Proċedura : 2008/0062(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0208/2011

Testi mressqa :

A7-0208/2011

Dibattiti :

PV 05/07/2011 - 15
CRE 05/07/2011 - 15

Votazzjonijiet :

PV 06/07/2011 - 6.5
CRE 06/07/2011 - 6.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0325

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 348kWORD 509k
31 ta' Mejju 2011
PE 462.590v02-00 A7-0208/2011

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bl-għan li tiġi adottata d-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar is-sikurezza fit-toroq relatata ma' reati tat-traffiku

(17506/1/2010 – C7-0074/2011 – 2008/0062(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur għal opinjoni: Inés Ayala Sender

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 Anness Ia
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bl-għan li tiġi adottata d-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar is-sikurezza fit-toroq relatata ma' reati tat-traffiku

(17506/1/2010 – C7-0074/2011 – 2008/0062(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari(17506/1/2010 - C7-0074/2011)),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0151),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0208/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(1) L-Unjoni qed issegwi politika għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, bil-għan li jitnaqqsu l-imwiet, il-korrimenti u l-ħsarat materjali. Element importanti ta' dik il-politika huwa l-infurzar konsistenti tas-sanzjonijiet għal dawk ir-reati tat-traffiku mwettqa fl-Unjoni li jipperikolaw b'mod konsiderevoli s-sikurezza fit-toroq.

(1) It-titjib tas-sikurezza fit-toroq huwa għan prinċipali tal-politika tat-trasport tal-Unjoni. L-Unjoni qed issegwi politika għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, bil-għan li jitnaqqsu l-imwiet, il-korrimenti u l-ħsarat materjali. Element importanti ta' dik il-politika huwa l-infurzar konsistenti tas-sanzjonijiet għal dawk ir-reati tat-traffiku mwettqa fl-Unjoni li jipperikolaw b'mod konsiderevoli s-sikurezza fit-toroq.

Emenda  2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 2 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(2a) Il-Kunsill, fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta' Diċembru 2010 kkonkluda li l-kontrolli u s-sanzjonijiet rigward ksur tar-regoli tat-traffiku jibqgħu mezz fost l-aktar effettivi biex jitnaqqsu n-numru ta' inċidenti u l-vittmi fit-toroq, b'mod partikolari minħabba l-effett skoraġġanti tagħhom Il-Kunsill talab ukoll biex titqies il-ħtieġa li l-Istati Membri jsaħħu aktar l-infurzar tar-regoli tat-traffiku, u fejn xieraq f'livell tal-Unjoni, u stieden ukoll lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibbiltà li r-regoli tat-traffiku jkunu armonizzati f'livell tal-UE fejn inhu meħtieġ. Fil-ġejjieni il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq il-faċilitazzjoni tal-infurzar transkonfinali ta' infrazzjonijiet tat-traffiku tat-triq, l-aktar ta' dawk marbutin ma' inċidenti serji tat-traffiku.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tirreferi għar-rieda tal-Kunsill tat-Trasport tat-2 ta' Diċembru li jagħmel progress ulterjuri f'livell tal-UE fl-armonizzazzjoni tar-regoli tat-traffiku u fl-infurzar tagħhom.

Emenda  3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 2 b (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(2b) Aktar konverġenza tal-miżuri ta' kontroll bejn l-Istati Membri għandha tkun inkoraġġita u l-Kummissjoni għandha teżamina f'dan ir-rigward jekk huwiex neċessarju li tkun proposta l-armonizzazzjoni ta' tagħmir tekniku għall-kontrolli ta' sikurezza fit-toroq.

Ġustifikazzjoni

Konverġenza ulterjuri għandha tinxtara f'proposti leġiżlattivi futuri dwar il-kontroll u t-tagħmir tekniku.

Emenda  4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 2 c (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(2c) Il-kuxjenza taċ-ċittadini tal-UE għandha titqajjem fir-rigward ir-regoli tat-traffiku għas-sikurezza fit-toroq fis-seħħ fi Stati Membri differenti u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari permezz ta' miżuri xierqa li jiggarantixxu l-provvediment ta' informazzjoni suffiċjenti dwar il-konsegwenzi f'każ li ma jiġux rispettati r-regoli tat-traffiku għas-sikurezza fit-toroq waqt vjaġġar fi Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni dwar is-sewwieqa hija element importanti tal-effett skoraġġanti tad-Direttiva.

Emenda  5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 7

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(7) Għandu jittieħed vantaġġ mill-fatt li l-applikazzjoni tas-software tas-Sistema ta’ Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan (Eucaris), li hija mandatorja għall-Istati Membri taħt id-Deċiżjonijiet ta' Prüm fir-rigward tal-VRD, tipprevedi l-iskambju mħaffef, sikur u konfidenzjali ta' VRD bejn l-Istati Membri. Għaldaqstant dik l-applikazzjoni tas-software għandha tkun il-bażi għall-iskambju tad-data taħt din id-Direttiva u għandha tiffaċilita r-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(7) Applikazzjonijiet tas-software eżistenti għandhom ikunu l-bażi għall-iskambju tad-data skont din id-Direttiva u fl-istess ħin għandhom jiffaċilitaw ir-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Tali applikazzjonijiet għandhom jipprevedu skambju mħaffef, sikur u konfidenzjali ta' VRD speċifika bejn l-Istati Membri Għandu jittieħed vantaġġ mill-applikazzjoni tas-software tas-Sistema ta’ Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan (Eucaris), li hija mandatorja għall-Istati Membri taħt id-Deċiżjonijiet ta' Prüm fir-rigward tal-VRD. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, permezz ta' rapport, il-funzjonament tal-applikazzjonijiet tas-software li ntużaw għall-fini ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-EUCARIS hi bħalissa l-unika sistema eżistenti li tipprovdi soluzzjoni kosteffikaċi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva. Valutazzjoni tal-funzjonalitajiet tagħha għandha madanakollu ssir rigward adattamenti futuri tal-applikazzjoni.

Emenda  6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 8

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(8) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Eucaris hu limitat għall-proċessi użati fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt nazzjonali fl-Istati Membri. Il-proċeduri u l-proċessi awtomatizzati fejn tkun ser tintuża l-informazzjoni huma 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Eucaris.

(8) Il-kamp tal-applikazzjonijiet tas-software msemmija hawn fuq għandu jkun limitat għall-proċessi użati fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt nazzjonali fl-Istati Membri. Il-proċeduri u l-proċessi awtomatizzati fejn tkun ser tintuża l-informazzjoni huma 'l barra mill-kamp ta' tali applikazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa għandha tiġi adattata b'konformita mal-Artikolu dwar l-applikazzjonijet tas-software.

Emenda  7

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 10

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(10) L-Istati Membri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jikkuntattjaw lis-sid, id-detentur tal-vettura jew lill-persuna identifikata b'mod ieħor li jkunu suspettati li wettqu ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza tat-toroq sabiex iżommuhom informati dwar il-proċeduri applikabbli u l-konsegwenzi legali taħt il-liġi tal-Istat Membru tar-reat. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jikkonsidraw li jibagħtu l-informazzjoni dwar ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq fil-lingwa tad-dokumenti ta' reġistrazzjoni jew il-lingwa li għandha l-akbar probabbiltà li tinftiehem mill-persuna kkonċernata, biex ikun żgurat li dik il-persuna tifhem b'mod ċar l-informazzjoni li tkun qed tiġi kondiviża magħha. Dan jippermetti lil dik il-persuna tirrispondi għall-informazzjoni b'mod xieraq, partikolarment billi titlob għal aktar informazzjoni, tħallas il-multa jew billi jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' difiża, partikolarment f'każ ta' identità żbaljata. Aktar proċedimenti huma koperti mill-istrument legali applikabbli, li jinkludu strumenti dwar l-assistenza reċiproka jew dwar ir-rikonoxximent reċiproku.

