Proċedura : 2009/0089(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0241/2011

Testi mressqa :

A7-0241/2011

Dibattiti :

PV 04/07/2011 - 23
CRE 04/07/2011 - 23

Votazzjonijiet :

PV 05/07/2011 - 7.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0304

RAPPORT     ***I
PDF 595kWORD 749k
21 ta' Ġunju 2011
PE 440.994v02-00 A7-0241/2011

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja

(COM(2010)0093 – C7-0046/2009 – 2009/0089(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Carlos Coelho

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja

(COM(2010)0093 – C7-0046/2009 – 2009/0089(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0093),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 77(2)(a) u (b), 78(2)(e), 79(2)(c), 74, 82(1)(d) u 87(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0046/2009),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tas-7 ta' Diċembru 2009(1),

–   wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta' Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0241/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsell annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

EMENDI TAL-PARLAMENT*

għall-proposta tal-Kummissjoni/għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT (UE) Nru …/… TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 77(2)(a) u (b), 78(2)(e), 79(2)(c), 74, 82(1)(d), 85(1), 87(2)(a) u 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)         Is-Sistema tal-Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) ġiet stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II)(3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533//JHA tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)(4). Skont ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/JHA il-Kummissjoni, waqt il-perjodu tranżitorju, se tkun responsabbli mit-tmexxija operattiva tas-SIS II Ċentrali. Wara l-perjodu ta' tranżizzjoni, Awtorità ta' Tmexxija se tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-SIS II Ċentrali u ċerti aspetti oħra tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

(2)         Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)(5). Skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju bejn l-Istati Membri ta' dejta dwar viżi għal terminu qasir ta' żmien (ir-Regolament tal-VIS)(6) il-Kummissjoni hija responsabbli għat-tmexxjia tal-VIS waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni. Wara dak il-perjodu ta' tranżizzjoni, Awtorità ta' Tmexxija għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-VIS Ċentrali, l-interfaċċji nazzjonali u ċerti aspetti tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

(3)         Il-EURODAC kien imwaqqaf mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta' Diċembru 2000 dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin(7). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2002 tat-28 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi ċerti regoli biex jimplimetaw ir-Regolament ta-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 dwar it-twaqqif tal-"Eurodac" għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin(8) ippreveda dispożizzjonijiet implimentattivi neċessarji. ▌

(4)         Sabiex tkun żgurata t-tmexxija operattiva tas-SIS II, tal-VIS u tal-EURODAC u ta' partijiet mill-infrastruttura tal-komunikazzjoni wara l-perjodu ta' tranżizzjoni u potenzjalment sistemi oħra fuq skala kbira tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) fiż-żona tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, soġġett għall-adozzjoni ta' strumenti legali separati, huwa meħtieġ li tkun stabbilita Awtorità ta' Tmexxija.

(5)         Bil-ħsieb li jkun hemm sinerġiji, huwa meħtieġ li t-tmexxija operattiva ta' dawn is-sistemi tal-IT fuq skala kbira ssir minn entità waħda, li tibbenifika minn ekonomiji ta' skala, toħloq massa kritika u tiżgura l-ogħla possibbiltà ta' rata ta' użu tal-kapital u tar-riżorsi umani.

(5a)       Fid-dikjarazzjonijiet konġunti li jakkumpanjaw l-istrumenti legali SIS II u VIS, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni tippreżenta, wara valutazzjoni tal-impatt, il-proposti leġiżlattivi meħtieġa biex it-tmexxija operattiva fit-tul tas-SIS II Ċentrali u partijiet mill-infrastruttura tal-komunikazzjoni, kif ukoll il-VIS, jgħaddu f'idejn Aġenzija.

(6)         Billi l-Awtorità ta' Tmexxija għandha tkun awtonoma legalment, amministrattivament, u finanzjarjament għandha tkun imwaqqfa fil-forma ta' aġenzija regolatorja b'personalità ġuridika. Kif kien miftiehem, is-sede tal-Aġenzija għandha tkun f'Talinn (Estonja). Madankollu, billi l-kompiti marbuta mal-iżvilupp tekniku u t-tħejjija għat-tmexxija operattiva ta' SIS II u VIS diġà twettqu fi Strasburgu (Franza) u sit alternattiv għal dawn is-sistemi tal-IT kien diġà installat f'Sankt Johann im Pongau (Awstrija), dan ma għandux jinbidel. Dawn iż-żewġ siti għandhom ikunu wkoll il-postijiet, rispettivament, fejn għandhom jitwettqu l-kompiti marbuta mal-iżvilupp tekniku u t-tmexxija operattiva ta' EURODAC u fejn għandu jiġi stabbilit sit alternattiv għal EURODAC. Dan għandu jkun il-każ ukoll rigward, rispettivament, l-iżvilupp tekniku u t-tmexxija operattiva ta' sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u sit alternattiv li kapaċi jiżgura l-operat ta' sistema tal-IT fil-każ li dik is-sistema ma taħdimx, jekk dan ikun previst fl-istrument leġiżlattiv rilevanti.

(7)         B'konsegwenza, il-kompiti tal-Awtorità tat-Tmexxija stabbliti mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u mir-Regolament (KE) Nru 767/2008 ▌ għandhom ikunu eżerċitati mill-Aġenzija. Dawn il-kompiti jiġbru fihom żvilupp tekniku addizzjonali.

(7a)       Skont ir-Regolamenti (KE) Nru 2725/2000 u (KE) Nru 407/2002, għandha tiġi stabbilita Unità ċentrali fil-Kummissjoni li tkun responsabbli għall-operat tal-bażi ta' data ċentrali ta' Eurodac u kompiti oħra marbuta magħha. Sabiex tisfrutta s-sinerġiji, l-Aġenzija għandha tissostitwixxi l-Kummissjoni fir-rigward tal-kompiti tagħha marbuta mat-tmexxija operattiva ta' Eurodac inklużi ċerti kompiti marbuta mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni sa mid-data li fiha l-Aġenzija tassumi r-responsabbiltajiet tagħha.

(7b)       Il-missjoni ewlenija tal-Aġenzija hija li tissodisfa l-kompiti tat-tmexxija operattiva għas-SIS II, il-VIS u l-EURODAC u, jekk ikun deċiż hekk, ta' sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għal miżuri tekniċi meħtieġa mill-kompiti fdati lilha, li ma jkunux ta' natura normativa. Dawn ir-responsabbiltajiet għandhom ikunu bla ħsara għall-kompiti normativi riżervati għall-Kummissjoni biss jew megħjuna minn Kumitat fl-istrumenti legali rispettivi li jirregolaw is-sistemi mmexxijja operattivament mill-Aġenzija.

(8)         Barra minn dan, l-Aġenzija għandha twettaq kompiti marbuta mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tal-VIS, is-SIS II u l-EURODAC u ta' sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira li jistgħu jkunu fdati lilha fil-futur.

(9)         Barra minn hekk, l-Aġenzija tista' wkoll tingħata r-responsabblità għat-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira addizzjonali ▌ fl-applikazzjoni tat-Titlu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE"). ▌L-Aġenzija għandha tkun fdata b'dawn il-kompiti biss permezz ta' strumenti legali sussegwenti u separati, wara li tkun saret valutazzjoni tal-impatt.

(9a)       L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-monitoraġġ tar-riċerka u għal skemi pilota, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 49(6)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(9), għal sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-applikazzjoni tat-Titolu V tat-TFUE, wara talba speċifika u preċiża tal-Kummissjoni u skont l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. Meta tiġi fdata bi skema pilota, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-Istrateġija għall-Ġestjoni tal-Informazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

(10)       Li tiġi fadata Aġenzija b’sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja ma taffetwax ir-regoli speċifici applikabbli għal dawk is-sistemi. B'mod partikolari, ir-regoli speċifiċi li jirregolaw l-għan, id-drittijiet għall-aċċess, il-miżuri ta' sigurtà u l-ħtiġijiet oħra ta' protezzjoni tad-dejta ta’ kull sistema tal-IT fuq skala kbira li l-Aġenzija ġiet fdata bit-tmexxija operattiva tagħha, huma kollha applikabbli.

(11)       L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord Ta' Tmexxija sabiex jikkontrollaw effettivament il-funzjonijiet tal-Aġenzija. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun mogħti s-setgħat meħtieġa biex jadotta, b'mod partikolari, il-programm ta' ħidma annwali, iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Aġenzjia, jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv u jistabbilixxi proċeduri biex jittieħdu deċiżjonijiet relatati mal-kompiti operattivi tal-Aġenzija mid-Direttur Eżekuttiv.

(11a)     Fir-rigward tas-SIS II, l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u Eurojust, li t-tnejn li huma għandhom id-dritt li jkollhom aċċess għad-dejta li tiddaħħal fis-SIS II f'applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA u li jfittxu fiha, għandu jkollhom status ta' osservaturi fil-laqgħat tal-Bord tal-Ġestjoni meta jkunu fuq l-aġenda kwistjonijiet li jirrigwardaw l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA. Il-Europol u l-Eurojust għandhom it-tnejn li huma jkunu jistgħu jappuntaw rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-SIS II kif stabbilit taħt l-Artikolu 16(1)(a).

(11b)     Fir-rigward tal-VIS, l-Europol għandu jingħata l-istatus ta' osservatur fil-laqgħat tal-Bord tal-Ġestjoni, meta mistoqsija fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra(10), tkun fuq l-aġenda. L-Europol għandu jkun jista' jappunta rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-VIS stabbilit taħt l-Artikolu 16(1)(b).

(11c)     L-Istati Membri għandu jkollhom drittijiet tal-vot fil-Bord tal-Ġestjoni tal-Aġenzija rigward sistema tal-IT fuq skala kbira sakemm ikunu marbuta skont il-liġi tal-Unjoni bi kwalunkwe strument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-operazzjoni u l-użu ta' dik is-sistema partikolari. Id-Danimarka wkoll għandu jkollha drittijiet tal-vot rigward sistema tal-IT fuq skala kbira, jekk tiddeċiedi skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u mat-TFUE li timplimenta l-istrument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-operazzjoni u l-użu ta' dik is-sistema partikolari tal-IT fuq skala kbira fil-liġi nazzjonali tagħha.

(11d)     L-Istati Membri għandhom jaħtru Membru fil-Grupp Konsultattiv rigward sistema tal-IT fuq skala kbira, jekk ikunu marbuta skont il-liġi tal-Unjoni bi kwalunkwe strument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-operazzjoni u l-użu ta' dik is-sistema partikolari. Barra minn hekk, id-Danimarka għandha taħtar Membru fil-Grupp Konsultattiv rigward sistema tal-IT fuq skala kbira, jekk tiddeċiedi skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka li timplimenta l-istrument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-operazzjoni u l-użu ta' dik is-sistema partikolari fil-liġi nazzjonali tagħha.

(12)       In order to guarantee its full autonomy and independence, the Agency should be granted an autonomous budget with revenue from the general budget of the European Union. Il-finanzjament tal-Aġenzija huwa suġġett għall-ftehim mill-awtorità baġitarja kif stabbilit fil-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba. Il-proċeduri baġitarji u ta' kwittanza tal-Unjoni għandhom japplikaw ▌. l-verifika tal-kontijiet u tal-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet li jaqgħu taħthom għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri.

(13)       Fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-Aġenzija għandha tikkopera ma' aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea, speċjalment l-aġenziji mwaqqfa fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u b’mod partikulari l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali. Għandha wkoll tikkonsulta u tagħti segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni rigward is-sigurtà tan-netwerks, meta jkun xieraq.

(14)       Meta tiżgura l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, l-Aġenzija għandha ssegwi l-istandards Ewropej u internazzjonali b'konsiderazzjoni tal-ogħla ħtiġijiet professjonali, b'mod partikulari l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar il-Ġestjoni tal-Informazzjoni.

(15)       Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data(11) japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali min-naħa tal-Aġenzija. Dan ir-Regolament jipprovdi, fost l-oħrajn, li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu l-poter li jkollu aċċess mill-Aġenzija għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-investigazzjonijiet tiegħu jew tagħha. Skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li ta l-opinjoni tiegħu fis-7 ta' Diċembru 2009.

(16)       Sabiex imexxi 'l quddiem il-funzjonament trasparenti tal-Aġenzija, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(12) għandu japplika għall-Aġenzija. L-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom ikunu soġġetti għall-iskrutinju tal-Ombudsman skont l-Artikolu 228 tat-TFUE.

