:

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew OMĠ partikolari awtorizzati skont il-Parti C ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u li jkunu varjetajiet modifikati ġenetikament imqiegħda fis-suq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti, fit-territorju kollu tagħhom jew parti minnu, bil-kundizzjoni li:

a) dawk il-miżuri jkunu bbażati fuq raġunijiet li mhux dawk marbuta mal-valutazzjoni tal-effett negattiv fuq is-saħħa u l-ambjent li jista' jkun ikkawżat mir-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta' OMĠ;

a) dawk il-miżuri jkunu bbażati fuq

 

i) raġunijiet li jirrigwardaw l-impatti ambjentali li jista’ jkun ikkawżat mir-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ, u li jikkumplimentaw l-impatti ambjentali li ġew eżaminati matul il-valutazzjoni tal-impatti negattivi fuq l-ambjent imwettqa skont il-Parti C ta’ din id-Direttiva; jew

 

ii) l-assenza jew in-nuqqas ta’ data dwar l-impatti negattivi potenzjali tar-rilaxx ta’ OMĠ fuq it-territorju jew il-bijodiversità tal-Istat Membru; jew

 

iii) raġunijiet oħra li jistgħu jinkludu, inter alia, il-bidliet fil-prattiki agrikoli, l-użu tal-art, l-ippjanar urban u rurali, l-impatti soċjoekonomiċi, jew fatturi leġittimi oħra;

u

u

b) il-miżuri jkunu konformi mat-Trattati.

b) il-miżuri jkunu konformi mat-Trattati.

B'deroga mid-Direttiva 98/34/KE, l-Istati Membri li biħsiebhom jadottaw miżuri motivati skont dan l-Artikolu, għandhom jikkomunikawhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni xahar qabel l-adozzjoni tagħhom, għal skopijiet ta' informazzjoni."

B'deroga mid-Direttiva 98/34/KE, l-Istati Membri li biħsiebhom jadottaw miżuri motivati skont dan l-Artikolu, għandhom jikkomunikawhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni xahar qabel l-adozzjoni tagħhom, għal skopijiet ta' informazzjoni."

By way of justification for this amendment the rapporteur writes: "The risk assessment conducted at Community level cannot be exhaustive. In addition, the absence or lack of data relating to the potential negative impacts of GMOs on specific national ecosystems or receiving environments should be a sufficient reason to allow Member States to ban the cultivation of the GMO(s) concerned. It should also be possible for Member States to invoke other factors which may or may not be linked to environmental impacts."

In view of the fact that this amendment substantially enlarges the grounds on which Member States could restrict or prohibit cultivation of GMOs so as actually to include environmental grounds, the amendment has to be seen as modifying the purpose of the proposal. Indeed, all the amendments proposed by the rapporteur aim to give Member States very specific grounds and possiblities to restrict the cultivation of GMOs. Moreover, they refer to conditions relating to environment and its preservation and protection, such as the potential negative impact on the ecosystem, changes in land use, fauna and flora protection, etc. Today, Member States which do not want to allow cultivation of GMOs on their territory try to invoke ethical arguments, which are however difficult to defend before the Court of Justice(16). As the Parliament Legal Service mentioned in its legal opinion, the amendment of the Directive as proposed by the Commission (i.e. the new Article 26b) will essentially not bring about any change in the current system of authorisations for the cultivation of GMOs. Taking into account the fact that arguments against the cultivation of GMOs are notably based on grounds related to environment, the correct legal basis for the proposal as amended by the rapporteur would have to be Article 192(1) TFEU. It should also be pointed out that measures concerning the release of GMOs into the Union environment on grounds relating to internal market seem inappropriate. In the first place, GMOs cannot be considered in the same way as any other product since they are living organisms which are able to reproduce and multiply and, secondly, they have an impact on production systems and ecosystems, which are extremely diversified across the Union.

Conclusion:

Meta jitqies il-pakkett ta’ emendi intavolat mir-rapporteur għall-proposta, huwa meqjus li l-Artikolu 192(1) TFUE huwa l-bażi ġuridika korretta.

Fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta’ Marzu 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali b’konsegwenza ta’ dan kollu ddeċieda b’9 voti favur u 8 kontra(17) , li jirrakkomanda li l-proposta tkun imsejsa fuq l-Artikolu 192(1) TFUE.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner LEHNE

(1)

ĠU L 106 tas-17.4.2001, p. 1.

(2)

ĠU L 268 tas-18.10.2003, p. 1.

(3)

Rilaxx intenzjonat” huwa definit fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva, li jgħid hekk: "‘rilaxx intenzjonat’ tfisser kwalunkwe introduzzjoni intenzjonata fl-ambjent ta' GMO jew tagħqid ta' GMOs li għalihom ma jintużawx miżuri ta' ħażna biex jillimitaw il-kuntatt tagħhom ma u tipprovdi livell għoli ta' sigurtà għall-popolazzjoni in ġenerali u l-ambjent".