(10) L-Istati Membri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jikkuntattjaw lis-sid, id-detentur tal-vettura jew lill-persuna identifikata b'mod ieħor li jkunu suspettati li wettqu ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza tat-toroq sabiex iżommuhom informati dwar il-proċeduri applikabbli u l-konsegwenzi legali taħt il-liġi tal-Istat Membru tar-reat. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jikkonsidraw li jibagħtu l-informazzjoni dwar ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq fil-lingwa tad-dokumenti ta' reġistrazzjoni jew il-lingwa li għandha l-akbar probabbiltà li tinftiehem mill-persuna kkonċernata, biex ikun żgurat li dik il-persuna tifhem b'mod ċar l-informazzjoni li tkun qed tiġi kondiviża magħha. L-informazzjoni għandha tintbagħat permezz ta’ proċedura li tiżgura l-konferma li l-persuna kkonċernata biss tkun irċevietha, u mhux parti terza (forma ta’ kunsinna rreġistrata), sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità u jkun hemm ċertezza li l-persuna kkonċernata tkun verament irċevietha. Dan jippermetti lil dik il-persuna tirrispondi għall-informazzjoni b'mod xieraq, partikolarment billi titlob għal aktar informazzjoni, tħallas il-multa jew billi jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' difiża, partikolarment f'każ ta' identità żbaljata. Aktar proċedimenti huma koperti mill-istrument legali applikabbli, li jinkludu strumenti dwar l-assistenza reċiproka jew dwar ir-rikonoxximent reċiproku, b'mod partikolari d-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji.

1 .OJ L 76, 22.3.2005, p. 16

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għad-deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/ĠAI, li ssemmiet fl-ewwel qari tal-Parlament, għandu jiġi inserit sabiex jiġi kkjarifikat it-tifsira ta' rikonoxximent reċiproku li sar mill-Kunsill. Sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità u li l-persuna t-tajba fil-fatt tirċievi l-informazzjoni, l-Istat Membru tar-reat għandu jibgħat l-informazzjoni b’konferma li din waslet għand il-persuna kkonċernata biss (forma ta’ kunsinna rreġistrata).

Emenda  8

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa -11 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(11a) Bl-iskop li titwettaq politika ta' sikurezza fit-toroq immirata lejn livell għoli ta' ħarsien għall-utenti tat-toroq kollha fl-UE u li tqis id-differenzi kbar bejn iċ-ċirkostanzi fl-UE, l-Istati Membri għandhom jaġixxu, bla ħsara għal politiki u liġijiet aktar restrittivi, sabiex tiġi żgurata aktar konverġenza tar-regoli tat-traffiku għat-toroq u l-infurżar tagħhom fost l-Istati Membri. Tali armonizzazzjoni għandha tkun immirata biex toħloq metodi, prattiki u standards minimi komparabbli fil-livell tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda terġa' tintroduċi l-ewwel qari tal-Parlament dwar il-ħtieġa għal aktar armonizzazzjoni tal-politiki dwar is-sikurezza fit-toroq.

Emenda  9

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 11 b ġdida

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(11b) Il-Kummissjoni għandha teżamina l-ħtieġa għal kriterji komuni dwar proċeduri ta' segwitu mill-Istati Membri fil-każ li ma jitħallasx penali finanzjarju, b'konformità mal-liġijiet u l-proċeduri tal-Istati Membri. Tali kriterji għandhom jiffukaw b'mod partikolari, fuq it-trażmissjoni tad-deċiżjoni finali li tiġi imponuta sanzjoni/penali finanzjarju fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tar-reat u l-Istati Membri, tar-reġistrazzjoni, tar-rikonixximent u l-infurzar tad-deċiżjoni finali u tal-informazzjoni mill-awtoritajiet rispettivi dwar id-deċiżjoni dwar jekk id-deċiżjoni se tiġi infurzata jew le.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda terġa' tintroduċi l-ewwel qari tal-Parlament dwar il-ħtieġa għal aktar armonizzazzjoni tal-politiki dwar is-sikurezza fit-toroq. Tali armonizzazzjoni għandha tiġi proposta mill-Kummissjoni fi stadju aktar tard.

Emenda  10

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 12

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(12) Kooperazzjoni eqreb bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandha timxi id f'id mar-rispett għad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt ta' rispett għall-privatezza u għall-protezzjoni ta' data personali, li għandha tkun garantita minn arranġamenti speċjali ta' protezzjoni tad-data, li għandhom jieħdu kont partikolari tan-natura speċifika tal-aċċess onlajn transkonfinali għall-bażijiet tad-data. Dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfatti bid-Deċiżjonijiet ta' Prüm.

(12) Kooperazzjoni eqreb bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandha timxi id f'id mar-rispett għad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt ta' rispett għall-privatezza u għall-protezzjoni ta' data personali, garantita minn arranġamenti speċjali ta' protezzjoni tad-data, li jieħdu kont partikolari tan-natura speċifika tal-aċċess onlajn transkonfinali għall-bażijiet tad-data. Huwa mixtieq illi l-applikazzjonijiet tas-softwer li se jiġu stabbiliti jippermettu li l-iskambju ta' informazzjoni jsir f'kundizzjonijiet sikuri u li jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data mibgħuta. Minbarra n-natura temporanja tal-ħżin tagħha, id-data miġbura skont din id-Direttiva ma għandha, fl-ebda ċirkustanza, tintuża għall-finijiet għajr dawk stipulati f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw l-obbligi dwar il-kundizzjonijiet tal-użu u l-ħżin tad-data. L-ipproċessar ta' data personali u l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet tas-softwer għandhom jipprevjenu li kwalunkwe data miġbura tintuża għall-finijiet għajr dawk speċifikament relatati mas-sikurezza tat-toroq.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda terġa' tintroduċi l-ewwel qari tal-Parlament dwar il-protezzjoni ta' data personali. Id-drittijiet fundamentali għandhom jiġu rrispettati u għandha tiġi protetta d-data personali.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 12 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(12a) Peress li d-data relatata mal-identifikar ta' persuni li wettaq reat hija personali, l-Istati Membri għadhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li huma konformi mad-Deċiżjoni tal-Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwestjonijiet kriminali1. Is-sid, id-detentur tal-vettura jew persuna oħra identifikata u ssuspettata li wettqet reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq għandha tiġi infurmata kif xieraq, meta tiġi avżata bir-reat, bid-drittijiet tiegħu/tagħha rigward l-aċċess għad-data, ir-rettifika u t-tħassir tagħha u tal-perjodu legali massimu li matulu tista' tinżamm id-data.

 

_______________

 

1 OJ 350, 30.12.2008, p.60.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda terġa' tintroduċi l-ewwel qari tal-Parlament dwar il-protezzjoni ta' data personali.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 12 b (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(12b) Barra min-natura temporanja tal-ħżin tagħha, id-data miġbura skont din id-Direttiva ma għandha, fl-ebda ċirkustanza, tintuża għal skopijiet li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġu persegwiti reati ta' sikurezza tat-toroq. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għalhekk għandhom jiżguraw li l-ipproċessar tad-data personali u l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet tas-softwer użati se jservu biex jipprevjenu li xi data miġbura tintuża għal skopijiet oħra għajr dawk speċifikament marbutin mas-sikurezza tat-toroq.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda terġa' tintroduċi l-ewwel qari tal-Parlament dwar il-protezzjoni ta' data personali.

Emenda  13

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 14

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(14) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b' mod partikolari bil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(14) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b' mod partikolari bil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-persuna suspettata li wettqet reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq għandha tiġi infurmata kif xieraq, meta tkun rċeviet l-ittra bl-informazzjoni, bid-drittijiet tagħha rigward l-aċċess għal rettifika u t-tħassir tad-data u tal-perjodu legali massimu li matulu tista' tinżamm id-data.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda terġa' tintroduċi l-ewwel qari tal-Parlament dwar il-protezzjoni ta' data personali.