(17)       Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(13) għandu japplika għall-Aġenzija, li għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f'dak li għandu x'jaqsam mal-investigazzjonijiet interni tal-Uffiċċju ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(14).

(17a)     L-Istati Membri ospitanti tal-Aġenzija għandhom jipprovdu l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex ikun żgurat it-tħaddim bla xkiel tal-Aġenzija, eż. inklużi edukazzjoni multilingwali b'dimensjoni Ewropea u konnessjonijiet ta' trasport xierqa.

(18)       Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet ta' impjieg miftuħa u trasparenti u t-trattament ugwali tal-persunal, ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieġ ta' Uffiċjali oħra tal-unjoni Ewropea stipulati fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68(15) ("ir-Regolamenti tal-Persunal") għandhom japplikaw għall-persunal u għad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija, inkluż ir-regoli tas-sigriet professjonali jew dmirijiet oħra ekwivalenti ta' kunfidenzjalità.

(19)       L-Aġenzija hija korp stabbilit mill-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 185(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 ▌ u għandha tadotta r-regoli finanzjarji tagħha skont dan.

(20)       Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(16) għandu japplika għall-Aġenzija.

(21)       Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif ta' Aġenzija fuq livell tal-Unjoni, responsabbli mit-tmexxija operattiva u meta jkun xieraq mill-iżvilupp tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell ta’ Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawn l-objettivi.

(22)       Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6(2) tat-TUE u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(23)       F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-TUE u ▌ mat-TFUE, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u la hija marbuta bih u lanqas hija suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Minħabba li dan ir-Regolament, fir-rgward tas-SIS II u l-VIS, jibni fuq l-acquis ta' Schengen, ▌ id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, jekk hijiex se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha ▌. Skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli li jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ieħor u l-"Eurodac" għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin(17), id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar jekk hijiex se timplimenta il-kontenut ta' dan ir-Regolament, sakemm ikun jirrigwarda l-Eurodac.

(24)       Sakemm id-dispożizzjonijiet tiegħu jirrigwardaw is-SIS II kif irregolat bid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ir-Renju Unit qed jieħu sehem f'dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE, u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000, dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen(18). ▌ Sakemm id-dispożizzjonijiet tiegħu jirrigwardaw is-SIS II kif irregolat bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-VIS, li jikkostitwixxu żviluppi ta' dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit ma jiħux sehem fih skont id-Deċiżjoni 2000/365/KE ▌, ir-Renju Unit talab, b'ittra tal-5 ta' Ottubru 2010 lill-President tal-Kunsill, li jkun awtorizzat jiieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE. Bis-saħħa tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/779/UE tal-14 ta' Diċembru 2010(19), rigward dik it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq, ir-Renju Unit ġie awtorizzat jieħu sehen f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sakemm id-dispożizzjonijiet tiegħu jirrigwardaw id-dispożizzjonijiet tal-Eurodac, b'iittra tat-23 ta' Settembru 2009 lill-Kunsill, ir-Renju Unit innotifika r-rieda tiegħu li jiieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-qasma ta' libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-TUE u Mat-TFUE. ▌Għalhekk, ir-Renju Unit jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu ta' dan ir-Regolament, huwa marbut bih u huwa soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(25)       F’dak li għandu x'jaqsam mas-SIS II hekk kif irregolat mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u mal-VIS, dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen(20). L-Irlanda ma talbitx li tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE. Għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih u lanqas hija suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu safejn il-miżuri tiegħu ma jiżviluppawx dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen ▌ f'dak li jirrigwarda r-relazzjoni mas-SIS II hekk kif irregolat mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u mal-VIS. F’dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjonijiet tal-Eurodac, f'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja annessa mat-TUE u mat-TFUE, l-Irlanda mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u mhijiex marbuta minnu jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu ▌. Billi mhuwiex possibbli, b'dawn iċ-ċirkustanzi, li tkun żgurata l-applikabbiltà tar-Regolament għall-Irlanda fl-intier tiegħu skont l-Artikolu 288 TFUE, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u la mhija marbuta bih u lanqas hija soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, bla ħsara għad-drittijiet tagħha skont il-Protokolli msemmija hawn fuq.

(26)       Għal dak li għandu x'jaqsam mal-Islanda u n-Norveġja, f’dak li għandu x'jaqsam mas-SIS II u l-VIS, dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mar-Repubblika tal-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen(21), li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, punt A, B u G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim(22). Għal dak li għandu x'jaqsam mal-EURODAC, dan ir-Regolament jikkostitwixxi miżura ġdida dwar il-EURODAC fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mar-Repubblika tal-Islanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Islanda jew in-Norveġja. B'konsegwenza, soġġetta għad-deċiżjoni tagħhom biex jimplimentawh fl-ordni legali intern tagħhom, delegazzjonijiet mir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għandhom jipparteċipaw fil-Bord Ta' Tmexxija tal-Aġenzija ▌. Sabiex ikunu ddeterminati l-modalitajiet ulterjurież. id-drittijiet għall-vot, li jħallu l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja fl-attivitajiet tal-Aġenzija, għandu jiġi konkluż arranġament ieħor bejn l-Unjoni u dawn l-Istati.

(27)       Fir-rigward tal-Isvizzera, safejn għandu x'jaqsam mas-SIS II u l-VIS, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen(23), li jaqgħu fl-ambitu indikat fl-Artikolu 1, il-punti A, B u G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE(24). Għal dak li għandu x'jaqsam mal-EURODAC, dan ir-Reoglament jikkostitwixxi miżura ġdida dwar il-EURODAC fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mal-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Isvizzera. B'konsegwenza, soġġetta għad-deċiżjoni tagħhom biex jimplimentawh fl-ordni legali intern tagħhom, delegazzjonijiet mill-Konfederazzjoni Svizzera għandha tipparteċipa fil-Bord Ta' Tmexxija tal-Aġenzija ▌. Sabiex ikunu ddeterminati l-modalitajiet ulterjuri, eż. id-drittijiet għall-vot, li jħallu l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni tal-Isvizzera fl-attivitajiet tal-Aġenzija, għandu jiġi konkluż arranġament ieħor bejn l-Unjoni u l-Konfederazzjoni tal-Isvizzera.

(28)       Fir-rigward tal-Liechtenstein, safejn għandu x'jaqsam mas-SIS II u l-VIS, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fit-tifsira tal-Protokoll iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-assoċjazzjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen(25), li jaqa’ fl-ambitu tal-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, il-punti A, B u G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 moqrija flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE(26). Fir-rigward tal-EURODAC, dan ir-Reoglament jikkostitwixxi miżura ġdida dwar il-EURODAC fit-tifsira tal-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bjen il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-asil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Isvizzera(27). B'konsegwenza, id-delegazzjoni mill-Prinċipat tal-Liechtenstein għandha tipparteċipa fil-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija ▌. Sabiex ikunu ddeterminati l-modalitajiet ulterjuri, eż. id-drittijiet għall-vot, li jħallu l-parteċipazzjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein fl-attivitajiet tal-Aġenzija, għandu jiġi konkluż arranġament ieħor bejn l-Unjoni u l-Prinċipat tal-Liechtenstein.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT

Artikolu 1

It-twaqqif tal-Aġenzija

1.        Aġenzija Ewropea (“l-Aġenzija”) għat-tmexxija operattiva tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-EURODAC (minn hawn 'il quddiem magħrufa bħala "sistemi tal-IT fuq skala kbira) b'dan qed tkun stabbilita.

2.        L-Aġenzija tista' wkoll tingħata r-responsabblità għat-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira addizzjonali fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, biss jekk l-istrument leġiżlattiv rilevanti jipprevedi dan, abbażi tat-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), filwaqt li jitqiesu, meta jkun xieraq, l-iżviluppi fir-riċerka msemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament u r-riżultati tal-iskemi pilota msemmija fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.

3.        It-tmexxija operattiva għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha meħtieġa biex is-sistemi tal-IT fuq skala kbira msemmija fil-paragrafu 1 jinżammew jaħdmu skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal kull waħda minn dawk is-sistemi tal-IT fuq skala kbira, inkluża r-responsabbiltà għall-infrastruttura ta' komunikazzjoni użata mis-sistemi tal-IT fuq skala kbira. Dawk is-sistemi tal-IT fuq skala kbira m'għandhomx jiskambjaw data u/jew jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni u għarfien, sakemm dan ma jkunx previst minn bażi legali speċifika.

Artikolu 1a

Għanijiet

Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri taħt l-istrumenti li jirregolaw is-sistemi tal-IT fuq skala kbira msemmija fl-Artikolu 1, l-Aġenzija għandha tiżgura:

(a)      l-implimentazzjoni ta' operat effikaċi, sikur u kontinwu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira msemmija fl-Artikolu 1;

(b)      il-ġestjoni effiċjenti u finanzjarjament responsabbli ta' dawk is-sistemi tal-IT fuq skala kbira;

(c)       u livell adegwatament għoli ta' kwalità tas-servizz għall-utenti ta' dawk is-sistemi tal-IT fuq skala kbira;

(d)      kontinwità u servizz mingħajr interruzzjonijiet;

(e)       livell għoli ta' protezzjoni tad-data, skont ir-regoli applikabbli, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull sistema tal-IT fuq skala kbira msemmija fl-Artikolu 1;

(f)      livell xieraq ta' sigurtà fiżika u ta' data, skont ir-regoli applikabbli, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull sistema tal-IT fuq skala kbira msemmija fl-Artikolu 1; kif ukoll

(g)      l-użu ta' struttura adegwata għall- ġestjoni ta' proġetti għall-iżvilupp effiċjenti ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira.

KAPITOLU II

KOMPITI

Artikolu 2

Il-kompiti relatati mas-SIS II

L-Aġenzija għandha twettaq:

-          il-kompiti mogħtija lill-Awtorità ta' Tmexxija mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni ▌ 2007/533/ĠAI ▌;

-          kompiti relatati mat-taħriġ fl-użu tekniku tas-SIS II, b'mod partikolari għall-persunal ta' SIRENE u mat-taħriġ ta' esperti dwar l-aspetti tekniċi tas-SIS II fil-qafas tal-evalwazzjoni ta' Schengen.

Artikolu 3

Il-kompiti relatati mal-VIS

L-Aġenzija għandha twettaq:

-          ▌ il-kompiti mogħtija lill-Awtorità ta' Tmexxija mir-Regolament (KE) Nru 1987/767 u d-Deċiżjoni ▌ 2008/633/ĠAI;

-          ▌ kompiti relatati mat-taħriġ tekniku dwar l-użu tal-VIS.

Artikolu 4

Il-kompiti relatati mal-EURODAC

L-Aġenzija għandha twettaq:

-          ▌ il-kompiti mogħtija lill-Kummissjoni bħala l-awtorità responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-Eurodac skont ir-Regolament (KE) Nru 2725/2000 u (KE) Nru 407/2002;

-          il-kompiti li ġejjin relatati mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni: is-superviżjoni, is-sigurtà u l-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur;

-          kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tal-EURODAC.

Artikolu 4a

Il-kompiti relatati mal-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT oħra fuq skala kbira

Meta tingħata r-responsabbiltà tat-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT oħra fuq skala kbira għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 1(1), l-Aġenzija għandha twettaw kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku ta' dawk is-sistemi, kif ikun xieraq.

Artikolu 4b

Il-kompiti relatati mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni

1.        L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti relatati mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni mogħtija lill-Awtorità ta' Tmexxija mill-istrumenti legali li jirregolaw l-iżvilupp, it-twaqqif, l-operat u l-użu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira.

2.        Skont dawk l-istrumenti legali, il-kompiti relatati mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni (inklużi t-tmexxija u s-sigurtà operattivi) jinqasmu bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni. Biex tkun żgurata l-koerenza bejn l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet rispettivi tal-Kummissjoni u l-Aġenzija, għandhom isiru arranġamenti ta' ħidma operattiva bejniethom u li jkunu riflessi f'Memorandum ta' Ftehim.

3.        L-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandha titmexxa u tiġi kkontrollata b'mod adegwat biex titħares mit-theddidiet u biex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni u tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, inkluża d-data skambjata permezz tagħha.