(4)

“‘tqegħid fis-suq’ - tagħmel disponibbli lil terzi, kemm b’pagament kemm mingħajr pagament;

L-operazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala tqegħid fis-suq:

tagħmel disponibbli mikro-organiżmi modifikati ġenetikament għal attivitajiet regolati skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/219/KEE tat-23 ta' April 1990 dwar l-użu limitat ta' mikro-organiżmi modifikati ġenetikament [9] inklużi kollezzjonijiet ta' koltura,

— tagħmel disponibbli GMOs barra mikro-organiżmi riferiti fl-ewwel inċiż, biex jiġu użati esklussivament għal attivitajiet fejn jintużaw miżuri xierqa u stretti ta' ħażna biex tillimita l-kuntatt tagħhom ma' u tipprovdi livell għoli ta' sigurtà għall-popolazzjoni in ġenerali u l-ambjent, il-miżuri għandhom jintużaw fuq l-istess prinċipji ta' ħażna kif stabbilit f 90/219/KEE,

— tagħmel disponibbli GMOs biex jiġu użati esklussivament għal rilaxx intenzjonat u tosserva rekwiżiti stabbiliti f' parti B ta' din id-Direttiva”.

(5)

COM(2010)0380.

(6)

Fil-prinċipju fuq bażi marbuta mad-“de-armonizzazzjoni”; ara Dok. tal-Kunsill 15696/10.

(7)

Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tad-19.11.2010 dwar il-konsiderazzjoni tal-kwestjonijiet ġuridiċi fil-kultivazzjoni tal-OĠM (SEC(2010) 1454 finali).

(8)

PR\855067EN.doc

(9)

* Dawn l-objettivi jinkludu: "(-) il-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, (-) il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, (-) l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali, (-) il-promozzjoni ta’ miżuri fuq livell internazzjonali sabiex jiġu ttrattati problemi ambjentali reġjonali jew dinjin, u b’mod partikolari l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.

(10)

Opinjoni 2/00 Carthagena Protocol [2001] E.C.R. I-9713, par. 5; Il-Kawża C-370/07 Il-Kummissjoni v il-Kunsill [2009] ECR I-8917, paragrafi 46 u -49. Opinjoni 1/08, General Agreement on Trade Services [2009], ECR I-11129, para. 110.

(11)

Kawża 45/86 Kummissjoni vs Kunsill [1987] E.C.R. 1493, par. 11.

(12)

Kawża C-300/89 Kummissjoni vs Kunsill [1991] E.C.R. I-2867, par. 10.

(13)

Kif meqjus mis-Servizz Legali tal-Kunsill fl-opinjoni tiegħu li fiha jiġu kkontestat l-Artikolu 114 TFUE bħala bażi ġuridika valida. Ara l-veduta differenti tas-Servizz Legali tal-Parlament fil-para. 12 tal-opinjoni tiegħu.

(14)

Opinjoni fil-Kawża C-58/08 Vodafone and Others [2010], għadha ma ġietx rapportata, para. 9.

(15)

Opinjoni fil-Kawża C-58/08 Vodafone and Others [2010], għadha ma ġietx rapportata, para. 34.

(16)

C-165/08 Commission v. Republic of Poland [2009] ECR I-6843.

(17)

Il-persuni li ġejjin kienu preżenti għall-vot finali: Klaus-Heiner Lehne (President), Luigi Berlinguer (Viċi President), Evelyn Regner (Viċi President), Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (Rapporteur), Tadeusz Zwiefka, Françoise Castex, Antonio Masip Hidalgo, Bernhard Rapkay, Alexandra Thein, Diana Wallis, Cecilia Wikström, Jiří Maštálka, Kurt Lechner, Angelika Niebler, Jan Philipp Albrecht, Eva Lichtenberger, Sajjad Karim.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom

(COM(2010)0375 – C7-0178/2010 – 2010/0208(COD))

Rapporteur: George Lyon

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kuntest tal-Proposta

Ir-rapporteur jixtieq ifakkar xi fatti u ċifri dwar il-kultivazzjoni tal-OMĠ bħala bażi għad-diskussjoni:

- bħalissa huma awtorizzati 2 uċuħ ta' OMĠ għall-kultivazzjoni fl-UE; il-qamħirrun MON810 u l-patata Amflora

- 17-il OMĠ qed jistennew l-awtorizzazzjoni għall-kultivazzjoni fl-UE

- Fl-2009 ġew ikkultivati total ta' 94 800 ettaru ta' qamħirrum MON810 f'5 Stati Membri (Spanja, ir-Repubblika Ċeka, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovakkja), li 80% minnhom kienu fi Spanja (meta mqabbla ma' 107 000 ettaru fl-2008, qabel ma l-Ġermanja waqqfet il-kultivazzjoni).

Il-patata Amflora bħalissa hija kkultivata fi 3 Stati Membri: l-Isvezja, il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka.

Fl-2009, 14-il miljun bidwi madwar id-dinja żergħu 134 miljun ettaru ta' OMĠ(1), b'64 miljun ettaru miżrugħa fl-Istati Uniti, 'il fuq minn 21 miljun ettaru fil-Brażil u fl-Arġentina rispettivament, u 'l fuq minn 8 miljun ettaru f'pajjiżi bħall-Kanada u l-Indja.

Dawn iċ-ċifri juru l-imblokk attwali fit-teħid tad-deċiżjonijiet rigward l-OMĠ fl-UE u n-nuqqas ta' tweġibiet għat-tħassib ġenwin espress mill-bdiewa u mill-konsumaturi.