Emenda  14

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 15

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(15) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u bla ħsara għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokol, dawk l-Istati Membri m'humiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u m'humiex marbutin biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(15) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u bla ħsara għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokol, dawk l-Istati Membri m'humiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u m'humiex marbutin biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha. Sabiex jiġi żgurat li din id-Direttiva tkopri b'mod uniformi u li hemm trattament ugwali u ġust fost is-sewwieqa tal-UE rigward l-implimentazzjoni tagħha, dawk l-Istati Membri huma mistiedna li jikkunsidraw mill-ġdid il-pożizzjoni tagħhom u jeżaminaw jekk jistgħux jipparteċipaw fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva permezz ta' għażla biex tipparteċipa futura b'konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll 21

Ġustifikazzjoni

L-għażla, min-naħa ta' żewġ pajjiżi, li ma jipparteċipawx tillimita l-kopertura ġeografika tad-Direttiva u tnaqqas it-trattament ġust taċ-ċittadini Ewropej. Il-parteċiapzzjoni futura tal-Irlanda u tar-Renju Unit għandha tkun prevista.

Emenda  15

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 16 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Sabiex jinkiseb l-għan ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri permezz ta' mezzi interoperabbli, is-setgħa li jkunu adottati atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istipular tar-rekwiżiti għar-riċerka tad-data f'anness għal din id-Direttiva Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha inkluż f'livell espert. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u b'mod xieraq tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirreferi għal proċedura ta' atti ddelegati għall-modifika tal-Anness dwar r-rekwiżiti tekniċi.

Emenda  16

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

L-elementi tad-data msemmija fil-punti (a) u (b) li huma meħtieġa biex titwettaq it-tiftixa għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Punt 1.2.2 tal-Kapitolu 3 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI.

L-elementi tad-data msemmija fil-punti (a) u (b) li huma meħtieġa biex titwettaq it-tiftixa għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness Ia. Dak l-Anness jista' jiġi modifikat b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li r-rekwiżiti tekniċi jiddaħħlu fl-anness għad-Direttiva milli jkun hemm referenza għad-deċiżjoni ta' Qafas 2008/616/ĠAI dwar il-Konvenzjoni Prüm, li toffri anqas garanziji dwar l-implimentazzjoni tagħha minn Direttiva. Dan l-anness ġdid għandu jkun modifikabbli permezz ta' atti ddelegati, peress li jkollu fih elementi mhux essenzjali.

Emenda  17

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

It-tiftix għandu jitwettaq f'konformità mal-proċeduri kif deskritti fil-Kapitolu 3 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI.

It-tiftix għandu jitwettaq f'konformità mal-proċeduri kif deskritti fil-Kapitolu 3 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, minbarra punt 1 ta' Kapitolu 3 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, li għaliha għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fl-Anness Ia għal din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din l-emeda hija konformi mal-emenda preċedenti li tintroduċi anness ġdid.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

L-Istat Membru tar-reat għandu, skont din id-Direttiva, juża d-data miksuba sabiex jiġi stabbilit, jekk ikun possibbli, min hu personalment responsabbli għar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq imsemmija fl-Artikoli 2 u 3.

L-Istat Membru tar-reat għandu, skont din id-Direttiva, juża d-data miksuba sabiex jiġi stabbilit min hu responsabbli skont il-liġi nazzjonali għar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq imsemmija fl-Artikoli 2 u 3.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi meħtieġa biex tiżgura li s-sid/id-detentur tal-vettura jistgħu jkunu responsabbli għal reati tat-traffiku marbuta mas-sikurezza fit-toroq imsemmija fl-Artikoli 2 u 3. Għalhekk din l-emenda ġġib it-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 konformi mal-Mudell propost għall-ittra ta’ informazzjoni fil-Pożizzjoni tal-Kunsill u l-Anness 1a propost mir-Rapporteur.

Emenda  19

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 4 – paragrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Għall-finijiet tal-forniment ta' data kif imsemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt nazzjonali għal talbiet imressqin. Is-setgħat tal-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu rregolati mil-liġi applikabbli tal-Istat Membru kkonċernat.

3. Għall-finijiet tal-forniment ta' data kif imsemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt nazzjonali għal talbiet imressqin. Is-setgħat tal-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu rregolati mil-liġi applikabbli tal-Istat Membru kkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Din l-emeda hija konformi mal-emenda preċedenti li tintroduċi anness ġdid.

Emenda  20

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 4 – paragrafu 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex ikun żgurat li l-iskambju ta' informazzjoni jitwettaq permezz ta' mezzi elettroniċi interoperattivi u biex ikun żgurat li dan l-iskambju ta' informazzjoni jitwettaq b'mod effettiv meta mqabbel man-nefqa u sigur, sa fejn possibbli bl-użu ta' applikazzjonijiet ta' software eżistenti bħal dak diżinjat b'mod speċjali għall-finijiet tal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, u l-verżjonijiet emendati ta' dak is-software

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex ikun żgurat li l-iskambju ta' informazzjoni jitwettaq permezz ta' mezzi elettroniċi interoperattivi mingħajr skambju ta’ data li tinvolvi databases oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan l-iskambju ta' informazzjoni jitwettaq b'mod effettiv meta mqabbel man-nefqa u sigur, b’garanzija tal-kunfidenzjalità tad-data trażmessa, sa fejn possibbli bl-użu ta' applikazzjonijiet ta' software eżistenti bħal dak diżinjat b'mod speċjali għall-finijiet tal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, u l-verżjonijiet emendati ta' dawk l-applikazzjonijiet tas-software.b'konformità mal-arranġamenti msemmija fl-Anness Ia għal din id-Direttiva u f'punti 2 u 3 tal-Kapitolu 3 tal-Anness għal Deċiżjoni 2008/616/ĠAI. Il-verżjonijiet emendati tal-applikazzjonijiet tas-software għandhom jipprovdu kemm għal mod ta' skambju onlajn f'ħin reali kif ukoll għal mod ta' skambju bil-lott, li permezz ta' dan tal-aħħar jista' jkun hemm skambju ta' diversi talbiet jew risposti fil-forma ta' messaġġ uniku.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konformi mal-emenda preċedenti li tintroduċi anness ġdid u terġa' tintroduċi l-elementi mill-ewwel qari tal-Parlament dwar il-protezzjoni ta' data personali u mill-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta.

Emenda  21

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Meta l-Istat Membru tar-reat jiddeċiedi li jibda proċedimenti ta' segwitu fir-rigward tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq imsemmija fl-Artikolu 2, huwa jinforma, b’konferma tal-wasla u fuq bażi strettament kunfidenzjali, skont il-liġi tiegħu u din id-direttiva, lill-proprjetarju, lid-detentur tal-vettura jew lill-persuna identifikata b'mod ieħor issusspettata li wettqet ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq bil-konsegwenzi ġuridiċi ta' tali reat fit-territorju tal-Istat Membru tar-reat skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

1. L-Istat Membru tar-reat għandu jiddeċiedi jekk għandux jibda proċedimenti ta' segwitu fir-rigward tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq imsemmija fl-Artikolu 2, jew le Fil-każ li l-Istat Membru jiddeċiedi li jibda' tali proċedimenti, għandu jgħarraf, b’konferma tal-wasla u fuq bażi strettament kunfidenzjali, skont il-liġi tiegħu u din id-Direttiva, lill-proprjetarju, lid-detentur tal-vettura jew lill-persuna identifikata b'mod ieħor issusspettata li wettqet ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq bil-konsegwenzi ġuridiċi ta' tali reat fit-territorju tal-Istat Membru tar-reat skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija mmirata biex tikkjarifika din id-dispożizzjoni, peress li l-Istati Membri għandhom kapaċità sħiħa li jagħtu bidu għal proċedimenti ta' segwitu, jew le. Iżda l-informazzjoni dwar il-persuna identifikata għandha tkun obbligatorja hekk kif il-proċedimenti ta' segwitu jkunu ġew deċiżi. Sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità u li l-persuna t-tajba fil-fatt tirċievi l-informazzjoni, l-Istat Membru tar-reat għandu jibgħat l-informazzjoni b’konferma li din waslet għand il-persuna kkonċernata biss. Barra minn hekk, għandha tiġi enfasizzata l-importanza tal-konformità mat-termini tad-direttiva dwar il-komunikazzjoni tad-data.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Meta jibgħat l-ittra ta' informazzjoni, lid-detentur tal-vettura jew lill-persuna identifikata b'mod ieħor issusspettata li wettqet ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, l-Istat Membru tar-reat għandu, skont il-liġi tiegħu u din id-direttiva, jinkludi kwalunkwe informazzjoni rilevanti, partikolarment in-natura tar-reat relatat mas-sikurezza fit-toroq imsemmi fl-Artikolu 2, il-post, id-data u l-ħin tar-reat, u, fejn xieraq, id-data li tikkonċerna t-tagħmir li intuża biex ir-reat jiġi rreġistrat.