4.        Għandhom jiġu adottati miżuri xierqa fosthom pjanijiet ta' sigurtà, inter alia, biex jiġu evitati l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali waqt trasferimenti ta’ data personali jew waqt trasportazzjoni ta’ medja tad-data b’mod partikolari b’tekniki kriptografiċi adatti. Għandu jkun żgurat li l-ebda informazzjoni operattiva marbuta mas-sistemi tiċċirkola fl-infrastruttura tal-komunikazzjoni mingħajr ma tkun kriptografata.

5.        Il-kompiti li jikkonċernaw it-tmexxija operattiva tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni jistgħu jiġu fdati f'idejn entitajiet jew korpi esterni mis-settur privat skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. F'tali każ, il-fornitur tan-netwerk għandu jkun marbut bil-miżuri ta' sigurtà msemmija fil-Paragrafu 3 u m'għandux ikollu aċċess għal data operattiva tal-VIS, l-EURODAC u s-SIS II u s-SIRENE relatata bl-ebda mezz.

6.        Bla ħsara għall-kuntratti eżistenti dwar in-netwerk tas-SIS II, il-VIS u l-Eurodac, il-ġestjoni tal-kriptografija tibqa' taħt il-kompetenza tal-Aġenzija u ma tista tiġi kkummissjonata lil ebda entità esterna tas-settur privat.

Artikolu 5

Il-monitoraġġ tar-riċerka

1.        L-Aġenzija għandha tagħmel monitoraġġ tal-iżviluppi fir-riċerka relevanti għat-tmexxija operattiva tas-SIS II, l-VIS u l-EURODAC u sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira ▌.

2.        L-Aġenzija għandha żżomm il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u, meta jkunu involuti kwistjonijiet ta' prtezzjoni tad-data, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data infurmati bl-iżviluppi msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi regolari.

Artikolu 6

L-Iskemi pilota

1.        Huwa biss fuq talba speċifika u preċiża tal-Kummissjoni, li tkun infurmat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-anqas tliet xhur qabel, u wara deċiżjoni mill-Bord ta' Tmexxija, li l-Aġenzija tista', skont l-Artikolu 9(1)(k), twettaq skemi pilota kif imsemmija fl-Artikolu 49(6)(a) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, għall-iżvilupp u/jew it-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira, fl-applikazzjoni tat-Titlu V tat-TFUE. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u, meta jkunu involuti kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiġu infurmati regolarment bl-evoluzzjoni ta' dawn l-iskemi pilota.

2.        L-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-iskemi pilota kif mitluba mill-Kummissjoni għandhom jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn sentejn finanzjarji suċċessivi.

KAPITOLU III

STRUTTURA U ORGANIZZAZZJONI

Artikolu 7

Status legali

1.        L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni u għandu jkollha personalità ġuridika.

2.        F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi l-iktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. Tista', b'mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti fi proċedimenti legali. Għandu jkollha wkoll is-setgħa li tikkonkludi ftehimiet dwar is-sede tal-Aġenzija u s-siti stabbiliti skont il-paragrafu 4 mal-Istati Membri li s-sede u s-siti tekniċi u ta' appoġġ jinsabu fit-territorji tagħhom (l-Istati Membri ospitanti).

3.        L-Aġenzija għandha tkun irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

4.       Is-sede tal-Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, għandha tkun f'Talinn, l-Estonja.

Il-kompiti relatati mal-iżvilupp u t-tmexxija operattiva msemmija fl-Artikolu 1(2), u fl-Artikoli 2, 3, 4 u 4b għandhom jitwettqu fi Strasburgu, Franza.

Sit ta' appoġġ li jkun kapaċi jiżgura l-operat ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-każ li dik is-sistema ma taħdimx, għandu jkun stabbilit f'Sankt Johann im Pongau, l-Awstrija, jekk dan ikun previst mill-istrument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment u l-użu ta' dik is-sistema.

Artikolu 8

Struttura

1.        L-istruttura amministrattiva u ta' tmexxija tal-Aġenzija għandha tiġbor fiha:

(a)       Bord Maniġerjali;

(b)       Direttur Eżekuttiv;

(c)       Gruppi Konsultattivi.

2.        L-istruttura tal-Aġenzija għandha tinkludi wkoll:

(a)       Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data;

   (b)       Uffiċjal għas-Sigurtà;

(c)       Uffiċjal tal-Kontabilità.

Artikolu 9

Setgħat tal-Bord ta' Tmexxija

1.        Sabiex ikun żgurat li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha, il-Bord ta' Tmexxija għandu ▌:

(a)       jaħtar u jekk relevanti, ikeċċi lid-Direttur Eżekuttiv, skont l-Artikolu 15;

(b)      jeżerċita awtortità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv u jissorvelja r-rendiment tiegħu fosthom l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija;

(c)       jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(d)      jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tal-Aġenzija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(f)  japprova l-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u Ftehimiet dwar is-siti tekniċi u ta' appoġġ stabbiliti skont l-Artikolu 7(4) li għandhom ikunu ffirmati mid-Direttur Eżekuttiv mal-Istati Membri ospitanti wara proposta mid-Direttur Eżekuttiv;

(g)       bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regloament tal-Persunal;

(ga)     jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa dwar l-issekondar ta' esperti nazzjonali għall-Aġenzija;

(gb)    jadotta programm ta' ħidma multiannwali bbażat fuq il-kompiti msemmija fil-Kapitolu II, li għandu jitfassal fuq il-bażi ta' abbozz imressaq mid-Direttur Eżekuttiv imsemmi fl-Artikolu 14, wara konsultazzjoni mal-Gruppi Konsultattivi msemmija fl-Artikolu 16, u wara li jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-programm ta' ħidma multiannwali, mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali tal-Unjoni, għandu jinkludi stima baġitarja multiannwali u evalwazzjonijiet ex ante sabiex tinħoloq struttura għall-objettivi u l-istadji differenti tal-ippjanar multiannwali;

(h)       jadotta l-pjan ta' politika multiannwali tal-persunal, u abbozz ta' programm annwali ta' ħidma u jibagħtu l-iktar tard sal-31 ta' Marzu kull sena lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja;

(i)        qabel it-30 ta' Settembru kull sena, u wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bi dritt għall-vot, u skont il-proċedura baġitarja annwali tal-Unjoni u l-programm leġiżlattiv tal-Unjoni fl-oqsma li jaqgħu taħt it-Titlu V tat-TFUE, il-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija tas-sena ta' wara; u jiżgura li l-programm ta' ħidma adottat ikun mibgħut lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni u ppubblikat;

(j)       qabel il-31 ta' Marzu kull sena, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena ta' qabel u jqabbel, b'mod partikulari, ir-riżultati miksuba mal-għanijiet tal-programm ta' ħidma annwali u jibagħtu l-aktar tard sal-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni ▌; ir-rapport annwali għandu jkun ippubblikat;

(k)      iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Aġenzija, inkluża l-implimentazzjoni tal-iskemi pilota kif imsemmi fl-Artikolu 6, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28, 29(6) u 30 ta' dan ir-Regolament;

(l)        jadotta regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija skont l-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament;

(m)      jaħtar ▌ uffiċjal tal-kontabilità li għandu jkun indipendenti fit-twettiq tal-ħidmiet tiegħu;

(ma)   jagħti segwitu xieraq lis-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn diversi rapporti ta' verifika u valutazzjonijiet, kemm interni kif ukoll esterni;

(n)       jadotta l-miżuri ta' sigurtà meħtieġa, inkluż pjan ta' sigurtà u pjan ta' kontinwità kummerċjali u ta' rkupru f'każ ta' diżastri, filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjonijiet possibbli tal-esperti tas-sigurtà fil-Gruppi Konsultattivi;

(na)    jaħtar uffiċjal għas-sigurtà;

(o)      jaħtar ▌ Uffiċjal dwar il-Protezzjoni tad-Dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001;

(p)      fi żmien sitt xhur mid-data ta' meta jibda japplika dan ir-Regolament, għandu jadotta arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

(q)      jadotta r-rapporti dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS II skont l-Artikolu 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 66(4) tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA rispettivament u tal-VIS skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-Artikolu 17(3) tad-Deċiżjoni 2008/633/JHA ▌;

(qa)    jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Unità Ċentrali tal-EURODAC skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 2725/2000;

(r)       jikkummenta dwar ir-rapporti dwar il-verifiki tas-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta skont l-Artikolu 45 tar-Regolament 1987/2006 u l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u jiżgura segwitu xieraq tal-verifiki;

(s)       jippubblika statistika relatata mas-SIS II skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 66(3) tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA rispettivament;

(sa)     jiġbor statistika dwar il-ħidma tal-Unità Ċentrali tal-EURODAC skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 2725/2000;

(t)       jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta' awtoritajiet kompetenti awtorizzati biex ifittxu direttament id-dejta li qegħda fis-SIS II skont l-Artikolu 31(8) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 46(8) u d-Deċiżjoni 2007/533/JHA, flimkien mal-lista ta' Uffiċċji N.SIS II u l-Uffiċċji SIRENE kif imsemmi fl-Artkolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA rispettivament;

(ta)     jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta' awtoritajiet deżinjati skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 2725/2000;

(u)       iwettaq kull kompitu ieħor mogħti lilu skont dan ir-Regolament.

2.        Il-Bord ta' Tmexxija jista' jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv rigward kull kwestjoni strettament relatata mal-iżvilupp u t-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira.

Artikolu 10

Kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija

1.        Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant ieħor mill-Kummissjoni.

2.        Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru l-membri tal-Bord ta' Tmexxija kif ukoll is-sostituti, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tlaqqa' lill-Bord ta' Tmexxija. Is-sostituti għandhom jirrappreżentaw lill-membri meta dawn ma jkunux hemm. ▌

3.        Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom ikunu maħtura fuq il-bażi tal-esperjenza u għarfien espert relevanti ta' livell għoli fil-qasam tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-ġustizzja, libertà u sigurtà, u tal-għarfien dwar il-protezzjoni tad-data.

4.        Il-mandat tal-membri għandu jkun ta' erba' snin. Jista' jiġi mġedded darba. Hekk kif jiskadi l-mandat tagħhom jew f'każ li jirriżenjaw, il-membri għandhom jibqgħu jżommu l-kariga tagħhom sakemm tiġġeddidilhom il-ħatra jew jiġu mibdula.

5.        Il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC għandhom jieħdu sehem fl-Aġenzija. Kull wieħed minnhom għandu jaħtar rappreżentant u sostitut fil-Bord ta' Tmexxija ▌.

Artikolu 11

Il-Presidenza tal-Bord Amministrattiv

1.        Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu.

2.        Il-mandat tal-President għandu jkun ta' sentejn u jista’ jiġġedded darba. Il-mandat tiegħu għandu jiskadi qabel jekk s-sħubija tiegħu/tagħha fil-Bord ta' Tmexxija tispiċċa.

3.        Il-President jista' jkun maħtur biss minn fost dawk il-membri li jkunu maħtura mill-Istati Membri li huma marbutin b'mod sħiħ skont il-liġi tal-Unjoni bl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw it-twaqqif, l-iżvilupp, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi kollha fuq skala kbira mmexxija mill-Aġenzija.

Artikolu 12

Il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija

1.        Il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jissejħu:

           (a)       fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu,

           (b)       fuq talba ta' mill-anqas terz tal-membri tiegħu,

           (c)       fuq talba tal-Kummissjoni jew

           (d)       fuq talba tad-Direttur Eżekuttiv.

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkollu mill-inqas laqgħa ordinarja waħda kull sitt xhur.

2.        Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jieħu sehem fil-laqgħat.

3.        Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija jistgħu ikunu megħjuna minn esperti li huma membri tal-Gruppi Konsultattivi.

4.        Il-Europol u l-Eurojust għandhom jingħataw l-istatus ta' osservaturi fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija, meta tkun fuq l-aġenda kwistjoni li tikkonċerna l-SIS II, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ▌ 2007/533/ĠAI. Il-Europol għandu jingħata wkoll l-istatus ta' osservatur fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija, meta tkun fuq l-aġenda kwistjoni li tikkonċerna l-VIS, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ▌ 2008/633/ĠAI.