Approċċ ibbażat fuq ix-xjenza għat-teknoloġija l-ġdida

Ir-rapporteur jemmen li l-aqwa pariri xjentifiċi u approċċ ibbażat fuq ir-riskji għandhom ikunu prinċipji mill-aktar importanti fid-determinazzjoni tas-sikurezza tat-teknoloġiji l-ġodda. Mingħajr il-pedament tal-pariri xjentifiċi biex jiġu ankrati d-deċiżjonijiet dwar is-sikurezza tal-metodi u l-prattiki ġodda, is-soċjetà tkun f'riskju li d-deċiżjonijiet jittieħdu fuq il-bażi ta' dak li hu popolari minflok dak li hu sikur. Elementi oħrajn bħall-preokkupazzjonijiet soċjoekonomiċi jew il-kunsiderazzjonijiet etiċi ma jistgħux jissostitwixxu deċiżjonijiet dwar is-sikurezza bbażati fuq ix-xjenza. Ir-rapporteur jirrikonoxxi li l-proposta tal-Kummissjoni kif inhi bħalissa ma ddgħajjifx il-proċedura xjentifika komuni għall-awtorizzazzjoni tal-OMĠ fl-Ewropa.

L-iskop tal-proposta

Skont il-Kummissjoni, b'mod parallel mal-qafas ġuridiku komprensiv għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti li huma magħmula minn OMĠ jew li huma derivati minnhom, il-proposta għandha l-għan li "tiffaċilita t-teħid ta' deċiżjonijiet", "tqis il-fatturi rilevanti kollha" u "[tagħti] lill-Istati Membri biżżejjed flessibbiltà biex jiddeċiedu dwar il-kultivazzjoni tal-OMĠ wara li dawn ikunu ġew awtorizzati fil-livell tal-UE". Filwaqt li tqajjem tħassib serju mis-servizzi legali tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew rispettivament dwar iċ-ċertezza legali, theddid possibbli għas-Suq Uniku u inkompatibilitajiet mar-regoli tad-WTO, ir-rapporteur wasal għall-konklużjoni, wara li wiżen l-argumenti kollha, li b'mod globali l-proposta tista' tilħaq l-objettivi tal-Kummissjoni u tipprovdi xi opportunitajiet għal progress biex jispiċċa l-imblokk fit-teħid ta' deċiżjonijiet rigward l-OMĠ fl-UE.

Pożizzjoni

L-approċċ ġenerali meħud mir-rapporteur huwa li tissaħħaħ il-proposta tal-Kummissjoni bħala reazzjoni għat-tħassib dwar is-Suq Intern u l-konformità mar-regoli tad-WTO.

Ir-rapporteur daħħal ukoll rekwiżit li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità u tal-libertà tal-għażla għall-konsumaturi u għall-bdiewa. Għamel ħiltu wkoll biex jagħti protezzjoni akbar lil dawk il-bdiewa li jixtiequ jikkultivaw mingħajr OMĠ u ċertezza legali akbar lill-Istati Membri li jużaw din il-flessibilità.

Ir-rapporteur jemmen li l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jadottaw approċċ li jqis kull każ għalih meta jiddeċiedu li jużaw dan il-poter ġdid biex jiġi żgurat li r-restrizzjonijiet ikunu speċifiċi għall-uċuħ. Dan jirrikonoxxi l-fatt li OMĠ differenti jinvolvu kemm riskji kif ukoll benefiċċji għar-reġjuni differenti, u għalhekk għandhom jiġu vvalutati individwalment biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità.

Biex tiġi rispettata l-libertà tal-għażla, kif rikonoxxuta fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2008 u fl-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tad-9 ta' Diċembru 2010 (NAT 480 - CESE 1623/2010), huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu qed iħaddmu regoli sodi ta' koeżistenza fit-territorju tagħhom. Dan jirrikjedi emenda għall-Artikolu 26a tad-Direttiva 2001/18/KE biex dawk li ma jikkultivawx OMĠ kif ukoll il-konsumaturi li jixtiequ jikkultivaw u jixtru prodotti mingħajr OMĠ ikollhom moħħhom mistrieħ li d-dritt tagħhom li jagħmlu dan jiġi rrispettat. Ir-rapporteur jemmen ukoll li l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-flessibilità mogħtija skont l-Artikolu 26a u mir-Rakkomandazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni dwar linji gwida għall-koeżistenza qabel ma jadottaw aktar miżuri restrittivi skont l-Artikolu 26b propost.

B'mod parallel mal-miżuri ta' koeżistenza, u biex dawk li ma jikkultivawx OMĠ jiġu mħarsa minn telf ekonomiku minħabba l-preżenza aċċidentali ta' OMĠ fir-raba' u fiż-żerriegħa tagħhom, ir-rapporteur jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tfassal proposta dwar il-limiti minimi tekniċi għat-tikkettar ta' traċċi ta' OMĠ f'żerriegħa konvenzjonali fl-iktar livelli prattikabbli, proporzjonati u funzjonali baxxi għall-operaturi ekonomiċi kollha, kif mitlub mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2008.