Meta jibgħat l-ittra ta' informazzjoni, b’konferma tal-wasla u fuq bażi strettament kunfidenzjali, lill-proprjetarju, lid-detentur tal-vettura jew lill-persuna identifikata b'mod ieħor issusspettata li wettqet ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, l-Istat Membru tar-reat għandu, skont il-liġi tiegħu u din id-Direttiva, jinkludi kwalunkwe informazzjoni rilevanti, partikolarment in-natura tar-reat relatat mas-sikurezza fit-toroq imsemmi fl-Artikolu 2, il-post, id-data u l-ħin tar-reat, it-testi tal-liġi nazzjonali miksura u s-sanzjoni korrispondenti u, fejn xieraq, id-data li tikkonċerna t-tagħmir li intuża biex ir-reat jiġi rreġistrat.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni dwar in-natura, id-data u l-ħin tar-reat, kif ukoll il-liġi miksura u s-sanzjoni involuta, tikkostitwixxi informazzjoni essenzjali li għandha, fil-każijiet kollha, tingħata fl-ittra ta’ informazzjoni.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Is-sid, id-detentur tal-vettura jew persuna oħra identifikata u ssuspettata li wettqet ir-reat tat-traffiku marbut mas-sikurezza fit-toroq, għandu/ha j/tingħata notifika permezz tal-ittra ta’ informazzjoni li d-data personali tiegħu/tagħha se tkun ittrattata skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/977/ĠAI u għandha tindika d-drittijiet tiegħu/tagħha għal dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess, it-tiswija u t-tħassir, kif imsemmi fl-Artikolu 17 u 18 ta’ din id-Deċiżjoni ta' Qafas.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ddaħħal mill-ġdid l-ewwel qari tal-Parlament dwar l-ittra ta' informazzjoni.

Emenda  24

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni sa erbgħa u ħamsin xahar u mbagħad kull sentejn. Ir-rapport għandu jindika n-numru tat-tiftix awtomatizzat imwettaq mill-Istat Membru tar-reat indirizzat lill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni wara li jitwettqu reati fit-territorju tiegħu, flimkien man-numru ta' talbiet li fallew u r-raġunijiet għal tali talbiet.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni sa erbgħa u għoxrin xahar u mbagħad kull sentejn. Ir-rapport għandu jindika n-numru tat-tiftix awtomatizzat imwettaq mill-Istat Membru tar-reat indirizzat lill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni wara li jitwettqu reati fit-territorju tiegħu, flimkien mat-tipi ta' reati li għalihom ġew indirizzati t-talbiet, in-numru ta' talbiet li fallew, in-natura ta' tali talbiet, in-numru ta' rifjuti kontra t-talbiet mill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni u n-numru ta' ittri bl-informazzjoni li ntbagħtu mill-Istat Membru tar-reat.

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut tal-obbligi ta' rappurtar għandu jitlesta sabiex jiġi kkjarifikat in-numru ta' rifjuti, it-tip ta' reati u n-numru ta' ittri ta' informazzjoni li ntbagħtu.

Emenda  25

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – l-ewwel paragrafu

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali għandhom japplikaw għad-data personali pproċessata skont din id-Direttiva.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali għandhom japplikaw għad-data personali pproċessata skont din id-Direttiva. Għandhom jiżguraw li d-data trażmessa tiġi ttrattata b’kunfidenzjalità u li s-soġġett tad-data jkun jaf dwar id-drittijiet tiegħu għall-aċċess għad-data personali tiegħu, u għar-rettifika u t-tħassir ta’ din id-data u li jiġi evitat li kwalunkwe tip ta’ data personali li tinġabar taħt din id-Direttiva tintuża għal raġunijiet barra dawk speċifikament relatati mas-sikurezza fit-toroq. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra ma għandhomx jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta mill-Istat tar-reat. Dik l-informazzjoni għandha tintbagħat biss għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva u, meta jingħalqu l-proċedimenti, id-data kollha għandha titħassar b'mod li jista' jiġi vverifikat. L-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandu jirreġistra biss id-data (meta) u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membri tar-reat li lilha ntbagħtet l-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emeda terġa' tintroduċi l-ewwel qari tal-Parlament u hija mmirata biex tiggarantixxi d-dritt tal-persuna identifikata. tipprojbixxi l-ħżin ta' data miġbura u tillimita l-użu tagħħa għall-fini ta' din id-Direttiva u tikkjarifika l-użu u l-irekkordjar ta' data mill-Istat Membru ta' reġistrazzjoni u reat.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Kwalunkwe persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb informazzjoni dwar liema data personali rreġistrata fl-Istat tar-reġistrazzjoni ġiet trażmessa lill-Istat Membru li ressaq it-talba, inklużi d-data tat-talba u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reat. Kwalunkwe persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb informazzjoni dwar liema data personali ġiet irreġistrata fl-Istat Membri tar-reat.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiċċara l-użu u r-reġistrazzjoni ta’ data mill-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tar-reat.

Emenda  27

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 2 b (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Bla ħsara għall-osservanza tar-rekwiżiti proċedurali tal-mekkaniżmi ta’ appell u rikors tal-Istat Membru kkonċernat, kull persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb il-korrezzjoni ta’ kull data personali impreċiża jew it-tħassir immedjat ta’ kull data li tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ddaħħal mill-ġdid l-ewwel qari tal-Parlament u timmira li tiggarantixxi d-dritt tal-persuna identifikata li tikkoreġi d-data personali fil-każ fejn din tkun ineżatta.

Emenda  28

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-utenti tat-toroq it-tagħrif meħtieġ dwar il-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva f’assoċjazzjoni ma’ fost organizzazzjonijiet oħra, korpi tas-sikurezza fit-toroq, organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq jew il-klabbs tal-karozzi. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi r-regoli dwar il-limiti tal-veloċità jkunu jidhru fuq sinjali mqegħdin f'kull awtostrada li taqsam il-fruntieri tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ddaħħal mill-ġdid l-ewwel qari tal-Parlament. Hija ssaħħaħ l-obbligu li s-sewwieq jiġu mgħarrfa bl-implimentazzjoni tad-Direttiva u bir-regoli differenti tat-traffiku fl-Ewropa rigward il-limiti tal-veloċità.

Emenda                      29

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Id-Delega tas-setgħa

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8b rigward il-modifika tal-Anness Ia li jistipula r-rekwiżiti li għandhom jiġu rispettati meta jkunu qed jitmexxew it-tfittxijiet awtomatizzati, b'konformità mal-Artikolu 4(1).

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu ġdid idaħħal il-proċedura tal-att delegat għall-modifika tal-anness li fih ir-rekwiżiti tekniċi.

Emenda  30

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 b (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 8b

 

L-eżerċitar tad-delega

 

1. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

 

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Europew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard li tkun speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti delegati li diġa’ huma fis-seħħ.

 

4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika b’dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Kull att delegat adottat konformement mal-Artikolu 4(1) jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux għarrfu l-oppożizzjoni tagħhom fi żmien xahrejn li jiddekorru min-notifika tal-imsemmi att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dan iż-żmien, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex biħsiebhom jopponu. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu ġdid idaħħal il-proċedura tal-att delegat għall-modifika tal-anness li fih ir-rekwiżiti tekniċi li għandhom jiġu rispettati għall-iskambju tad-data.

Emenda  31

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 9

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Sa sittin xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva mill-Istati Membri, tivvaluta jekk reati oħra tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq għandhomx jiżdiedu mal-Artikolu 2 u, jekk xieraq, tagħmel proposta.