5.        Il-Bord ta' Tmexxija jista' jistieden lil kwalunkwe persuna oħra, li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess, sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

6.        Is-Segretarjat tal-Bord ta' Ġestjoni għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija.

Artikolu 13

Votazzjoni

1.        Bla ħsara għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu kif ukoll tal-Artikolu 9(1)(i) u l-Artikolu 15(1), id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jitteħdu b'maġġoranza ▌ tal-membri kollha tiegħu li għandhom dritt għall-vot.

2.        Bla ħsara għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, kull membru tal-Bord ta' Tmexxija għandu jkollu vot wieħed.

3.        Kull membru maħtur minn Stat Membru li huwa marbut, skont il-liġi tal-Unjoni, bi kwalunkwe strument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, it-twaqqif, l-operat u l-użu ta' sistema tal-IT fuq skala kbira mmexxija mill-Aġenzija jista' jivvota fuq kwestjoni li għandha x'taqsma ma' dik is-sistema ta' IT fuq skala kbira. Barra minn hekk, fir-rigward tad-Danimarka, tista' tivvota dwar kwistjoni li tirrigward sistema tal-IT fuq skala kbira, jekk tiddeċiedi skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka li timplimenta l-istrument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, it-twaqqif, l-operat u l-użu ta' tali sistema tal-IT fuq skala kbira fil-liġi nazzjonali tagħha.

3a.      Rigward il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC, għandu japplika l-Artikolu 33.

4.        Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar jekk sistema tal-IT speċifika hiex affettwata mill-vot jew le, il-membri għandhom jiddeċiedu b'maġġoranza ta' żewġ terzi, li din mhix affettwata.

5.        Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija m'għandux jivvota.

6.        Arranġamenti iktar dettaljati ta' votazzjoni għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tal-Aġenzija, b'mod partikolari, il-kondizzjonijiet għal membru sabiex jaġixxi f'isem membru ieħor kif ukoll kwalunkwe ħtiġijiet tal-kworum, fejn xieraq.

Artikolu 14

Il-funzjonijiet u s-setgħat tad-Direttur Eżekuttiv

1.        L-Aġenzija għandha tkun immexxija u rrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

2.        Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu/ha. Bla ħsara għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u l-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv m'għandu la jfittex u lanqas jieħu istruzzjoniijiet minn xi gvern jew korp ieħor.

3.        Bla ħsara għall-Artikolu 9, id-Direttur Eżekuttiv għandu jassumi r-responsabbiltà sħiħa għall-kompiti fdati lill-Aġenzija u għandu jkun suġġett għall-proċedura annwali ta' kwittanza mill-Parlament Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit.

4.        Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija biex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu/ tagħha.

5.        Id-Direttur Eżekuttiv għandu ▌:

(a)       jiżgura t-tmexxija ta' kuljum tal-Aġenzija;

(b)      jieħu kull azzjoni meħtieġa biex jiżgura li l-Aġenzija topera skont dan ir-Regolament;

(c)       jipprepara u jimplimenta l-proċeduri, id-deċiżjonijiet, l-istrateġiji, il-programmi u l-attivitajiet adottati mill-Bord ta' Tmexxija, fil-limiti speċifikati min dan ir-Regolament, ir-regoli ta' implimetazzjoni tiegħu u kull liġi applikabbli;

(d)      jistabbilixxi u jimplimenta sistema effettiva biex tippermetti monitoraġġ u evalwazzjoni regolari tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, inklużi l-istatistika, u tal-Aġenzija, anke f'termini tal-ilħuq effikaċi u effiċjenti tal-għanijiet tal-Aġenzija;

(e)       jieħu sehem, mingħajr id-dritt għall-vot, fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija;

(f)       jeżerċita fir-rigward tal-impjegati tal-Aġenzija s-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 17(2) u jamministra kwestjonijiet tal-persunal;

(g)       bla ħsara għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal, jistabbilixxi rekwiżiti ta' kunfidenzjalità sabiex ikun konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA u l-Artikolu 26(9) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 rispettivament u sabiex jiġu applikati regoli xierqa ta' segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta' kunfidenzjalità għall-persunal kollu tiegħu li jrid jaħdem bid-data tal-Eurodac;

(h)       jinnegozja u, wara aprovazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija, jiffirma Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u Ftehimiet dwar is-siti tekniċi u ta' appoġġ mal-Gvernijiet tal-Istati Membri ospitanti.

6.        Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord ta' Tmexxija b'mod partikulari l-abbozzi għal:

(a)       il-programm ta' ħidma annwali u r-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija wara konsultazzjoni minn qabel mal-Gruppi Konsultattivi;

(b)      ir-regoli finanzjarji ġenerali applikabbli għall-Aġenzija;

(ba)    il-programm ta' ħidma multiannwali;

(c)       il-budget għas-sena li ġejja, stabbilit abbażi tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attivitajiet;

(d)      il-Pjan ta' Politika multiannwali tal-Persunal;

(e)       it-termini ta' referenza għall-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 27;

(f)       l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

(g)       il-miżuri ta' sigurtà meħtieġa, inkluż plan ta' sigurtà, u pjan għall-kontinwità kummerċjali u għall-irkupru mid-diżastri;

(h)       ir-rapporti dwar il-funzjonament tekniku ta' kull sistema tal-IT fuq skala kbira msemmija fl-Artikolu 9(1)(q) ta' dan ir-Regolament u r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Unità Ċentrali tal-Eurodac imsemmija fl-Artikolu 9(1)(qa) ta' dan ir-Regolament, fuq il-bażi tar-riżultati mill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

(i)        il-pubblikazzjoni annwali tal-lista tal-awtoritajiet kompetenti awtorizzati biex ifittxu direttament id-dejta fis-SIS II, inkluża l-lista ta' Uffiċċji N.SIS II u SIRENE, imsemmija fl-Artikolu 9(1)(t) ta' dan ir-Regolament u tal-lista tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 9(1)(ta) ta' dan ir-Regolament.

7.        Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq kull kompitu ieħor mogħti lilu skont dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv

1.        Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jinħatar ▌ għal perjodu ta' ħames snin mill-Bord ta' Tmexxija minn fost il-kandidati eliġibbli identifikati f'kompetizzjoni miftuħa organizzata mill-Kummissjoni. Din il-proċedura ta' għażla għandha twassal għall-pubblikazzjoni ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fi mkejjen oħrajn. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jeħtieġ proċedura ripetuta jekk ma jkunx sodisfatt bl-adegwatezza ta' kwalunkwe kandidat li jinsab fl-ewwel lista. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar abbażi tal-mertu personali tiegħu jew tagħha, l-esperjenza fil-qasam tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-ħiliet amministrattivi u ta' tmexxija. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjoni b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt għall-vot.

2.        Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' Tmexxija għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat(i) kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu/tagħhom. Wara din id-dikjarazzjoni, il-Parlament Ewropew għandu jadotta opinjoni li tagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-kandidat magħżul. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bil-mod li bih ikun ittieħed kont tal-opinjoni. L-opinjoni għandha titqies bħala personali u kunfidenzjali sakemm jinħatar il-kandidat ikkonċernat.

3.        Matul id-disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin, il-Bord ta' Tmexxija, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jwettaq evalwazzjoni. Fl-evalwazzjoni, il-Bord ta' Tmexxija għandu jivvaluta b'mod partikolari ▌ r-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif inkisbu. ▌

4.        Il-Bord ta' Tmexxija ▌, filwaqt li jqis ir-rapport ta' evalwazzjoni, u f'dawk il-każijiet biss fejn jista' jkun iġġustifikat mid-dmirijiet u l-ħtiġiet tal-Aġenzija, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal mhux iktar minn tliet snin.

5.        Il-Bord ta' Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tiegħu/tagħha, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat(i) kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu/tagħhom.

6.        Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti kont tal-attivitajiet tiegħu lill-Bord ta’ Tmexxija.

7.        Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-uffiċċju tiegħu mill-Bord ta' Tmexxija. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjoni b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt għall-vot.

Artikolu 16

Il-Gruppi Konsultattivi

1.        Il-Gruppi Konsultattivi li ġejjin għandhom jipprovdu lill-Bord ta' Tmexxija bl-għarfien espert relatat mas-sistemi tal-IT fuq skala kbira rispettivi u, b'mod partikolari fil-kuntest tal-preparazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali u r-rapport ta' attività annwali.

(a)       il-Grupp Konsultattiv tas-SIS II;

(b)      il-Grupp Konsultattiv tal-VIS;

(c)       il-Grupp Konsultattiv tal-EURODAC;

(d)      kull Grupp Konsultattiv ieħor li għandu x'jaqsam mas-sistema tal-IT fuq skala kbira meta dan ikun previst fl-istrument legali rilevanti li jirregola l-iżvilupp, it-twettiq, l-użu u l-operat ta' dik is-sistema.

2.        Kull Stat Membru, li jkun marbut skont il-liġi nazzjonali bi kwalunkwe strument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, it-twaqqif, l-operat u l-użu ta' sistema tal-IT partikolari fuq skala kbira, kif ukoll il-Kummissjoni, għandu jaħtar membru wieħed għall-Grupp ▌ Konsultattiv li jikkonċerna dik is-sistema, għal kariga ta' tliet snin, li tista' tkun imġedda.

Fir-rigward tad-Danimarka, għandha taħtar ukoll membru għal Grupp Konsultattiv rigward sistema, jekk tiddeċiedi skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka li timplimenta l-istrument leġiżlattiv li jirregola l-iżvilupp, it-twaqqif, l-operat u l-użu ta' dik is-sistema partikolari fil-liġi nazzjonali tagħha.

Kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, il-miżuri relatati mal-EURODAC u l-miżuri relatati ma' sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira li jieħu sehem f'sistema partikolari għandu jaħtar membru fil-Grupp Konsultattiv li jikkonċerna dik is-sistema.

3.        Europol u Eurojust jistgħu kull wieħed jaħtru rappreżentant għall-Grupp Konsultattiv SIS II. Europol jista' jaħtar rappreżentant għall-Grupp Konsultattiv VIS.

4.        Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija ma jistgħux ikunu membri tal-Gruppi Konsultattivi. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jkun intitolat biex jattendi l-laqgħat kollha tal-Gruppi Konsultattivi bħala osservaturi.

5.        Il-proċeduri għat-tħaddim u l-koperazzjoni tal-Gruppi Konsultattivi għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tal-Aġenzija.

6.        Fil-preparazzjoni ta' opinjoni, kull Grupp Konsultattiv għandu jagħmel dak li jista' sabiex jilħaq kunsens. Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, l-opinjoni għandha tkun il-pożizzjoni tal-maġġoranza tal-membri, inklużi r-raġunijiet għaliha. Il-pożizzjoni jew pożizzjonijiet tal-minoranza, inklużi r-raġunijiet għalihom, għandhom jiġu rreġistrati wkoll. L-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 13(3a) għandhom japplikaw f'dan is-sens. Il-membri li jirrappreżentaw il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis Schengen u mal-miżuri relatati mal-EURODAC għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-opinjonijiet dwar kwistjonijiet li mhumiex intitolati jivvutaw dwarhom.

7.        Kull Stat Membru, kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mal-miżuri relatati mal-EURODAC għandu jiffaċilita l-attivitajiet tal-Gruppi Konsultattivi.

8.        Għall-presidenza, l-Artikolu 11 għandu japplika hekk kif inhu.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 17

Persunal

1.        Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ("ir-Regolamenti tal-Uffiċjali") u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea ("il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg") stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) 259/68 ("ir-Regolamenti tal-Persunal), u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni ▌ sabiex ikunu applikati dawn ir-Regolamenti tal-Persunal ▌ għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija, u għad-Direttur Eżekuttiv.

1a.      Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Aġenzijal għandha tiġi kunsidrata bħala aġenzija fis-sens tal-Artikolu 1a(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali.

2.        Is-setgħat mogħtija mill-Awtorità tal-Ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u mill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti permezz tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg ta' Ħaddiema oħra għandhom ikunu eżerċitati mill-Aġenzija fir-rigward tal-pesunal tagħha stess.

2a.      Il-persunal tal-Aġenzija għandu jikkonsisti minn uffiċjali, persunal temporanju u/jew persunal kuntrattwali. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti l-kunsens tiegħu kull sena sakemm il-kuntratti li d-Direttur Eżekuttiv jippjan li jġedded isiru indefiniti skont il-Kundizzjonijiet tal-impjieg.

2b.      L-Aġenzija m'għandhiex tirrekluta persunal temporanju biex iwettaq dawk li huma meqjusa bħala kompiti finanzjarji delikati.