Fl-aħħar nett, filwaqt li jiġi żgurat li l-miżuri restrittivi jkunu proporzjonati u li jittieħdu l-miżuri prattiċi kollha meħtieġa biex tiġi rrispettata l-libertà tal-għażla għall-bdiewa u għall-konsumaturi, ir-rapporteur jipproponi li tissaħħaħ iċ-ċertezza legali għall-bdiewa fil-kuntest ta' din il-proposta. Biex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw u jimplimentaw ir-restrizzjonijiet li jippjanaw li jdaħħlu permezz tal-użu skont l-Artikolu 26b tad-Direttiva 2001/18/KE mill-inqas tliet xhur qabel il-bidu tal-istaġun tat-tkabbir, biex il-bdiewa jkunu jistgħu jippjanaw minn qabel b'ċertezza.

Ir-rapporteur għalhekk huwa lest li jagħti appoġġ għal din il-proposta bil-kundizzjoni li jiġu adottati s-salvagwardji addizzjonali proposti f'din l-opinjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda          1

Proposta għal regolament – att emendatorju

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Skont dan is-sett ta’ leġiżlazzjoni, l-OMĠ għall-kultivazzjoni għandha ssirilhom valutazzjoni tar-riskju individwali qabel ma jiġu awtorizzati biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. L-għan ta' din il-proċedura ta' awtorizzazzjoni hu li jiżgura livell għoli ta' ħarsien tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumatur, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern.

(2) Skont dan is-sett ta’ leġiżlazzjoni, l-OMĠ għall-kultivazzjoni għandha ssirilhom valutazzjoni tar-riskju individwali qabel ma jiġu awtorizzati biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni, skont l-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE, l-effetti diretti u indiretti kif ukoll dawk immedjati u li jittardjaw, u anke l-effetti fit-tul kumulattivi, fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. L-għan ta' din il-proċedura ta' awtorizzazzjoni hu li jiżgura livell għoli ta' ħarsien tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumatur, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern.

Emenda  2

Proposta għal regolament – att emendatorju

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-esperjenza wriet li l-kultivazzjoni tal-OMĠ hi kwistjoni li tiġi indirizzata b’mod aktar sistematiku mill-Istati Membri, f’livell ċentrali, reġjonali jew lokali. Għall-kuntrarju tal-kwistjonijiet relatati mat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-OMĠ, li għandhom jibqgħu regolati fil-livell tal-UE biex jitħares is-suq intern, il-kultivazzjoni tal-OMĠ ġiet rikonoxxuta bħala kwistjoni b'dimensjoni lokali/reġjonali qawwija Skont l-Artikolu 2(2) tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu intitolati li jkollhom il-possibbiltà li jadottaw regoli li jikkonċernaw il-kultivazzjoni effettiva tal-OMĠ fit-territorju tagħhom wara li l-OMĠ ikun legalment awtorizzat li jitqiegħed fis-suq tal-UE.

(5) L-esperjenza wriet li l-kultivazzjoni tal-OMĠ hi kwistjoni li tiġi indirizzata b’mod aktar sistematiku mill-Istati Membri, f’livell ċentrali, reġjonali jew lokali. Għall-kuntrarju tal-kwistjonijiet relatati mat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-OMĠ, li għandhom jibqgħu regolati fil-livell tal-UE biex jitħares is-suq intern, il-kultivazzjoni tal-OMĠ ġiet rikonoxxuta bħala kwistjoni b’dimensjoni lokali/reġjonali/territorjali u dimensjoni partikolari fir-rigward tal-awtodeterminazzjoni tal-Istati Membri. Skont l-Artikolu 2(2) tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu intitolati li jkollhom il-possibbiltà li jadottaw dispożizzjonijiet leġiżlattivi vinkolanti li jikkonċernaw il-kultivazzjoni effettiva tal-OMĠ fit-territorju tagħhom wara li l-OMĠ ikun legalment awtorizzat li jitqiegħed fis-suq tal-UE.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att emendatorju

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) F’dan il-kuntest, jidher xieraq li lill-Istati Membri tingħatalhom, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, aktar libertà li jiddeċiedu jekk jixtiqux jikkultivaw uċuħ tar-raba’ OMĠ fit-territorju tagħhom jew le mingħajr ma jibdlu s-sistema tal-awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni tal-OMĠ u independentement mill-miżuri li l-Istati Membri huma intitolati li jieħdu bl-applikazzjoni tal-Artikolu 26a tad-Direttiva 2001/18/KE biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta’ OMĠ fi prodotti oħra.