Sa sitta u tletin xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Dirtettiva mill-Istati Membri. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tiffoka b’mod partikolari fuq l-aspetti li ġejjin u għandha tagħmel proposti biex tkopri dawk l-aspetti:

 

- Il-valutazzjoni ta’ jekk reati oħra tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq għandhomx jiżdiedu mal-ambitu ta’ din id-Direttiva;

 

- Il-valutazzjoni tal-effikaċja ta’ din id-Direttiva dwar it-tnaqqis fil-għadd tal-imwiet fit-toroq tal-Unjoni, b’mod partikolari jekk l-effikaċja tagħha hijiex affettwata mill-kopertura ġeografika ta’ din id-Direttiva;

 

- Il-valutazzjoni tal-ħtieġa li t-tagħmir tal-ivverifikar awtomatiku u l-proċeduri jiġu armonizzati. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni hija mistiedna tiżviluppa linji gwida dwar is-sikurezza fit-toroq fil-livell tal-Unjoni fil-qafas tal-politika komuni tat-trasport bil-għan li tiġi żgurata konverġenza akbar tal-infurzar tar-regoli tat-traffiku tat-toroq mill-Istati Membri permezz ta’ metodi u prattiki komparabbli. Dawn il-linji gwida jistgħu jkopru mill-anqas in-nuqqas ta’ rispett għal-limiti tal-veloċità, is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, in-nuqqas tal-użu taċ-ċinturini tas-sikurezza u l-qbiż tad-dawl l-aħmar. Il-Kummissjoni għandha tqis l-orjentazzjonijiet għal-linji gwida msemmija fl-Anness Ib Parti I;

 

- Il-valutazzjoni tal-ħtieġa li jiġi msaħħaħ l-infurzar tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq permezz tal-proċeduri ta’ segwitu armonizzati tagħhom fil-każ tan-nuqqas ta’ ħlas ta’ penali finanzjarja, fil-qafas tal-politika komuni tat-trasport. Il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji elenkati fl-Anness Ib Parti II;

 

- Il-valutazzjoni tal-possibilità li r-regoli tat-traffiku jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni fejn ikun jixraq;

 

- Il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tas-softwer kif imsemmija fl-Artikolu 4(4), bil-ħsieb li tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa ta’ din id-Direttiva kif ukoll li jiġi ggarantit skambju effettiv, bil-ħeffa, sikur u kunfidenzjali ta' VRD speċifika.

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva għandu jagħti perspettiva biex ikompli jsir progress aktar fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq, speċjalment dwar l-armonizzazzjoni tal-proċeduri tal-infurzar, tal-kontrolli li jridu jsiru u tar-regoli tat-traffiku.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

1a. Fit-tħejjija tar-rieżami ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet kollha interessati relevanti tas-sikurezza fit-toroq, partikolarment l-assoċjazzjonijiet tal-vittmi, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tas-sikurezza fit-toroq (TISPOL), l-esperti, eċċ.

Emenda  33

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa erbgħa u għoxrin xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva, lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Iż-żmien għat-traspożizzjoni għandu jitqassar, peress li ma jidhirx li hu meħtieġ li jkun hemm sentejn żmien biex wieħed jikkonforma mal-obbligu li juża s-sistema EUCARIS, li diġà hija fis-seħħ.

Emenda  34

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness I a (ġdid)

 

 

 

Emenda

Anness Ia

Elementi tal-fatti magħrufa li għandhom x’jaqsmu mat-tiftixa - imsemmija fl-Artikolu 4

Punt

M/O

Rimarki

 

 

 

Fatti magħrufa (data) tal-vettura

M

 

L-Istat Membru ta' reġistrazzjoni

M

 

Numru tal-liċenzja

M

(A2)

Data relatata mar-reat

M

 

L-Istat Membru tar-reat

M

 

Data ta’ referenza tar-reat

M

 

Ħin ta’ referenza tar-reat

M

 

Għan tat-tiftixa

M

Kodiċi li jindika t-tip ta’ reat kif elenkat fl-Artikolu 2 tad-Direttiva

 

 

1 = Veloċità eċċessiva

 

 

2 = Sewqan taħt l-influwenza ta' xorb alkoħoliku

 

 

3 = Nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sikurezza

 

 

4 = Qbiż tad-dawl l-aħmar

 

 

5 = Sewqan f’korsija pprojbita

 

 

10 = Sewqan taħt l-influwenza tad-drogi

 

 

11 = Nuqqas li jintlibes elmu tas-sigurtà

 

 

12 = Użu llegali ta' telefon ċellulari jew ta' kwalunkwe tagħmir ieħor ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan

Elementi ta’ fatti magħrufa pprovduti - imsemmija fl-Artikolu 4

Parti I.                      Fatti magħrufa relatati ma' vetturi;

Punt

M/O

Rimarki

Numru tal-liċenzja

M

 

Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura/NIV

M

 

Pajjiż ta’ reġistrazzjoni

M

 

Għamla

M

(D.1(1)) e.ż. Ford, Opel, Renault, eċċ.

 

Deskrizzjoni kummerċjali tal-vettura

M

(D.3) eż. Focus, Astra, Megane

Kodiċi tal-Kategorija tal-UE

M

(J) motorini, ċiklomuturi, karozzi, eċċ.

Parti II.                     Fatti magħrufa relatati ma' proprjetarji jew detenturi tal-vettura.

Punt

M/O

Rimarki

Fatti magħrufa (data) tad-detenturi tal-vettura

 

(C.1(2))Id-data tirreferi għad-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni speċifiku.

 

Kunjom u isem kummerċjali

M

(C.1.1.)

 

 

għandhom jintużaw taqsimiet separati għall-kunjom, l-infissi, titli, eċċ., u l-isem f’format li jista’ jiġi stampat għandu jiġi komunikat

isem(ismijiet) oħra jew inizjali (fejn xieraq)

M

(C.1.2)

 

 

għandhom jintużaw taqsimiet separati għall-isem(ismijiet) u l-inizjali, u l-isem f’format li jista’ jiġi stampat għandu jiġi komunikat

indirizz fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni fid-data tal-ħruġ tad-dokument

M

(C.10.3)

 

 

għandhom jintużaw taqsimiet separati għat-Triq, in-Numru tad-dar u l-Anness, il-Kodiċi Postali, il-Post ta’ residenza, il-Pajjiż ta’ residenza, eċċ., u l-Indirizz f’format li jista’ jiġi stampat għandu jiġi komunikat

Ġeneru

O

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

individwu, assoċjazzjoni, kumpanija, ditta, eċċ.

Post tat-twelid

O

 

Numru tal-identità

O

Mezz ta’ identifikazzjoni li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija.

Fatti magħrufa (data) tas-sidien tal-vettura

 

Id-data tirreferi għas-sid tal-vettura

L-isem tas-sid (kumpanija)

M

(C.2.1)

L-ewwel isem

M

(C.2.2)

Indirizz

M

(C.2.3)

Ġeneru

O

raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

individwu, assoċjazzjoni, kumpanija, ditta, eċċ.

Post tat-twelid

O

 

Numru tal-identità

O

Mezz ta’ identifikazzjoni li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija.

 

 

Fil-każ ta’ vetturi għall-iskart, vetturi misruqa jew pjanċi tan-numru tal-karozza misruqin, jew reġistrazzjoni ta’ karozza li żmienha għadda ma għandu jiġi pprovdut l-ebda tagħrif dwar is-sid jew id-detentur. Minflok, għandu jintbagħat lura l-messaġġ “Tagħrif mhux żvelat”.

Ġustifikazzjoni

Dan l-anness ġdid huwa l-inserzjoni tal-Punt 1.2.2 tal-Kapitolu 3 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI b’xi adattamenti.

Emenda  35

Pożizzjoni tal-Kunsill

Annex I b (new)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Anness Ib

 

Parti I: orjentamenti għal-linji gwida għall-politika tas-sikurezza fit-toroq

 

Għandhom jiġu proposti linji gwida fil-livell tal-Unjoni bil-għan li tiġi żgurata konverġenza akbar fl-infurzar tar-regoli tat-traffiku tat-triq mill-Istati Membri permezz ta' metodi, prattiki, standards u frekwenza tal-kontrolli komparabbli.