2c.      Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jissekondaw uffiċjali jew esperti nazzjonali lill-Aġenzija fuq bażi temporanja. Il-Bord ta' Tmexxija għadu, filwaqt li jitqies il-pjan ta' politika multiannwali għall-persunal, jadotta il-miżuri implimentattivi meħtieġa għal dak il-għan.

3.        Bla ħsara għall-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Persunal tal-Uffiċjali, l-Aġenzija għandha tapplika r-regoli xierqa ta' segretezza professjonali jew dmirijiet oħra ekwivalenti ta' kunfidenzjalità.

4.        Il-Bord ta' Tmexxija, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri ta' applikazzjoni meħtieġa, previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali.

Artikolu 18

L-interess pubbliku

Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri l-oħra tal-Gruppi Konsultattivi għandhom jaħdmu biex jaġixxu fl-interess pubbliku. Għal dan il-għan, dawn għandom jagħmlu dikjarazzjoni ta' impenn bil-miktub kull sena, li għandha ssir pubblika.

Il-lista tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandha tkun ippubblikata fis-sit tal-internet tal-Aġenzija.

Artikolu 19

Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u ftehimiet dwar is-siti tekniċi u ta' appoġġ

L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-Aġenzija fl-Istati Membri ospitanti u l-faċilitajiet li l-Istati għandhom jagħmlu disponibbli kif ukoll ir-regoli partikolari applikabbli fl-Istati Membri ospitanti ▌ lid-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, il-persunal tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali rigward is-sede tal-Aġenzija u fi Ftehimiet rigward is-siti tekniċi u ta' appoġġ, konklużi bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri ospitanti konkluż wara li jkun approvat mill-Bord ta' Tmexxija. ▌

Artikolu 20

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Aġenzija.

Artikolu 21

Responsabbiltà

1.        Ir-responsabilità kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun regolata bil-liġi applikabbli għall-kuntratt in kwestjoni.

2.        Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni biex li tagħti sentenza skont kwalunkwe klawżola ta' arbitraġġ li tinsab f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

3.        Fil-każ ta' responsabbiltà non-kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull ħsara kkawżata mid-dipartimenti tagħha jew mill-impjegati tagħha fit-twettieq ta' dmirijiethom.

4.        Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jirrelataw ma' kumpens għal kwalunkwe ħsara kif imsemmi fil-paragrafu 3.

5.        Ir-responsabbiltà personali tal-impjegati tal-Aġenzija lejn l-Aġenzija għandha tkun irregolati mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 22

Ir-reġim lingwistiku

1.        Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxu l-lingwa li għandha tintuża fil-Komunità Ekonomika Ewropea(28), għandhom japplikaw għall-Aġenzija.

2.        Bla ħsara għad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 342 tat-TFUE, il-programm ta' ħidma annwali u r-rapport ta' attività annwali msemmija fl-Artikolu 9 (1)(i) u (j), għandhom ikunu ppubblikati fil-lingwi kollha uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

3.        Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni ▌.

Artikolu 23

Aċċess għad-dokumenti

1.        Abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv, u mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data msemmija fl-Artikolu 34(2), il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta regoli dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Aġenzija, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001(29).

3.        Deċiżjonijiet meħudin miċ-Ċentru skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jikkawżaw l-preżentazzjoni ta' kwerela lill-Ombudsman jew jiffurmaw is-suġġett ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ▌, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 tat-TFUE rispettivament."

Artikolu 24

Tagħrif u komunikazzjoni

1.        L-Aġenzija għandha tikkomunika skont l-istrumenti li jirregolaw l-iżvilupp, it-twaqqif, l-użu u l-operat tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira msemmija fl-Artikolu 1 u fuq inizjattiva tagħha stess fl-oqsma fi ħdan il-kompiti tagħha. Għandha tiżgura b'mod partikolari li, minbarra l-pubblikazjoni speċifikata fl-Artikolu 9(1) (i),(j),(s),(t), l-Artikolu 27(3) u l-Artikolu 29(8), il-pubbliku u kull parti interessata jingħataw b'mod rapidu informazzjoni oġġettiva, ta' min jorbot fuqha u li tinftiehem faċilment fir-rigward tax-xogħol tagħha.

2.        Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

Artikolu 25

Protezzjoni tad-data

1.        Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data li japplikaw kif stipulat fl-istrumenti li jirregolaw l-iżvilupp, it-twaqqif, l-użu u l-operat tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, l-informazzjoni pproċessata mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 ▌.

2.        Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija, u b'mod partikolari it-Taqsima 8 dwar l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta ▌.

Artikolu 26

Regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux

klassifikata

1.        L-Aġenzija għandha tapplika l-prinċipji tas-sigurtà li hemm fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-regoli interni tal-proċedura(30). Dan għandu jkopri, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna tal-informazzjoni klassifikata inklużi miżuri dwar is-sigurtà fiżika.

2.        L-Aġenzija għandha tapplika wkoll il-prinċipji ta' sigurtà relatati mal-ipproċessar ta' informazzjoni sensittiva mhix klassifikata kif adottati u implimentati mill-Kummissjoni ▌.

2a.      Il-Bord ta' Tmexxija għandu, skont l-Artikoli 1A u 9(1)(n), jiddeċiedi dwar l-istruttura interna tal-Aġenzija meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-prinċipji tas-sigurtà xierqa.

Artikolu 26a

Is-sigurtà tal-Aġenzija

1.        L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għas-sigurtà u l-ħarsien tal-ordni fil-bini, is-sedi u l-art użati minnha. L-Aġenzija għandha tapplika l-prinċipji tas-sigurtà u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istrumenti li jirregolaw l-iżvilupp, it-twaqqif, l-użu u l-operat tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira msemmija fl-Artikolu 1.

2.        L-Istati Membri ospitanti għandhom jieħdu kull miżura effikaċi u adegwata biex iħarsu l-ordni u s-sigurtà fil-inħawi viċin il-bini, is-sedi u l-art użati mill-Aġenzija u għandhom jagħtu lill-Aġenzija l-protezzjoni xierqa, skont il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u l-Ftehimiet dwar is-siti tekniċi u ta' appoġġ rilevanti, filwaqt li jiggarantixxu l-aċċess liberu għl dan il-bini, dawn is-sedi u din l-art lil persuni awtorizzati mill-Aġenzija.

Artikolu 27

Evalwazzjoni

1.        Fi żmien tliet snin mid-data meta l-Aġenzija ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha, u kull erba' snin wara, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Bord ta' Tmexxija għandha twettaq evalwazzjoni tal-operat tal-Aġenzija. Din l-evalwazzjoni għandha teżamina l-mod li bih u l-livell li fih l-Aġenzija tikkontribwixxi b'mod effikaċi għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja u taqdi dmirijietha kif deskritti f'dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni għandha tevalwa wkoll ir-rwol tal-Aġenzija fil-kuntest ta' strateġija tal-Unjoni mmirata lejn ambjent tal-IT koordinat, kosteffikaċi u koerenti fil-livell tal-Unjoni li għandha tiġi stabbilita fis-snin li ġejjin.

2.        Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Bord ta' Tmexxija, għandha ▌toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar it-tibdiliet għal dan ir-Regolament, anke biek isir aktar konformi mal-istrateġija tal-Unjoni msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni ▌ għandha tibgħathom flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija, kif ukoll proposti xierqa, lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 28

Baġit

1.        Id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti, mingħajr preġudizzju għal tipi oħra ta' dħul, minn:

(a)       sussidju mill-Unjoni li hu mdaħħal fl-estimi ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Taqsima tal-Kummissjoni);

(b)      kontribut mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC;

(c)       kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istati Membri.

2.        The expenditure of the Agency shall include, inter alia, staff remuneration, administrative and infrastructure expenses, operating costs and expenditure relating to contracts or agreements concluded by the Agency. Kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal, filwaqt li jitqiesu l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija, abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara u għandu jgħaddihom lill-Bord ta' Tmexxija, flimkien ma' abbozz ta' pjan għat-twaqqif.

3.        Għandu jkun hemm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq tal-Aġenzija.

4.        Kull sena l-Bord ta' Tmexxija, fuq il-bażi ta' abbozz imfassal mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jadotta abbozz tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara.

5.        L-abbozz tad-dikjarazzjoni ta' stima tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija u l-linji gwida ġenerali li jiddeskrivu dik l-istima, għandhom ikunu trażmessi mill-Bord ta' Tmexxija lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC sal-10 ta' Frar ta' kull sena u l-abbozz tad-dikjarazzjoni ta' stima finali sal-31 ta' Marzu.

6.        Mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu kull sena, il-Bord ta' Tmexxija għandu jissottometti lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja:

(a)       l-abbozz tal-programm ta' ħidma annwali tiegħu;

(b)      il-Pjan multiannwali aġġornat tiegħu tal-Politika tal-Persunal, stabbilit skont il-linji gwida stipulati mill-Kummissjoni,

(c)       informazzjoni dwar in-numru ta' uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali if iddefiniti fir-Regolamenti tal-Persunal għas-snin n-1 u n kif ukoll stima għas-sena n+1,

(d)      informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji mogħtija mill-Istati Membri ospitanti lill-Aġenzija;

(e)       stima tal-bilanċ tal-kont tar-riżultat għas-sena n-1.

7.        Id-dikjarazzjoni ta' estimi għandha tintbagħat mill-Kummissjoni ▌ lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz ▌ tal-baġit ġenerali tal-Unjoni ▌.

8.        Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz ▌ tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-estimi li hi tikkunsidra meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont ta' sussidju li għandu jidħol fil-baġit ġenerali, li hi għandha tressaq quddiem l-awtoritá baġitarja f'konformità mal-Artikolu 314 tat-TFUE.

9.        L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija. L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta' twaqqif għall-Aġenzija.

10.      The Agency's budget shall be adopted by the Management Board. It shall become final following the final adoption of the general budget of the European Union. Fejn hu xieraq, dan għandu jkun aġġustat kif meħtieġ.

11.      Kwalunkwe modifika lill-budget, inkluż il-pjan ta' stabbiliment, għandha issegwi l-istess proċedura.

12.      Il-Bord ta' Tmexxija għandu, malajr kemm jista' jkun, jinnotifika lill-awtorità tal-budget dwar l-intenzjoni tiegħu biex jimplimenta kull proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-budget tiegħu, partikolarment kull proġett dwar il-proprjetà bħal, per eżempju, il-kiri jew ix-xiri ta' bini. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni kif ukoll lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC b'dan. Jekk xi waħda mill-fergħat tal-awtorità baġitarja ikun fi ħsiebha li toħroġ opinjoni, fi żmien ġimagħtejn tal-wasla tal-informazzjoni dwar il-proġett, għandha tinnotifika lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-intenzjoni tagħha li toħroġ it-tali opinjoni. Jekk tonqos milli twieġeb, l-Aġenzija tkun tista' tipproċedi bl-operazzjoni ppjanata.

Artikolu 29

Implimentazzjoni tal-baġit

1.        Il-baġit tal-Aġenzija għandu jkun implimentat mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

2.        Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat kull sena lill-awtorità baġitarja kull tagħrif rilevanti dwar ir-riżultat tal-proċeduri tal-valutazzjoni.

3.        L-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Aġenzija għandu jibgħat lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri l-kontabilità proviżorja tiegħu sa mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara, flimkien mar-rapport dwar l-amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja matul is-sena. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida flimkien il-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

4.        L-uffiċjal tal-kontablità tal-Aġenzija għandu jibgħat ukoll lill-awtorità baġitarja r-rapport dwar l-amminstrazzjoni baġitarja u finanzjarja ▌ mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

5.        Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jibgħathom lill-Bord ta' Tmexxija għal opinjoni.

6.        Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.

7.        Mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat l-kontabilità finali flimkien tal-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija, lill-awtorità baġitarja, lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri ▌ kif ukoll lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC.

8.        Il-kontijiet finanzjarji għandhom jiġu ppubblikati.

9.        Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tiegħu sa mhux aktar mit-30 ta' Settembru. Huwa għandu wkoll jibgħat din ir-risposta lill-Bord ta' Tmexxija.

10.      Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta' dan ta' l-aħħar, l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja in kwistjoni, kif imniżżel fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament (KE, Euratom Nru 1605/2002).

11.      Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill huwa u jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena n +2, jagħti r-rilaxx lid-Direttur Eżekuttiv rigward l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena n.