(6) F’dan il-kuntest, jidher xieraq li lill-Istati Membri tingħatalhom, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, aktar flessibilità li jiddeċiedu jekk jixtiqux jikkultivaw uċuħ tar-raba’ OMĠ fit-territorju tagħhom jew le mingħajr ma jibdlu s-sistema tal-awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni tal-OMĠ u b'mod parallel mal-miżuri li l-Istati Membri għandhom jieħdu bl-applikazzjoni tal-Artikolu 26a tad-Direttiva 2001/18/KE, kif emendata minn dan ir-Regolament, biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta’ OMĠ fi prodotti oħra.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att emendatorju

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew OMĠ partikolari fit-territorju kollu tagħhom jew f’parti minnu, u rispettivament jemendaw dawk il-miżuri li huma jidhrilhom li huma xierqa, fl-istadji kollha tal-awtorizzazzjoni, tal-awtorizzazzjoni mill-ġdid jew tal-irtirar mis-suq tal-OMĠ ikkonċernati. Dan għandu japplika wkoll għall-varjetajiet modifikati ġenetikament ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti li jitqiegħdu fis-suq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti u, b’mod partikolari, skont id-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE. Il-miżuri għandhom jirreferu għall-kultivazzjoni tal-OMĠ biss u mhux għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u l-importazzjoni ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti modifikati ġenetikament, bħala prodotti jew fi prodotti oħrajn, u l-prodotti tal-ħsad tagħhom. Bl-istess mod, dawn ma għandhomx jaffettwaw il-kultivazzjoni ta' varjetajiet mhux ġenetikament modifikati ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti li fihom jinstabu traċċi aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta' OMĠ awtorizzati tal-UE.

(7) Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OMĠ partikolari, grupp ta' OMĠ definit mill-varjetà tal-wiċċ tar-raba', jew l-OMĠ kollha fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu, sakemm dawk il-miżuri jkunu ġew suġġetti għal valutazzjoni dwar l-impatt minn qabel u għal konsulta pubblika, u sakemm dawk il-miżuri jiġu adottati u jsiru disponibbli b'mod pubbliku għall-operaturi kollha kkonċernati, inklużi dawk li jikkultivaw, mill-inqas tnax-il xahar qabel il-bidu taż-żrigħ. Din l-għażla f'idejn l-Istati Membri hija marbuta b'mod dirett mas-sovranità tagħhom fil-ġestjoni u fl-iżvilupp territorjali, l-użu tal-art u l-bżonn li tiġi konservata d-diversità tal-ekosistemi. Dan għandu japplika wkoll għall-varjetajiet modifikati ġenetikament ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti li jitqiegħdu fis-suq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti u, b’mod partikolari, skont id-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE. Il-miżuri għandhom jirreferu għall-kultivazzjoni tal-OMĠ biss u mhux għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u l-importazzjoni ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti modifikati ġenetikament, bħala prodotti jew fi prodotti oħrajn, u l-prodotti tal-ħsad tagħhom. Bl-istess mod, dawn ma għandhomx jaffettwaw il-kultivazzjoni ta' varjetajiet mhux ġenetikament modifikati ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti li fihom jinstabu traċċi aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta' OMĠ awtorizzati tal-UE.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att emendatorju

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Skont il-qafas legali għall-awtorizzazzjoni tal-OMĠ, il-livell ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem/tal-annimali u tal-ambjent magħżul mill-UE ma jistax jiġi rivedut minn Stat Membru u din is-sitwazzjoni ma tistax tinbidel. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew li jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew OMĠ partikolari fit-territorju kollu tagħhom jew f’parti minnu fuq bażi ta’ raġunijiet marbuta mal-interess pubbliku għajr dawk diġà indirizzati mis-sett ta’ regoli armonizzati tal-UE li diġà jipprevedu proċeduri biex jitqiesu r-riskji li OMĠ għall-kultivazzjoni jista’ jikkawża lis-saħħa u l-ambjent. Barra minn dan, dawn il-miżuri għandhom ikunu konformi mat-Trattati, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn il-prodotti nazzjonali u dawk mhux nazzjonali u l-Artikoli 34 u 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mal-obbligi internazzjonali rilevanti tal-Unjoni, notevolment fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(8) Skont il-qafas legali għall-awtorizzazzjoni tal-OMĠ, il-livell ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem/tal-annimali u tal-ambjent magħżul mill-Unjoni ma jistax jiġi rivedut minn Stat Membru u din is-sitwazzjoni ma tistax tinbidel. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew li jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OMĠ partikolari, grupp ta' OMĠ definit mill-varjetà tal-wiċċ tar-raba', jew l-OMĠ kollha fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu fuq bażi ta' raġunijiet iġġustifikati kif xieraq marbuta mal-interess pubbliku għajr dawk diġà indirizzati mis-sett ta' regoli armonizzati tal-Unjoni li diġà jipprevedu proċeduri biex jitqiesu r-riskji li OMĠ għall-kultivazzjoni jista' jikkawża lis-saħħa u l-ambjent. L-idea distinta ta' ġestjoni tar-riskju, kif stabbilita fir-Regolament KE Nru 178/2002, tista' tintuża, madankollu, bħala bażi biex jiġu ġġustifikati dawk il-miżuri. Tali miżuri jistgħu jiġu ġġustifikati fuq il-bażi tal-objettivi politiki ġenerali bħal:

 

- il-bżonn li jiġu preservati tipi speċifiċi ta' agrikoltura bħall-agrikoltura bijoloġika jew ta' valur naturali għoli, kif ukoll tipi tradizzjonali ta' agrikoltura,

 

- raġunijiet relatati mal-protezzjoni tad-diversità tal-produzzjoni agrikola,

 

- il-protezzjoni ta' żoni ħielsa mill-OMĠ sakemm il-miżuri ta' koeżistenza applikati ma jkunux biżżejjed biex jipproteġu,