 

1. L-użu ta' tagħmir ta' verifika awtomatika għall-veloċità fl-awtostradi, toroq sekondarji, u toroq urbani, għandu jiġi mħeġġeġ b'mod partikolari fuq dawk is-sezzjonijiet tan-netwerk tat-toroq fejn il-għadd ta' inċidenti kkawżati mill-veloċità eċċessiva huwa ogħla mill-medja. Dan l-użu għandu jipprova jiżgura kopertura ġeografika tajba tat-territorju ta’ kull Stat Membru.

 

2. Għandhom isiru sforzi speċifiċi rigward il-għadd tal-verifiki tal-veloċità bl-użu tat-tagħmir awtomatiku fl-Istati Membri fejn il-għadd tal-imwiet fit-toroq huwa ogħla mill-medja tal-UE jew fejn it-tnaqqis fil-għadd tal-imwiet fit-toroq huwa aktar baxx mill-medja tal-UE mill-2001 ’il hawn.

 

3. Għal dak li għandu x'jaqsam mas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, l-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti jwettqu testijiet b'mod każwali bħala prijorità fil-postijiet fejn, u fil-ħinijiet li fihom, spiss ikun hemm nuqqas ta' tħaris tal-liġi u jiżdied ir-riskju tal-inċidenti.

 

Proporzjoni sinifikanti ta’ sewwieqa għandu jiġi ttestjat kull sena.

 

4. Għal dak li għandu x'jaqsam mal-użu taċ-ċinturini ta' sikurezza, għandhom isiru operazzjonijiet intensivi ta' verifika matul perjodu determinat ta’ żmien fi kwalunkwe sena waħda mill-Istati Membri fejn proporzjon sinifikanti tal-utenti tat-triq ma jilbsux iċ-ċinturini tas-sikurezza, b’mod partikolari fil-postijiet fejn, u fil-ħinijiet li fihom, spiss ikun hemm nuqqas ta' tħaris tal-liġi.

 

5. Għal dak li għandu x'jaqsam man-nuqqas ta' waqfien meta d-dawl ikun aħmar, għandu jintuża t-tagħmir ta' verifika awtomatiku primarjament għal slaleb it-toroq li fihom ir-regoli jinkisru ta' spiss u jseħħ għadd ta' inċidenti ogħla mill-medja bħala riżultat tal-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku.

 

6. L-iskambju tal-prattiki tajba għandu jiġi ffaċilitat permezz tal-organizzazzjoni ta’ netwerks fil-livell tal-Unjoni u permezz tat-teknoloġiji moderni tal-informazzjoni; b'mod partikolari, l-Istati Membri li huma l-aktar avvanzati fil-qasam tal-verifika awtomatika għandhom jiġu inkoraġġiti jipprovdu assistenza teknika lil dawk l-Istati Membri li jitolbuha.

 

Parti II: kriterji għall-proċeduri tal-infurzar

 

Il-kriterji komuni għall-proċeduri tas-segwitu għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri fil-każ tan-nuqqas ta' ħlas ta' piena finanzjarja tkun xi tkun in-natura amministrattiva jew penali tas-sanzjoni u filwaqt li jiġu rispettati l-liġijiet u l-proċeduri tal-Istati Membri. Tali kriterji għandhom jiffokaw b’mod partikolari fuq:

 

- it-trasmissjoni tad-deċiżjoni finali bejn l-awtoritajiet kompetenti differenti tal-Istati Membri tar-reat u l-Istati Membri tar-residenza;

 

- l-għarfien u l-infurzar tad-deċiżjoni finali; jew in-nuqqas ta’ infurzar tad-deċiżjoni.

 

- l-informazzjoni tal-awtoritajiet rispettivi dwar id-deċiżjoni tal-infurzar.

Ġustifikazzjoni

Dan l-anness ġdid idaħħal mill-ġdid l-elementi prinċipali tal-ewwel qari tal-Parlament: il-linji gwida tas-sikurezza fit-toroq u l-kriterji ġenerali għall-proċeduri tal-infurzar. Dawk l-elementi għandhom jiġu eżaminati mill-Kummissjoni Ewropea fi proposta futura dwar is-sikurezza fit-toroq.

(1)

             Abbrevjazzjoni tad-dokumenti armonizzata, ara d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29.4.1999.

(2)

              Abbrevjazzjoni tad-dokumenti armonizzata, ara d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29.4.1999.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni għal strument legali ġdid

Il-White Paper dwar il-politika Ewropea dwar it-trasport ippubblikata fl-2001 kien fiha l-objettiv ambizzjuż li l-għadd tal-persuni li jinqatlu fit-toroq jonqos b’50% sal-2010 għall-Unjoni Ewropea. Imma dan il-progress seħħ l-aktar matul l-ewwel nofs tad-deċennju.. Mill-2005 ’l hawn it-tnaqqis fil-għadd tal-imwiet fit-toroq beda jmajna. Skont l-indikaturi tal-bażi tad-data tal-Komunita dwar l-inċidenti tat-toroq (CARE), fl-2009, l-għadd ta’ mwiet kompla jonqos bi 11%. B’mod ġenerali fid-deċennju mill-2001 sal-2009 l-għadd ta’ mwiet naqas bi 36%, li sfortunatament huwa inqas mill-objettiv tal-White Paper.

L-oriġini tal-proposta tal-Kummissjoni ġie minn studji li juru l-evidenza li dawk li mhumiex residenti huma mdaħħla f’għadd sproporzjonatament għoli ta’ inċidenti tat-traffiku, b’mod partikolari fir-rigward tas-sewqan b’veloċità eċċessiva. Madankollu, is-sanzjonijiet imposti għar-reati mwettqu fuq it-territorju tal-Istati Membri barra l-pajjiż ta' residenza tas-sewwieq spiss wisq mhumiex inforzati, b'mod partikolari għall-offiċi rreġistrati awtomatikament, li żdiedu ħafna bl-installazzjoni mifruxa ma' kullimkien tas-sistemi tar-radar awtomatiċi fit-toroq Ewropej. Din l-impunità relattiva ddgħajjef l-objettivi tas-sikurezza fit-toroq u ddgħajjef il-leġittimità ta' dawn il-kontrolli fil-għajnejn taċ-ċittadini Ewropej, li jargumentaw li kemm ir-residenti u kemm dawk mhux residenti għandhom jiġu ttrattati l-istess.

Il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tiffaċilita l-infurzar tal-penalitajiet kontra s-sewwieqa li jkunu wettqu reati relatati mal-eċċess ta’ veloċità, is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, in-nuqqas tal-użu taċ-ċinturin tas-sikurezza jew il-qbiż tad-dawl l-aħmar fi Stat Membru li ma jkunx pajjiżhom. Il-Kummissjoni deliberatament għażlet li tillimita l-ambitu tad-Direttiva għall-erba’ reati li huma responsabbli għall-parti l-kbira tal-imwiet u kollha huma meqjusa offiżi fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.

Il-proposta stabbilixxiet proċedura għall-iskambju ta’ tagħrif bejn l-Istati Membri permezz ta’ netwerk elettroniku ta’ skambju ta’data biex tiġi identifikata vettura li tkun wettqet reat. Wara l-identifikazzjoni, tintbagħat notifika tar-reat mill-awtorità relevanti fl-Istat tal-offiża lid-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata.

L-ewwel qari tal-Parlament

Il-Parlament Ewropew adotta fis-17 ta’ Diċembru 2008 b’maġġoranza kbira ħafna l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li ssaħħaħ il-proposta. Il-Parlament daħħal b’mod partikolari linji gwida dwar is-sikurezza fit-toroq għall-UE kollha bil-mira li jissaħħu l-prattiki tal-kontroll tas-sikurezza fit-toroq għas-sewqan b’veloċità eċċessiva, is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, l-użu taċ-ċinturini tas-sikurezza u l-qbiż tad-dawl l-aħmar billi jistabbilixxu kriterji komparabbli minimi. Il-Parlament daħħal ukoll Artikolu li jġiegħel lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jipprovdu lill-utenti tat-toroq it-tagħrif meħtieġ dwar il-miżuri li jimplimentaw id-Direttiva.