Artikolu 30

Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord ta Tmexxija wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Ma jistgħux jitilqu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 għajr jekk dan it-tluq huwa meħtieġ speċifikament għall-ħidma ta' l-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem.

Artikolu 31

Il-ġlieda kontra l-frodi

1.        Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet oħra illegali, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

2.        L-Aġenzija għandha tkun parti mill-Ftehim Interistituzzjonali dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u mingħajr dewmien, għandha toħroġ id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija.

3.        Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-ftehim ta' implimentazzjoni u l-istrumenti li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu jagħmlu, jekk meħtieġ, kontrolli fuq il-post fost dawk li jirċievu finanzjament mill-Aġenzija u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tiegħu.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 32

Azzjonijiet preparatorji

1.        Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u l-operazzjoni inizjali tal-Aġenzija sakemm din tal-aħħar ikollha l-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess.

2.        Għal dak il-fini, sakemm id-Direttur Eżekuttiv j/tassumi d-dmirijiet tiegħu/tagħha wara l-ħatra tiegħu/tagħha mill-Bord ta' Tmexxija f'konformità mal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tassenja numru limitat ta' uffiċjali inkluż wieħed biex iwettaq il-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv, fuq bażi temporanja. Id-Direttur Eżekuttiv temporanju jista' jiġi assenjat hekk kif jinħatar il-Bord ta' Tmexxija, f'konformità mal-Artikolu 10(2).

Jekk id-Direttur Eżekuttiv ma jikkonformax mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Bord ta' Tmexxija jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tassenja Direttur Eżekuttiv temporanju ġdid.

3.        Id-Direttur Eżekuttiv temporanju jista' jawtorizza l-ħlasijiet kollha koperti mill-krediti pprovduti fil-Baġit tal-Aġenzija, ladarba jkunu approvati mill-Bord ta' Tmexxija u jista' jikkonkludi kuntratti, inklużi kuntratti tal-persunal wara l-adozzjoni tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija. Jekk dan ikun ġustifikat, il-Bord ta' Tmexxija jista' jimponi restrizzjonijiet fuq is-setgħat tad-Direttur Eżekuttiv temporanju.

Artikolu 33

Il-parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC

Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ser isiru arranġamenti li għandhom, fost l-oħrajn, jispeċifikaw in-natura u l-firxa u r-regoli dettaljati, għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC fix-xogħol tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji, il-persunal u d-dritt għall-vot.

Artikolu 34

Id-dħul fis-seħħ u l-applikabilità

1.        Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.        L-Aġenzija għandha tieħu r-responsabbilitajiet tagħha stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 6 minn […](31).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew                             Għall-Kunsill

Il-President                                                  Il-President

ANNESS GĦALL-ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrikonoxxu ċ-ċirkustanzi partikulari abbażi tal-arranġament speċifiku dwar is-sede u s-siti tal-Aġenziji kif ukoll il-fatt la ma tippreġudikax il-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri li jiltaqgħu fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern fi Brussell fit-13 ta' Diċembru 2003(32), partikolarment fir-rigward tal-prijorità li għandha tingħata lill-Istati Membri, li saru membri tal-UE fl-2004 u fl-2007, fid-distribuzzjoni tas-sedi jew l-aġenziji li għandhom jitwaqqfu fil-ġejjieni.

(1)

             ĠU C 70, 19.3.2010, p. 13.

(2)

              Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' xxx.

(3)

              ĠU L 381, 28. 12. 2006, p. 4.

(4)

              ĠU L 205, 7. 8. 2007, p. 63.

(5)

              ĠU L 213, 15. 6. 2004, p. 5.

(6)

              ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(7)

              ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1.

(8)

        ĠU L 62, 5.3.2002, p. 1.

(9)

         ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(10)

           ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129.

(11)

            ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(12)

            ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(13)

            ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(14)

            ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(15)

           ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(16)

            ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(17)

            ĠU L 66, 8.3.2006, p. 38.

(18)

            ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(19)

           ĠU L 333, 17.12.2010, p. 58.

(20)

            ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(21)

            ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(22)

            ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(23)

            ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(24)

           ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(25)

           ĠU: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-Protokoll fid-dok. st 16462/06.

(26)

            ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.

(27)

            ĠU …

(28)

            ĠU L 17, 6.10.1958, p. 385.

(29)

           ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(30)

            ĠU L 317, 03.12.2001, p. 1.

(31)

      ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data li tikkorrispondi mal-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta' sena mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

(32)

           Ara d-dokument 5381/04, p. 27.


NOTA SPJEGATTIVA

SFOND

F'Ġunju 2009 il-Kummissjoni ppreżentat żewġ inizjattivi leġiżlattivi bil-ħsieb li tistabbilixxi aġenzija biex tmexxi fuq skala kbira sistemi fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà, u l-ġustizzja. Waħda kienet proposta għal regolament dwar il-kwistjonijiet tal-ewwel pilastru relatati mas-sistemi SIS, il-VIS, u s-l-Eurodac, u l-oħra, proposta għal deċiżjoni dwar kwistjonijiet tat-tielet pilastru relatati ma' dawk is-sistemi.

Madankollu, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-inizjattivi tilfu s-sinifikat tagħhom. Fid-19 ta' Marzu 2010 il-Kummissjoni ressqet proposta ġdida li tammonta essenzjalment għal verżjoni riveduta tal-proposta preċedenti għal regolament li jinkorpora l-kwistjonijiet tat-tielet pilastru.

Għalkemm id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona neħħa d-distinzjoni bejn il-pilastri, il-proposta taħt konsiderazzjoni hawnhekk hija sintomatika tal-"ġeometrija varjabbli" riflessa fl-aspetti differenti tal-qasam tal-libertà, is-sigurtà, u l-ġustizzja b'mod ġenerali u ta' Schengen b'mod partikolari. Il-qafas legali għas-sistemi li għandhom jitmexxew mill-Aġenzija japplika għal grupp differenti ta' Stati Membri parteċipanti fi gradi differenti (jiġifieri r-Renju Unit, id-Danimarka u l-Irlanda) u pajjiżi terzi assoċjati (in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera, u, fil-futur, il-Liechtenstein).

Fir-rigward tas-SIS II, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jagħmlux sehem mill-ewwel pilastru l-antik (Regolament (KE) Nru 1987/2006), u l-involviment tagħhom huwa limitat għat-tielet pilastru (Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI). Id-Danimarka ma tiħux sehem. In-Norveġja u l-Islanda huma pajjiżi assoċjati, kif se jkun il-Liechtenstein fil-ġejjieni.

Rigward il-VIS, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jiħdux sehem, filwaqt li d-Danimarka tieħu sehem. In-Norveġja, l-Islanda u l-Isvizzera huma pajjiżi assoċjati, kif se jkun il-Liechtenstein fil-ġejjieni.

Rigward l-Eurodac, ir-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka jieħdu sehem. Ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill li jixtieq jipparteċipa fl-Aġenzija għal dawk li huma kwistjonijiet relatati mal-Eurodac, iżda l-Irlanda ma għamlitx dan. In-Norveġja, l-Islanda u l-Isvizzera huma pajjiżi assoċjati, kif se jkun il-Liechtenstein fil-ġejjieni.

Fir-rigward ta’ dawn it-tliet sistemi li se jitmexxew mill-Aġenzija, ir-Renju Unit u l-Irlanda se jieħdu parti biss sa ċertu punt fis-SIS II u mhumiex se jipparteċipaw fil-VIS; rigward l-Aġenzija, ir-Renju Unit biss se jieħu sehem f'dawk li huma miżuri relatati mal-Eurodac.

Il-mistoqsijiet li jridu tweġiba, għalhekk huma dawn:

- Meta l-Istati Membri ma jipparteċipawx fis-sistemi kollha, x'piż se jkollhom fl-adozzjoni tal-inizjattiva leġiżlattiva li tistabbilixxi l-Aġenzija?

- Kemm se jkun jorbot dan ir-regolament fuq dawn l-Istati Membri?

Il-proposta tal-Kummissjoni mhijiex ċara għalkollox. Min-naħa waħda, il-Kummissjoni temmen li l-proposta għandha l-għeruq tagħha fl-acquis ta' Schengen. Il-Premessi 24 u 25, għall-kuntrarju, jirreferu għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fl-oqfsa legali għat-tliet sistemi. Il-proposta qiegħda tfittex li tiddetermina x'piż ta' deċiżjoni għandu jkollhom dawn l-Istati Membri fl-adozzjoni tagħha u kemm it-test adottat għandu jiġi applikat għalihom. Il-Premessa 24, iżda, għal dak li għandu x'jaqsam mar-Renju Unit, tillimita ruħha li tafferma f'termini vagi li dan il-pajjiż għandu piż fid-deċiżjonijiet u huwa kopert mid-dispożizzjonijiet tar-regolament dwar kwistjonijiet li ma jaqgħux taħt l-ewwel pilastru l-antik għal dak li jikkonċerna s-SIS II u l-VIS. Il-Premessa 25 tagħmel l-istess referenza għall-Irlanda.

Fl-opinjoni tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2010, is-Servizz Legali tal-PE ġibed l-attenzjoni għad-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Settembru 2009 f'tilwima bejn ir-Renju Unit u l-Kunsill (Każ C-77/05 dwar l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004 – ir-Regolament tal-Frontex). Il-Qorti ħadet l-opinjoni li, għalkemm ir-Renju Unit formalment talab li jieħu sehem fl-adozzjoni tar-regolament, ma għandux ikun awtorizzat li jagħmel hekk, peress li ma kienx qabel li jkun marbut bil-parti rilevanti tal-acquis ta' Schengen. Azzjoni oħra dwar suġġett simili bħalissa tinsab quddiem il-Qorti (dwar l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI dwar il-VIS).

Fil-fehma tas-Servizz Legali, il-Premessi 24 u 25 tal-proposta tal-Kummissjoni "mhumiex biżżejjed biex jiżguraw li l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament issir b'mod li huwa trasparenti u konsistenti mal-każistika msemmija hawn fuq tal-Qorti tal-Ġustizzja". Barra minn hekk, "ikun impossibbli li jiġu stabbiliti (...) l-effetti legali tal-att fir-rigward tar-Renju Unit u l-Irlanda, u dan għalhekk joħloq sitwazzjoni ta' inċertezza legali, kontra l-prinċipji tal-liġi tal-Unjoni".

Il-PE u l-Kunsill, li jaqsmu l-poter leġiżlattiv, qegħdin jikkunsidraw b'attenzjoni l-alternattivi ssuġġeriti fiż-żewġ opinjonijiet legali:

GĦAŻLA 1 - Il-proposta tal-Kummissjoni għandha tiġi miċħuda u jintalab li tinbidel b'inizjattivi oħrajn. (Pereżempju regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija u l-istrumenti legali separati li jagħtu s-setgħat lill-Aġenzija u li jirregolaw l-amministrazzjoni ta' kull sistema. Il-piż li għandu jingħata lill-Istati Membri individwali jiddependi minn kemm jipparteċipaw fis-sistema inkwistjoni).

GĦAŻLA 2 - Il-proposta għandha tiġi emendata sabiex tiddefinixxi b'mod ċar liema drittijiet tal-vot għandu jkollu kull Stat Membru fejn tidħol l-Aġenzija. Deċiżjoni tista', barra minn hekk, tiġi adottata jekk ir-Renju Unit u l-Irlanda jitolbu li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jingħaqdu mar-regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija.

GĦAŻLA 3 - Il-proposta għandha tinqasam fi tnejn u l-kwistjonijiet relatati mal-VIS għandhom jiġu ttrattati fi strument ieħor (il-VIS hija l-unika waħda mit-tliet sistemi fejn la l-Irlanda u lanqas ir-Renju Unit ma jipparteċipaw bl-ebda mod).

Il-proposta tal-Kummissjoni

Meta adottaw l-istrumenti leġiżlattivi dwar is-SIS II u l-VIS, il-PE u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni tressaq l-inizjattivi leġiżlattivi meħtieġa biex jitwaqqaf korp li jmexxi s-sistemi.

Il-Kummissjoni pproduċiet valutazzjoni tal-impatt sabiex jiġi ddeterminat liema tkun l-aħjar soluzzjoni mill-aspett finanzjarju, operattiv u istituzzjonali.