 

- l-impossibilità li tiġi implimentata l-koeżistenza minħabba kundizzjonijiet ġeografiċi speċifiċi (eż. gżejjer żgħar, muntanji, territorju nazzjonali żgħir),

 

- raġunijiet soċjoekonomiċi bħall-protezzjoni ta' prodotti speċifiċi tal-muntanji, il-politika tal-kwalità tal-prodotti u t-tikketti,

 

- objettivi usa' tal-politika ambjentali bħal ħabitats, ekosistemi u bijodiversità speċifiċi, l-emerġenza tar-reżistenza u l-preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-art,

 

- il-ġestjoni territorjali jew l-ippjanar tal-użu tal-art,

 

- raġunijiet oħra leġittimi fl-interess pubbliku jew li jindirizzaw tħassib pubbliku, iġġustifikati kif xieraq, proporzjonati u mhux diskriminatorji.

 

Barra minn dan, dawn il-miżuri għandhom ikunu konformi mat-Trattati, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn il-prodotti nazzjonali u dawk mhux nazzjonali, il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-Artikoli 34 u 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mal-obbligi internazzjonali rilevanti tal-Unjoni, notevolment fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Dawk il-miżuri għandhom jiżguraw ukoll li l-libertà tal-għażla tal-bdiewa u tal-konsumaturi tiġi rrispettata kif xieraq.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att emendatorju

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fuq il-bażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-iskop ta’ dan ir-Regolament mhuwiex li jarmonizza l-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni fl-Istati Membri iżda li jagħti l-libertà lill-Istati Membri li jużaw raġunijiet validi oħra għajr il-valutazzjoni xjentifika tar-riskji lis-saħħa u l-ambjent biex jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ OMĠ fit-territorju tagħhom. Barra minn hekk, wieħed mill-iskopijiet tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi, li l-Kummissjoni tista’ tqis l-adozzjoni ta’ atti li jorbtu fil-livell tal-UE, ma jkunx moqdi min-notifika sistematika tal-miżuri tal-Istati Membri skont dik id-Direttiva. Barra minn dan, minħabba li miżuri li l-Istati Membri jistgħu jadottaw skont dan ir-Regolament ma jistgħux ikollhom bħala suġġett it-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ u, għaldaqstant, ma jimmodifikax il-kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq ta’ OMĠ awtorizzati skont il-leġiżlazzjoni eżistenti, il-proċedura ta’ notifika skont id-Direttiva 98/34/KE ma tidhirx li hija l-aħjar mezz ta’ informazzjoni għall-Kummissjoni. Għaldaqstant, b’deroga, id-Direttiva 98/34/KE ma għandhiex tkun applikabbli. Sistema ta’ notifika aktar faċli tal-miżuri nazzjonali qabel l-adozzjoni tagħhom tidher għodda aktar proporzjonata għall-Kummissjoni biex tkun konxja minn dawn il-miżuri. Il-miżuri li l-Istati Membri biħsiebhom jadottaw, għandhom għaldaqstant jiġu kkomunikati flimkien mar-raġunijiet tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri xahar qabel l-adozzjoni tagħhom għal finijiet ta’ informazzjoni.

(9) Fuq il-bażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-iskop ta’ dan ir-Regolament mhuwiex li jarmonizza l-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni fl-Istati Membri iżda li jagħti l-flessibilità lill-Istati Membri li jużaw raġunijiet iġġustifikati kif xieraq fl-interess pubbliku li huma differenti minn dawk relatati mal-valutazzjoni xjentifika tar-riskji lis-saħħa u l-ambjent imwettqa skont il-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE, bħal dawk ir-raġunijiet imsemmija taħt il-Premessa 8 ta' dan ir-Regolament, biex jirristrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ OMĠ fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu, bl-iskop li jħaffu l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta' OMĠ fl-Unjoni. Barra minn hekk, wieħed mill-iskopijiet tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi1 , li l-Kummissjoni tista’ tqis l-adozzjoni ta’ atti li jorbtu fil-livell tal-UE, ma jkunx moqdi min-notifika sistematika tal-miżuri tal-Istati Membri skont dik id-Direttiva. Barra minn dan, minħabba li miżuri li l-Istati Membri jistgħu jadottaw skont dan ir-Regolament ma jistax ikollhom bħala suġġett it-tqegħid fis-suq ta' OMĠ u, għaldaqstant, ma jimmodifikawx per se il-kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq ta' OMĠ awtorizzati skont il-leġiżlazzjoni eżistenti per se, il-proċedura ta' notifika skont id-Direttiva 98/34/KE ma tidhirx li hija l-aħjar mezz ta' informazzjoni għall-Kummissjoni. Għaldaqstant, b’deroga, id-Direttiva 98/34/KE ma għandhiex tkun applikabbli. Sistema ta’ notifika aktar faċli tal-miżuri nazzjonali qabel l-adozzjoni tagħhom tidher għodda aktar proporzjonata għall-Kummissjoni biex tkun konxja minn dawn il-miżuri. Il-miżuri li l-Istati Membri biħsiebhom jadottaw, għandhom għaldaqstant jiġu kkomunikati flimkien mar-raġunijiet tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri xahar qabel l-adozzjoni tagħhom għal finijiet ta’ informazzjoni.