Il-Parlament lesta għalkollox ukoll is-segwitu tal-infrazzjnonijiet tat-traffiku tat-toroq (għarfien, trasmissjoni u infurzar ta' sanzjonijiet) billi daħħal dispożizzjonijiet ġodda rigward il-każijiet fejn il-penali finanzjarja ma tkunx ġiet imħallsa. Id-Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI għandha tapplika għall-penalitajiet f’sistema tal-liġi kriminali; għall-penali imposta skont sistema ta’ liġi amministrattiva, l-Istat tar-reat għandu jittrasmetti d-deċiżjoni finali lill-Istat ta’ residenza għall-infurzar. Bil-għan li jitqiesu dawn il-karatteristiċi nazzjonali speċifiċi, il-Parlament ippropona dispożizzjonijiet addizzjonali li jippermettu li d-deċiżjoni tal-penali tiġi trasmessa lill-awtoritajiet tal-Istat ta’ residenza tal-persuna li tkun wettqet ir-reat u li tiġi segwita minnhom.

Il-Parlament qies għadd ta’ punti ta’ tħassib li ssemmew mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) fl-opinjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008. Kellu l-intenzjoni b’mod partikolari li jkollu għadd ta’ drittijiet ipprovduti mid-Direttiva 95/45/KE li għandhom jiġu salvagwardjati u mnaqqxa fit-test tad-direttiva u fin-notifika tar-reat li tinsab fl-Anness.

Fl-aħħar, il-Parlament immira li jagħti perspettiva temporali għar-rinforzar u r-reviżjoni tad-Direttiva billi daħħal fid-direttiva obbligu li l-Kummissjoni tirrapporta, sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-direttiva, dwar l-implimentazzjoni tagħha u l-esperjenza miġbura wara din l-evalwazzjoni. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni se jkun rekwiżit li jagħmel proposti biex id-direttiva tiġi emendata, b’mod partikolari fir-rigward tal-effikaċja tal-implimentazzjoni, l-ambitu tagħha, il-prattiki ta' kontroll u l-istandardizzazzjoni tat-tagħmir tal-kontroll.

Il-pożizzjni tal-Kunsill fl-ewwel qari

Wara sentejn ta’ diskussjonijiet imblukkati, il-Kunsill wasal għal ftehim politiku fil-Kunsill tat-Trasport tat-3 ta’ Diċembru 2010. It-test tal-Kunsill sostitwixxa l-bażi legali preċedenti (Artikolu 91) b’Artikolu ġdid 87(2) tat-Trattat dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija dwar il-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta’ tagħrif relevanti"

Bil-bidla tal-bażi legali, saru modifiki maġġuri wkoll mill-Kunsill:

- Il-Kunsill ħassar kull referenza għall-proċeduri tal-infurzar fit-test billi llimita l-proposta għal skambju ta’ data. Iħalli l-infurzar li jkun fakultattiv, skont id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri differenti, u b’rispett għall-proċeduri nazzjonali. Ittra ta’ informazzjoni issa tieħu post in-notifika, li għaliha huwa proposta mudell fakultattiv.

- Din il-bażi legali ġdida kellha effett fuq l-implimentazzjoni ġeografika tad-Direttiva, peress li l-Artikolu 87(2) jinsab taħt l-“opt-in” (ir-Renju Unit u l-Irlanda) u l-“opt-out" (id-Danimarka) ta’ ċerti pajjiżi. Wara tliet xhur ta’ dibattitu intern, ir-Renju Unit u l-Irlanda ddeċidew li ma jagħżlux li jidħlu. Din id-deċiżjoni dispjaċenti ttellef it-trattament ġust u ugwali taċ-ċittadini Ewropej madwar l-Unjoni Ewropea u jdgħajjef l-effett ta’ deterrent li nxtara oriġinarjament.

Rigward l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri, il-Kunsill għamel l-għażla ċara li juża s-sistema EUCARIS, li hija netwerk integovernattiv użat għat-Trattat Prüm dwar il-kooperazzjoni kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. Dan it-Trattat jimmira li jiġġieled l-attivitajiet illegali transkonfinali bħalma huma t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata billi jiffaċilita l-iskambju ta' data personali u numri tar-reġistrazzjoni ta' vetturi. La l-Kummissjoni u l-anqas il-Parlament ma xtaqu jippronunċjaw li kienu favur sistema speċifika tal-iskambju tad-data, meta wieħed iqis li għandha tkun sistema Komunitarja determinata fi stadju aktar tard.

Il-Kunsill ippropona wkoll li jestendi l-ambitu billi jdaħħal erba’ infrazzjonijiet oħra: is-sewqan taħt l-effett tad-drogi, in-nuqqas ta' użu ta' elmu tas-sigurtà, sewqan f'korsija pprojbita, u l-użu illegali ta' telefon ċellulari jew ta' kwalunkwe tagħmir ieħor ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan. L-Istati Membri bejniethom ma jirrikonoxxux dawn l-infrazzjonijiet bl-istess mod, bħal pereżempju l-użu ta’ telefon ċellulari waqt is-sewqan. Għal oħrajn, bħas-sewqan taħt l-influwenza tad-drogi, it-tekniki mhumiex meqjusa mill-Istati Membri kollha li huma suffiċjenti biex jippermettu l-infurzar xieraq ta’ tali reat.

Dwari il-ħruġ ta’ tagħrif għas-sewwieqa, il-Kunsill żamm biss l-obbligu li l-Kummissjoni tipprovdi tagħrif lis-sewwieqa. Fir-rigward tal-linji gwida għas-sikurezza fit-toroq, ma ddaħħlet l-ebda referenza għall-proposta magħmula mill-Parlament. Fl-aħħar, dwar il-proċedura ta’ reviżjoni tad-Direttiva, il-Kunsill adotta verżjoni aktar ħafifa minn dawk proposti mill-Parlament billi llimita r-reviżjoni għall-estensjoni tal-ambitu mingħajr kwalunkwe perspettiva għall-infurzar tas-sanzjonijiet.

Il-fehmiet tar-rapporteur tagħkom

Ir-rapporteur tagħkom tilqa’ l-ewwel qari tal-Kunsill, li ġie adottat wara sentejn ta’ diskussjonijiet. Imma tiddeplora li fost il-bidliet sostanzjali ħafna dispożizzjonijiet proposti oriġinarjament mill-Kummissjoni u msaħħa mill-Parlament fl-ewwel qari ġew imħassra kompletament mit-test. Bħala konsegwenza, it-test il-ġdid issa huwa limitat għal skambju ta’ data bejn l-Istati Membri.

Ir-rapporteur tagħkom jiddispjaċiha ħafna wkoll li tliet Stati Membri għażlu li ma jipparteċipawx fid-Direttiva, peress li l-bażi legali l-ġdida magħżula mill-Kunsill ħalliet il-bieb miftuħ għall-“opt-in” tal-Irlanda u tar-Renju Unit u għall-“opt-out" tad-Danimarka. Din il-għażla se jkollha konsegwenti fuq it-trattament indaqs u ġust taċ-ċittadini Ewropej billi tippreserva sentiment ta’ impunità.

Ir-rapporteur tagħkom madankollu tqis li inkiseb pass importanti bl-adozzjoni tal-ewwel qari tal-Kunsill, li jirrappreżenta l-ewwel pass lejn politika komuni tat-trasport fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq. Il-Parlament issa għandu jieħu din l-opportunità biex jimxi ’l quddiem dwar il-politiki tas-sikurezza fit-toroq fil-livell tal-Unjoni. Din hija r-raġuni li għalija hija se tipproponi għadd limitat ta’ emendi bil-għan li jissaħħu ċerti dispożizzjonijiet tat-test tal-Kunsill u biex jiġi ggarantit li jittieħdu azzjonijiet futuri.