Il-fehma tar-rapporteur

Ir-rapporteur jemmen li, fost l-għażliet varji stabbiliti fl-istudju tal-Kummissjoni, l-aħjar tkun li titwaqqaf aġenzija Ewropea.

1. Għaliex jeħtieġ li titwaqqaf aġenzija ġdida

Ma hemm l-ebda soluzzjoni oħra. Ikun pjuttost żbaljat li r-responsabbiltà tingħata lill-Kummissjoni, speċjalment fid-dawl tal-problemi fit-tul li seħħew fis-snin reċenti dwar l-iżvilupp tas-sistemi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stess kemm-il darba enfasizzat li t-tmexxija tagħha tal-Eurodac hija biss soluzzjoni temporanja u li ma tqisx lilha nnifsha li tista' tassumi r-responsabbiltà għat-tmexxija diretta ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira.

Għaliex aġenzija eżekuttiva ma tkunx soluzzjoni tajba? Minħabba li f'dak il-każ il-leġiżlatur jiġi mċaħħad mill-possibbiltà li jifforma l-aġenzija u jeżerċita l-iskrutinju demokratiku tagħha. L-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti mill-Kummissjoni taħt is-superviżjoni u r-responsabbiltà sħiħa tagħha. Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-kompiti tagħhom u taħtar il-korpi amministrattivi tagħhom, inkluż id-direttur. Aġenzija eżekuttiva għandha ħajja limitata u għalhekk tkun soluzzjoni temporanja.

2. It-twessigħ tar-responsabilitajiet tal-Aġenzija biex ikopru sistemi oħrajn

Punt wieħed li l-rapporteur jemmen għandu jkun ċar hu li biex l-Aġenzija jkollha setgħat aktar wisgħin, biex tkun tista' tmexxi s-sistemi l-ġodda li jistgħu jitwaqqfu, iridu jinħolqu strumenti legali speċifiċi.

3. Biex jiġu ċċarati l-għanijiet u l-kompiti tal-Aġenzija

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-għanijiet u l-kompiti tal-Aġenzija japplikaw biss fil-livell tekniku tat-tmexxija operattiva. L-Aġenzija ma għandux ikollha s-setgħa tieħu deċiżjonijiet ta' politika, pereżempju biex twaqqaf sistemi ġodda jew dwar sistemi ta' interoperabbiltà.

4. Proġetti pilota

Ikun għaqli li jiġu stabbiliti regoli biex ir-responsabbiltajiet tal-Aġenzija ma jiġux estiżi de facto permezz ta' proliferazzjoni ta' proġetti pilota lil hinn mill-firxa ta' superviżjoni jew ta' trasparenza.

5. Is-Sit tal-Aġenzija

Hemm żewġ kandidati għas-sit tal-Aġenzija: l-Estonja u Franza. Ir-rapporteur ma jqisx li huwa tajjeb li jiġi propost post għalissa, għalkemm il-Parlament, flimkien mal-Kunsill, għandu s-setgħa li jieħu d-deċiżjoni meħtieġa.

Il-Parlament għandu, madankollu, jiddefinixxi ċerti kriterji li jeħtieġ jiġu osservati biex tittieħed deċiżjoni tajba:

- Għal raġunijiet ta' sigurtà u raġunijiet baġitarji, ikun aħjar li l-Aġenzija tkun ibbażata f'post wieħed (u ma jkunx hemm arranġament deċentralizzat); ma jidhirx li tkun idea tajba li jkun hemm kwantità kbira ta' infrastrutturi u riżorsi umani.

- Il-faċilitajiet għandhom ikunu proprjetà tal-Aġenzija jew mikrija minnha, biex tiġi ggarantita protezzjoni diplomatika, u ma jkunux maqsuma ma' xi sistema nazzjonali oħra.

- L-istandards ta' sigurtà għandhom ikunu ta' livell għoli kemm jista' jkun, kemm rigward il-faċilitajiet fiżiċi kif ukoll fir-rigward tad-data.

- Is-sit għandu jikkostitwixxi l-aktar soluzzjoni effikaċi meta titqabbel man-nefqa.

6. L-infrastruttura tal-komunikazzjoni

Kif stabbilit fil-qafas legali SIS II, l-Aġenzija se tkun responsabbli parzjalment għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni, speċifikament fir-rigward tas-superviżjoni u s-sigurtà tagħha, bl-għan li n-netwerk ikun sigur għall-iskambju ta' data fi ħdan il-qafas legali għal kull waħda mis-sistemi involuti.

Huwa vitali li n-netwerk jitħares minn kull xorta ta' theddid u jiggarantixxi s-sigurtà, mhux biss tan-netwerk bħala tali, iżda wkoll tad-data trażmessa.

Ir-rapporteur ma jemminx li għandha titwaqqaf infrastruttura tal-komunikazzjoni esklużiva għat-tliet sistemi, mhux l-inqas għaliex, f'termini baġitarji, l-impatt ta' din is-soluzzjoni jkun wieħed konsiderevoli. Il-possibbiltà ta' esternalizzazzjoni hija disponibbli, iżda għandha tkun suġġetta għal kriterji ibsin. Ikunu jinħtieġu bidliet sinifikanti, pereżempju, għan-netwerk s-TESTA biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet.

7. L-istruttura tal-Aġenzija għandu jkollha wkoll:

- Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data;

- Uffiċjal tas-Sigurtà;

- Uffiċjal tal-Kontabilità.

8. "Ġeometrija varjabbli"

Bħas-Servizz Legali tal-Parlament (ara l-opinjoni riprodotta hawn fuq), ir-rapporteur jemmen li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tittieħed inkonsiderazzjoni. Huwa jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ifittxu b'mod attiv li jsolvu l-problemi legali sabiex ikun hemm l-akbar ċarezza meta titwaqqaf l-Aġenzija.

9. Il-Membri tal-Bord ta' Tmexxija u d-dritt għall-vot

L-istruttura ta' tmexxija tal-Aġenzija u l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri huma determinati mill-ġeometrija varjabbli. Jidher ovvju li Stat Membru li ma jiħux sehem f'sistema m'għandux ikollu aċċess għall-informazzjoni jew ikollu piż fid-deċiżjonijiet dwar, jew jivvota fuq, kwistjonijiet relatati ma' dik is-sistema. Problema aktar delikata tinħoloq mill-Istati Membri li jipparteċipaw parzjalment biss f'ċerti aspetti ta' sistema.

Permezz tal-emendi tiegħu, ir-rapporteur ipprova jistabbilixxi arranġamenti ċari għall-parteċipazzjoni ta' Stati Membri individwali u għall-pajjiżi terzi assoċjati f'kull waħda mis-sistemi.

Il-President għandu jintgħażel minn fost il-membri nnominati mill-Istati Membri li japplikaw bis-sħiħ l-istrumenti kollha relatati mas-sistemi mmexxija mill-Aġenzija.

10. Protezzjoni akbar tad-data u aktar skrutinju demokratiku

Ir-rapporteur emenda numru ta' artikoli f'tentattiv biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Parlament u tissaħħaħ it-trasparenza.

Bl-istess mod huwa pprova jissikka r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-integrità u s-sigurtà tad-data personali bit-tisħiħ tar-rwol tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Ir-rwol tal-Parlament fl-għażla tal-kandidati għall-kariga ta' direttur eżekuttiv għandu jkun definit b'mod ċar u jissaħħaħ.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sur Juan Fernando López Aguilar

President

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi legali tal-proposta li temenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja (COM(2010)0093 – C7 0046/2009 – 2009/0089(COD))

Sinjur President,

Bl-ittra tal-14 ta' Marzu 2011, inti kkonsultajt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 37(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sabiex jikkunsidra ż-żieda ta' żewġ bażijiet ġuridiċi tal-proposta msemmija hawn fuq għal regolament.

Il-kumitat eżamina l-kwistjoni msemmija hawn fuq waqt il-laqgħa tiegħu tad-12 ta' April 2011.

Il-bażijiet ġuridiċi proposti mill-Kummisjoni huma Artikoli 74, 77(2)(a) u (b), 78(2)(e), 79(2)(c), 82(1)(d) and 87(2)(a) tat-TFUE, li jinkwadraw ruħhom ilkoll fit-Titolu V, bl-isem "Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja".

Il-bażijiet ġuridiċi proposti biex jiġu miżjuda huma Artikoli 85(1) u  88(2) tat-TFUE, it-tnejn li huma jinkwadraw ruħhom fit-Titolu V, li jistabbilixxu l-proċedura li għandha tintuża waqt li jkunu qed jiġu ddeterminati l-istruttura, il-funzjonament, il-kamp tal-azzjoni u l-kompiti tal-Eurojust u tal-Europol, rispettivament.

I - L-isfond

F'Ġunju 2009 l-Kummissjoni ssottomettiet pakkett ta' proposti biex titwaqqaf Aġenzija responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-sistemi ta' teknoloġija tal-informatika fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, li jikkonsisti minn Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija u proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li jagħti lill-Aġenzija stabbilita minn dan ir-Regolament il-kompiti dwar it-tmexxija operattiva tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II), u s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-EURODAC fl-applikazzjoni tat-Titolu VI tat-Trattat tal-UE, fl-ambitu ta' dak li qabel kien it-tielet pilastru.

Kif nafu, it-Trattat ta' Lisbona neħħa l-istruttura tal-pilastri, u llum, tista' tgħid il-leġiżlazzjoni kollha ġejja mill-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja, u trid tkun adottata skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-Kummissjoni għalhekk issottomettiet il-proposta emendata t'hawn fuq għal regolament li jqis it-tibdiliet li jirriżultaw mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u li fiha d-dispożizzjonijiet inizjalment proposti bħala deċiżjoni tal-Kunsill.

Fil-11 ta' Ottubru 2010 ttieħdet votazzjoni ta' orjentament fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern dwar l-emendi ta' abbozz ta' rapport sabiex is-Sur Carlos Coelho, ir-rapporteur tiegħu, jingħata mandat għan-negozjati mal-Kunsill. Saru trijalogi informali fuq livell ta' esperti bejn Novembru 2011 u Marzu 2011.

Fuq suġġeriment tas-Servizz Legali tal-Kunsill, it-test ta' kompromess li kien magħmul mill-bażi għal trijalogu ta' livell għoli skedat għal tmiem Marzu 2011 kien jinkludi ż-żieda taż-żewġ bażijiet ġuridċi ssuġġeriti, fosthom Artikoli 85(1) u 88(2) tat-TFUE, sabiex jissupplimentaw il-bażi ġuridiċi ta' dak li kien l-istrument tat-tielet pilastru(1).

II - Artikoli rilevanti tat-TFUE

L-Artikoli li ġejjin huma sottomessi bħala l-bażijiet ġuridiċi tal-proposta tal-Kummissjoni:

Artikolu 74

Il-Kunsill għandu jadotta miżuri biex jassigura l-kooperazzjoni amministrattiva bejn is-servizzi kompetenti tal-Istati Membri fl-oqsma koperti b'dan it-Titolu, kif ukoll bejn dawk is-servizzi u l-Kummissjoni. Huwa għandu jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, suġġett għall-Artikolu 76, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

Artikolu 76

L-atti previsti fil-Kapitoli 4 u 5, kif ukoll il-miżuri previsti fl-Artikolu 74 li jassiguraw kooperazzjoni amministrattiva fl-oqsma koperti minn dawn il-kapitoli, għandhom jiġu adottati:

(a) fuq proposta tal-Kummissjoni, jew

(b) fuq l-inizjattiva ta' kwart mill-Istati Membri.

Artikolu 77

1. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika bil-għan li:

(a) tassigura li ma jkun hemm l-ebda kontroll fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri interni;

(b) tassigura li jsiru kontrolli fuq persuni u sorveljanza effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni;

(c) iddaħħal b'mod gradwali sistema integrata ta' ġestjoni għall-fruntieri esterni.

2. Għall-finijiet tal-1 paragrafu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa dwar:

(a) il-politika komuni dwar viżi u permessi oħra ta' residenza għal permanenza qasira;

(b) il-kontrolli li huma suġġetti għalihom il-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni;

(c) ...

(d) ...

(e) ...

3. ...

4. ...

Artikolu 78

1. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni dwar l-asil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja bil-għan li toffri status xieraq lil kull ċittadin ta' pajjiż terz li jeħtieġ protezzjoni internazzjonali u bil-għan li tassigura l-ħarsien tal-prinċipju ta' non-refoulement. Din il-politika trid tkun konformi mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 u mal-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 dwar l-istatus tar-refuġjati, kif ukoll ma' trattati oħra rilevanti.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa dwar sistema komuni Ewropea ta' asil li tinkludi:

(a) ...