Emenda  7

Proposta għal regolament – att emendatorju

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) B'konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ambjentali tal-4 ta' Diċembru 2008, u sabiex ikunu żgurati r-rispett tal-libertà tal-għażla u l-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta' proporzjonalità, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid il-livelli minimi xierqa taż-żerriegħa għat-tikkettar tat-traċċi ta' OMĠ fi żrieragħ tradizzjonali. Dan għandu jkun akkumpanjat minn proposti relevanti dwar metodi armonizzati ta' kampjunar u ta' analiżi għal dawk it-traċċi, b'mod partikolari l-istabbiliment ta' limitu minimu ta' rendiment għall-metodi ta' kxif.

Emenda  8

Proposta għal regolament – att emendatorju

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1) Id-Direttiva 2001/18/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

 

L-Artikolu 26a(1) huwa sostitwit bit-test li ġej:

 

"1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw il-preżenza mhux mixtieqa ta' OMĠ fi prodotti oħra."

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun obbligatorju għall-Istati Membri li jieħdu l-miżuri xierqa biex jiġġestixxu l-koeżistenza fit-territorju tagħhom biex jippermettu li tapplika l-libertà tal-għażla u biex jevitaw id-diffikultajiet transkonfinali li jiġu min-nuqqas ta' ġestjoni tal-koeżistenza.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fid-Direttiva 2001/18/KE, għandu jiżdied l-Artikolu li ġej b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament:

(1) Għandhom jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament:

Emenda  10

Proposal for a regulation – amending act

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ kollha jew OMĠ partikolari awtorizzati skont il-Parti C ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u li jkunu varjetajiet modifikati ġenetikament imqiegħda fis-suq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar it-tqegħid fis-suq ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti, fit-territorju kollu tagħhom jew parti minnu, bil-kundizzjoni li:

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ OMĠ partikolari, ta’ gruppi ta’ OMĠ definiti mill-varjetà tal-wiċċ tar-raba', jew tal-OMĠ kollha awtorizzati skont il-Parti C ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u li jkunu varjetajiet modifikati ġenetikament imqiegħda fis-suq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti bil-kundizzjoni li:

Emenda  11

Proposta għal regolament – att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 b – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) dawk il-miżuri jkunu bbażati fuq raġunijiet li mhux dawk marbuta mal-valutazzjoni tal-effett negattiv fuq is-saħħa u l-ambjent li jista' jkun ikkawżat mir-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta' OMĠ;

(a) dawk il-miżuri:

 

(i) ikunu bbażati fuq raġunijiet differenti minn dawk koperti mill-valutazzjoni xjentifika armonizzata tar-riskji għas-saħħa u ambjentali li titwettaq skont il-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE li jistgħu jirriżultaw mir-rilaxx intenzjonat jew it-tqegħid fis-suq ta' OMĠ, filwaqt li l-idea distinta ta' ġestjoni tar-riskju, kif stabbilita fir-Regolament KE Nru 178/2002, tista' tintuża bħala bażi biex jiġu ġġustifikati miżuri restrittivi nazzjonali/reġjonali;

 

(ii) jistgħu jiġu ġġustifikati fuq il-bażi ta' objettivi politiki ġenerali bħal:

 

- il-bżonn li jiġu preservati tipi speċifiċi ta' agrikoltura bħall-agrikoltura bijoloġika jew ta' valur naturali għoli, kif ukoll tipi tradizzjonali ta' agrikoltura,

 

- raġunijiet relatati mal-protezzjoni tad-diversità tal-produzzjoni agrikola,

 

- il-protezzjoni ta' żoni ħielsa mill-OMĠ sakemm il-miżuri ta' koeżistenza applikati ma jkunux biżżejjed biex jipproteġu,

 

- l-impossibilità li tiġi implimentata l-koeżistenza minħabba kundizzjonijiet ġeografiċi speċifiċi (eż. gżejjer żgħar, muntanji, territorju nazzjonali żgħir)

 

- raġunijiet soċjoekonomiċi bħall-protezzjoni ta' prodotti speċifiċi tal-muntanji, il-politika tal-kwalità tal-prodotti u t-tikketti,

 

- objettivi usa' tal-politika ambjentali bħal ħabitats, ekosistemi u bijodiversità speċifiċi u l-preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-art,

 

- il-ġestjoni territorjali jew l-ippjanar tal-użu tal-art,

 

- raġunijiet oħra leġittimi fl-interess pubbliku jew li jindirizzaw tħassib pubbliku, iġġustifikati kif xieraq, proporzjonati u mhux diskriminatorji.

Emenda  12

Proposta għal regolament – att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) dawk il-miżuri jiżguraw ir-rispett kif xieraq tal-libertà tal-għażla tal-bdiewa u tal-konsumaturi;

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju fundamentali tal-libertà tal-għażla għall-bdiewa u għall-konsumaturi għandu jiġi rrispettat peress li dan jiżgura li l-miżuri jkunu proporzjonati, li jitqiesu l-interessi tal-partijiet interessati kollha, u li jkun hemm dibattitu fir-reġjuni dwar il-kultivazzjoni tal-OMĠ.