Ir-rapporteur tagħkom tipproponi li jiddaħħlu mill-ġdid fil-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari ċerti elementi tal-ewwel qari tal-Parlament filwaqt li fl-istess ħin jiġi ppriservat il-kompromess fraġli li ntlaħaq fil-Kunsill f'Diċembru. Ir-rapporteur tagħkom tqis li l-bażi legali proposta mill-Kunsill ma għandhiex tiġi modifikata, għalkemm kieku kienet tippreferi li baqgħet tinżamm il-bażi legali oriġinali tat-trasport.

Ir-rapporteur tagħkom tipproponi fir-rakkomandazzjoni tagħha l-emendi li ġejjin:

- Anness tekniku ġdid li jieħu post ir-referenza għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI dwar il-konvenzjoni Prüm. Dan l-anness ġdid għandu jiġi modifikat permezz tal-proċedura ta’ atti delegati;

- Qed jiddaħħlu xi kjarifiki dwar id-dispożizzjonijiet relatati mal-applikazzjonijiet tas-softwer u l-ittra ta’ tagħrif;

- L-obbligi ta’ rrappurtar li għandhom jiġu rrispettati mill-Istati Membri għandhom jiġu msaħħa rigward iż-żmien meta għandhom isiru u l-kontenut;

- Qed jiddaħħlu mill-ġdid element tal-ewwel qari tal-Parlament rigward il-ħarsien tad-data (Artikolu 7);

- Qed jiġi msaħħaħ ukoll l-obbligu li s-sewwieq jiġu mgħarrfa, skont l-ewwel qari tal-Parlament;

- L-Artikolu 9 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva huwa msaħħaħ u estiż għal kwestjonijiet oħra barra milli l-ambitu. Jitlob li ssir reviżjoni dwar il-proċeduri ta' infurzar, l-armonizzazzjni tar-regoli tat-traffiku u l-proċeduri ta' kontroll, kif deskritt f'anness ieħor ġdid, it-tieni wieħed, li jżomm fih l-elementi prinċipali tal-linji gwida proposti mill-Parlament fl-ewwel qari tiegħu.


Anness Ia

Elementi tal-fatti magħrufa li għandhom x’jaqsmu mat-tiftixa - imsemmija fl-Artikolu 4

Punt

M/O(1)

 

Rimarki

 

 

 

Fatti magħrufa (data) tal-vettura

M

 

L-Istat Membru ta' reġistrazzjoni

M

 

Numru tal-liċenzja

M

(A2)

Fatti magħrufa (data) tar-reat

M

 

L-Istat Membru tar-reat

M

 

Data ta’ referenza tar-reat

M

 

Ħin ta’ referenza tar-reat

M

 

Għan tat-tiftixa

M

Kodiċi li jindika t-tip ta’ reat kif elenkat fl-Artikolu 2 tad-Direttiva

 

 

1 = Veloċità eċċessiva

 

 

2 = Sewqan taħt l-influwenza tax-xorb

 

 

3 = Nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sikurezza

 

 

4 = Qbiż tad-dawl l-aħmar

 

 

5 = Sewqan f’korsija pprojbita

 

 

10 = Sewqan taħt l-influwenza tad-drogi

 

 

11 = Nuqqas li jintlibes elmu tas-sigurtà

 

 

12 = Użu llegali ta' telefon ċellulari jew ta' kwalunkwe tagħmir ieħor ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan

Elementi ta’ fatti magħrufa pprovduti - imsemmija fl-Artikolu 4

Parti I.                      Fatti magħrufa relatati ma' vetturi;

Punt

M/O(2)

 

Rimarki

Numru tal-liċenzja

M

 

Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura/NIV

M

 

Pajjiż ta’ reġistrazzjoni

M

 

Għamla

M

(D.1(3)) eż. Ford, Opel, Renault, eċċ.

 

Deskrizzjoni kummerċjali tal-vettura

M

(D.3) eż. Focus, Astra, Megane

Kodiċi tal-Kategorija tal-UE

M

(J) motorini, ċiklomuturi, karozzi, eċċ.

Parti II.                     Fatti magħrufa relatati ma' proprjetarji jew detenturi tal-vettura.

Punt

M/O(4)

 

Rimarki

Fatti magħrufa (data) tad-detenturi tal-vettura

 

(C.1(5)) Il-fatti magħrufa (data) jirreferu għad-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni speċifiku.

 

Kunjom u isem kummerċjali

M

(Ċ.1.1)

 

 

għandhom jintużaw taqsimiet separati għall-kunjom, l-infissi, titli, eċċ., u l-isem f’format li jista’ jiġi stampat għandu jiġi komunikat

isem(ismijiet) oħra jew inizjali (fejn xieraq)

M

(Ċ.1.2)

 

 

għandhom jintużaw taqsimiet separati għall-isem(ismijiet) u l-inizjali, u l-isem f’format li jista’ jiġi stampat għandu jiġi komunikat

indirizz fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni fid-data tal-ħruġ tad-dokument

M

(Ċ.1.3)

 

 

għandhom jintużaw taqsimiet separati għat-Triq, in-Numru tad-dar u l-Anness, il-Kodiċi Postali, il-Post ta’ residenza, il-Pajjiż ta’ residenza, eċċ., u l-Indirizz f’format li jista’ jiġi stampat għandu jiġi komunikat

Ġeneru

O

raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

individwu, assoċjazzjoni, kumpanija, ditta, eċċ.

Post tat-twelid

O

 

Numru tal-identità

O

Mezz ta’ identifikazzjoni li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija.

Fatti magħrufa (data) tas-sidien tal-vettura

 

(Ċ.2) Il-fatti magħrufa (data) jirreferu għas-sid tal-vettura (ripetuta daqs kemmhemm sidien)

Kunjom jew isem kummerċjali

M

(Ċ.2.1)

isem(ismijiet) oħra jew inizjali (fejn xieraq)

M

(Ċ.2.1)

indirizz fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni fid-data tal-ħruġ tad-dokument

M

(Ċ.2.3)

Ġeneru

O

raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

individwu, assoċjazzjoni, kumpanija, ditta, eċċ.

Post tat-twelid

O

 

Numru tal-identità

O

Mezz ta’ identifikazzjoni li jidentifika b’mod uniku lill-persuna jew lill-kumpanija.

 

 

Fil-każ ta’ vetturi għall-iskart, vetturi misruqa jew pjanċi tan-numru tal-karozza misruqin, jew reġistrazzjoni ta’ karozza li żmienha għadda ma għandu jiġi pprovdut l-ebda tagħrif dwar is-sid jew id-detentur. Minflok, għandu jintbagħat lura l-messaġġ “Tagħrif mhux żvelat”.

(1)

              M = Mandatarju meta hu disponibbli fir-reġistru nazzjonali, O = fakultattiv.

2              Abbrevjazzjoni tad-dokumenti armonizzata, ara d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29.4.1999

 

(2)

            M = Mandatarju meta hu disponibbli fir-reġistru nazzjonali, O = fakultattiv.

(3)

            Abbrevjazzjoni tad-dokumenti armonizzata, ara d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29.4.1999

(4)

              M = Mandatarju meta hu disponibbli fir-reġistru nazzjonali, O = fakultattiv.

(5)

              Abbrevjazzjoni tad-dokumenti armonizzata, ara d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29.4.1999


PROĊEDURA

Titolu

L-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq

Referenzi

17506/1/2010 – C7-0074/2011 – 2008/0062(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

17.12.2008                     T6-0616/2008

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2008)0151 - C6-0149/2008

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

24.3.2011

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

24.3.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Inés Ayala Sender

18.4.2008

 

 

 

Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

 

Eżami fil-kumitat

14.2.2011

12.4.2011

23.5.2011

 

Data tal-adozzjoni

24.5.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Ryszard Czarnecki, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Ville Itälä, Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Debora Serracchiani, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bradbourn, Guido Milana, Dominique Riquet, Alfreds Rubiks, Laurence J.A.J. Stassen

Data tat-tressiq

31.5.2011

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Ġunju 2011Avviż legali