Emenda  13

Proposta għal regolament – att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 1 – punt a b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) li qabel kienu s-suġġett ta’ studju ta’ impatt li juri l-ħtieġa u l-proporzjonalità tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Sabiex tissaħħaħ il-validità legali tal-miżuri ta’ restrizzjoni jew ta’ projbizzjoni tal-kultivazzjoni tal-OMĠ adottati mill-Istati Membri, għandu jsir studju ta’ impatt preliminari sabiex tintwera l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżuri ppjanati. F’każ ta’ disputa quddiem il-WTO, dan l-istudju ta’ impatt jiffaċilita d-difiża tal-miżura adottata.

Emenda  14

Proposta għal regolament – att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 1 – punt a c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac) dawk il-miżuri kienu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika bil-quddiem li damet mill-inqas 30 jum;

Ġustifikazzjoni

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati, jeħtieġ li l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom qabel l-adozzjoni ta’ tali miżuri, li jista’ jkollhom impatt fuq oqsma differenti.

Emenda  15

Proposta għal regolament – att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b – paragrafu 1 – punt a d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ad) dawk il-miżuri jiġu adottati u magħmula pubblikament disponibbli għall-operaturi kollha kkonċernati, inklużi l-produtturi agrikoli, tal-anqas tnax-il xahar qabel il-bidu taż-żrigħ;

Emenda  16

Proposta għal regolament – att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 b – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) il-miżuri jkunu konformi mat-Trattati.

b) il-miżuri jkunu konformi mat-Trattati, b’mod partikolari mal-prinċipju tal-proporzjonalità u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

Emenda  17

Proposta għal regolament – att emendatorju

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26 b – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni tevalwa l-ħtieġa għal armonizzazzjoni tal-metodi ta’ kampjunar u ta’ analiżi għall-OMĠ mhux awtorizzati preżenti f’livell baxx fiż-żrieragħ, u b’mod partikolari l-iffissar ta’ limitu ta’ prestazzjoni minima tal-metodu ta’ kxif.

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta’ armonizzazzjoni iwassal biex l-Istati Membri japplikaw regoli differenti, li inevitabbilment idaħħlu tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, billi l-intrapriżi jistgħu jadattaw il-proċessi kummerċjali. Billi l-każijiet ta’ traċċi ta’ OMĠ mhux awtorizzati f’lottijiet ta’ żrieragħ importati kienu frekwenti minkejja l-miżuri meħuda mill-operaturi, għandu jiġi ppjanat l-istess approċċ bħal dak propost mill-Kummissjoni għall-għalf għall-annimali.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 26b a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 26b a

 

Tikkettar “mingħajr OMĠ”

 

Il-Kummissjoni tipproponi kundizzjonijiet armonizzati li fihom l-operaturi jistgħu jirreferu għal referenzi dwar in-nuqqas ta’ OMĠ fil-prodotti.

Ġustifikazzjoni

Il-linji gwida dwar il-koeżistenza ta’ kultivazzjonijiet tat-13 ta’ Lulju 2010 jindikaw li l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jevitaw l-impatti ekonomiċi marbuta mal-preżenza ta’ OMĠ f’limiti aktar baxxi mil-limitu Komunitarju tal-kampjunar ta’ 0.9 %. Sabiex jiġi evitat tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, il-kondizzjonijiet li fihom l-operaturi jistgħu jirreferu għal referenzi dwar in-nuqqas ta’ OMĠ fil-prodotti għandhom jiġu armonizzati fil-livell Komunitarju.

PROĊEDURA

Titlu

Emenda għad-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom

References

COM(2010)0375 – C7-0178/2010 – 2010/0208(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

7.9.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

Data tal-ħatra

George Lyon

30.8.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

26.10.2010

1.12.2010

1.2.2011

 

Data tal-adozzjoni

15.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

4

10

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Richard Ashworth, Liam Aylward, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Hynek Fajmon, Lorenzo Fontana, Iratxe García Pérez, Béla Glattfelder, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Köstinger, Stéphane Le Foll, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Krisztina Morvai, Mariya Nedelcheva, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Christa Klaß, Giovanni La Via, Astrid Lulling, Daciana Octavia Sârbu, Christel Schaldemose, Milan Zver

(1)

Jinżamm reġistru għall-qamħirrun, għas-sojja, għall-qoton u għaż-żerriegħa tal-kolza.


PROĊEDURA

Titlu

Emenda għad-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OMĠ fit-territorju tagħhom

References

COM(2010)0375 – C7-0178/2010 – 2010/0208(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.7.2010

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

7.9.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.9.2010

AGRI

7.9.2010

JURI

7.9.2010

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

ITRE

29.9.2010

JURI

20.9.2010

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Corinne Lepage

10.9.2010

 

 

Bażi legali kkontestata

Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

22.3.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.2.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

12.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

10

16

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sergio Berlato, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Julie Girling, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Daciana Octavia Sârbu, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Tadeusz Cymański, João Ferreira, Matthias Groote, Riikka Manner, Justas Vincas Paleckis, Bart Staes, Marianne Thyssen, Michail Tremopoulos

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ashley Fox

Data tat-tressiq

20.4.2011

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Mejju 2011Avviż legali