(b) ...

(c) ...

(d) ...

(e) kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li jikkunsidra applikazzjoni għal asil jew għal protezzjoni sussidjarja;

(f) ...

(g) ...

3. ...

Artikolu 79

1. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni ta' immigrazzjoni maħsuba sabiex tassigura, fl-istadji kollha, l-amministrazzjoni effikaċi tal-flussi tal-migrazzjoni, it-trattament ġust ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment fl-Istati Membri, kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġlieda b' saħħa kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri fl-oqsma li ġejjin:

(a) ...

(b) ...

(c) l-immigrazzjoni illegali u r-residenza mhux awtorizzata, inkluża t-tkeċċija u r-ripatrijazzjoni ta' persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni;

(d) ...

3. ...

4. ...

5. ...

Artikolu 82

1. Il-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fl-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji u għandha tinkludi l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri fl-oqsma previsti fil-paragrafu 2 u fl-Artikolu 83.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri li:

(a) ...

(b) ...

(c) ...

(d) jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji jew ekwivalenti tal-Istati Membri fir-rigward ta' proċedimenti f'materji kriminali u l-infurzar tad-deċiżjonijiet.

2. ...

3. ...

Artikolu 87

1. L-Unjoni għandha tistabbilixxi koperazzjoni tal-pulizija li tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri, inkluża l-pulizija, is-servizzi tad-dwana u servizzi oħrajn tal-infurzar tal-liġi speċjalizzati fl-oqsma tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati kriminali.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu miżuri dwar:

(a) il-ġabra, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti;

(b) ...

(c) ...

3. ...

Huwa propost li jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:

Artikolu 85

1. Il-missjoni tal-Eurojust għandha tkun li tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni fir-rigward ta' kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażi komuni, abbażi ta' operazzjonijiet immexxija u informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u mill-Europol.

F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jiddeterminaw l-istruttura, il-funzjonament, il-qasam tal-azzjoni u l-kompiti tal-Eurojust. Dawn il-kompiti jistgħu jinkludu:

(a) il-bidu ta' investigazzjonijiet kriminali kif ukoll proposti għall-bidu ta' prosekuzzjonijiet, immexxija mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'mod partikolari dawk relatati ma' reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(b) il-koordinazzjoni ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet previsti fil-punt (a);

(c) it-tisħiħ tal-koperazzjoni ġudizzjarja, inkluża bir-riżoluzzjoni tal-kunflitti dwar il-ġurisdizzjoni u b'koperazzjoni mill-qrib man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew.

Dawn ir-regolamenti għandhom jiddeterminaw ukoll l-arranġamenti ta' assoċjazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali fil-valutazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust.

2. ...

Artikolu 88

1. ...

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jiddeterminaw l-istruttura, il-funzjonament, il-qasam ta' l-azzjoni u l-kompiti ta' l-Europol. Dawn il-kompiti jistgħu jinkludu:

(a) il-ġabra, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni mgħoddi partikolarment mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew ta' pajjiżi jew korpi terzi;

(b) il-koordinazzjoni, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta' investigazzjonijiet u azzjonijiet operattivi mwettqa flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fil-qafas ta' gruppi investigattivi konġunti, meta xieraq f'kollaborazzjoni mal-Eurojust.

Dawn ir-regolamenti għandhom jiddeterminaw ukoll il-proċeduri għal kontroll tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali.

3. ...

III - Il-bażijiet ġuridiċi proposti

Artikolu 74 tat-TFUE, li jirreferi għall-proċedura f'Artikolu 76 tat-TFUE għall-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u tal-kooperazzjoni tal-pulizija, jistabbilixxi r-regola ġenerali dwar il-kooperazzjoni amministrattiva bejn id-dipartimenti relevanti tal-Istati Membri. Skont it-termini ta’ dawn iż-żewġ artikoli, il-Kunsill jadotta l-miżuri waħdu, u l-Parlament huwa kkonsultat biss. Madankollu huwa importanti li wieħed jinnota li bis-saħħa ta' Artikolu 16(3) tat-TUE l-Kunsill jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata ladarba Artikolu 76 tat-TFUE ma jistipulax xort'oħra.

Artikoli 77-79, 82 u 87 ilkoll għandhom x'jaqsmu mal-oqsma relevanti fejn il-Parlament huwa koleġiżlatur.

Artikoli 85 u 88, finalment, għandhom x'jaqsmu mal-istruttura, il-funzjonament, il-kamp tal-azzjoni u l-kompiti tal-Eurojust u l-Europol, li għandu jiddeterminahom il-Parlament bħala koleġiżlatur. Jista' jkun nnotat li dawn iż-żewġ artikoli jeħtieġu li r-regolamenti adottati fuq il-bażi tagħhom jippreskrivu l-proċeduri għal skrutinju taż-żewġ aġenziji mill-Parlament, flimkien mal-parlamenti nazzjonali.

IV - Il-ġurisprudenza dwar il-bażi ġuridika

Hija ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li "l-għażla tal-bażi legali għal miżura Komunitarja għandha tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, li jinkludu b’mod partikulari l-għan u l-kontenut tal-miżura”(2). Għalhekk, l-għażla ta’ bażi ġuridika żbaljata tista’ tiġġustifika l-annullament ta’ dan l-att.

V. L-għan u l-kontenut tal-leġiżlazzjoni proposta

Il-premessi tar-regolament propost jistipolaw li l-għan tal-għajnuna hu dan:

(a) Bl-iskop li jinkisbu s-sinerġiji, hija meħtieġa tmexxija operarattiva tas-SIS II, il-VIS u l-EURODAC f'entità waħda, fil-forma ta' aġenzija regulatorja b'personalità legali;

(b) Din l-Aġenzija tista' wkoll tingħata r-responsabbiltà għat-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta' aktar sistemi tal-IT fuq skala kbira abbażi ta' għodda leġiżlattiva relevanti fl-applikazzjoni tat-Titolu V tat-TFUE u tkun responsabbli għal monitoraġġ ta' riċerka u għal skemi pilota għal sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-applikazzjoni tat-Titolu V tat-TFUE;

(c) Fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-Aġenzija għandha tikkoopera ma' aġenziji oħra tal-Unjoni Ewropea, speċjalment l-aġenziji mwaqqfa fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

(d) Diversi premessi jistabbilixxu l-qafas amministrattiv li fih tkun topera l-Aġenzija;

(e) Hemm arranġamenti speċjali għal dak li għandu x’jaqsam mad-Danimarka, ir-Renju Unit, l-Irlanda, in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein.

It-test ta' kompromess tal-11 ta' Marzu 2011 u li huwa msemmi hawn fuq jinkludi dawn iż-żewġ Premessi:

"(11a) Fir-rigward tas-SIS II, l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u Eurojust, li t-tnejn li huma għandhom id-dritt li jkollhom aċċess għad-dejta li tiddaħħal fis-SIS II f'applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA u li jfittxu fiha, għandu jkollhom status ta' osservaturi fil-laqgħat tal-Bord tal-Ġestjoni meta jkunu fuq l-aġenda kwistjonijiet li jirrigwardaw l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/533/JHA. L-Europol u l-Eurojust għandhom it-tnejn li huma jkunu jistgħu jappuntaw rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tas-SIS II kif stabbilit taħt l-Artikolu 16(1)(a).

(11b) Fir-rigward tal-VIS, l-Europol għandu jingħata l-istatus ta' osservatur fil-laqgħat tal-Bord tal-Ġestjoni, meta tkun fuq mistoqsija fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/633/JHA. L-Europol għandu jkun jista' jappunta rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-VIS stabbilit taħt l-Artikolu 16(1)(b)."

It-termini li jippromulgaw huma dawn:

Artikolu 1 jiddisponi għat-twaqqif tal-Aġenzija.

Artikoli 2-6 jistabbilixxu l-kompiti li għandhom jitwettqu mill-Aġenzija rigward is-SIS II, il-VIS u l-EURODAC kif ukoll il-monitoraġġ tar-riċerka u l-iskemi pilota.

Artikoli 7-16 għandhom x'jaqsmu mal-istruttura u l-organizzazzjoni tal-Aġenzija, Artikoli 17-27 jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet fuq l-operattività tagħha u Artikoli 28-31 jagħtu deskrizzjoni tad-dispożizzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 12(4) tal-proposta hija miktuba kif ġej:

"L-Europol u l-Eurojust għandhom jingħataw l-istatus ta' osservaturi fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija, meta tkun fuq l-aġenda kwistjoni li tikkonċerna s-SIS II, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI. L-Europol għandu jingħata wkoll l-istatus ta' osservatur fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija, meta tkun fuq l-aġenda kwistjoni li tikkonċerna l-VIS, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI."

Artikolu 16(3) tal-proposta hija miktuba kif ġej:

"L-Europol u l-Eurojust jistgħu t-tnejn li huma jappuntaw rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tas-SIS II. L-Europol jista' jappunta rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv VIS."

Artikoli 12(4) u 16(3) jibqgħu bla mittiesfa fit-test ta' kompromess imsemmi hawn fuq

Il-11 ta' Marzu 2011.

L-Artikoli li jifdal, 32-34, jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet finali u d-dħul fis-seħħ tar-regolament propost.

VI - Id-determinazzjoni tal-bażi ġuridika xierqa

Minħabba l-Premessi 11a u 11b u Artikoli 12(4) u 16(3) proposti jiddisponu għall-parteċipazzjoni fil-Europol u l-Eurojust fil-kwistjonijiet rigward l-operattività u l-funzjonament tas-SIS II u l-VIS, ir-regolament propost ikun jista jistabbilixxi b'mod effikaċi d-dispożizzjonijiet marbuta mal-istruttura, il-funzjonament, il-kamp tal-azzjoni u l-kompiti taż-żewġ korpi, u huwa għalhekk neċessarju li jiġu miżjuda l-bażijiet ġuridiċi proposti.

Minkejja li l-Artikoli 74 u 76 tat-TFUE, għad-differenza tal-artikoli l-oħra kollha li jikkostwixxu l-bażi ġuridika, ma jipprovdux għall-applikazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, huma jippreskrivu li l-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata. Konsegwentement, dawn l-artikoli mhumiex proċeduralment inkompatibbli.

VII - Il-konklużjoni u r-rakkomandazzjoni

Fid-dawl tal-analiżi msemmija Artikoli 85(1) u 88(2) tat-TFUE għandhom jiżdiedu.

Artikoli 74, 77(2)(a) u (b), 78(2)(e), 79(2)(c), 82(1)(d) and 87(2)(a) tat-TFUE li għandhom jifformaw il-bażi ġuridika għar-regolament propost.

Għalhekk, fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta’ April 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda, unananimament(3), li jirrakkomandalek dan li ġej: il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja (COM(2010)0093) għandha tkun ibbażata fuq Artikoli 74, 77(2)(a) u (b), 78(2)(e), 79(2)(c), 82(1)(d), 85(1), 87(2)(a) u 88(2) tat-TFUE.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner Lehne

(1)

Dokument tal-Kunsill 7638/11 tal-11 ta' Marzu 2011

(2)

Kawża C-45/86, il-Kummissjoni v. il-Kunsill (Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati) [1987] ECR 1439, para. 5 Każ C-440/05, il-Kummissjoni v. Il-Kunsill [2007] E.C.R. I-9097; Każ C-411/06, il-Kummissjoni v. Il-Parlament u l-Kunsill (it-8 ta' Settembru 2009) (ĠU C 267 of 07.11.2009, p.8).

(3)

Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Klaus-Heiner Lehne (il-President), Evelyn Regner (il-Viċi President), Piotr Borys, Sergio Gaetano Cofferati, Christian Engström, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Antonio López-Istúriz White, Arlene McCarthy, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Angelika Niebler, Bernhard Rapkay, Alexandra Thein, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (15.7.2010)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jwaqqaf Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja

(COM((2010)0093 – C7-0046/2009 – 2009/0089(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fl-24 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni adottat pakkett ta' proposti leġiżlattivi biex twaqqaf Aġenzija responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika (“IT”) fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja.

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-pakkett leġiżlattiv inizjali (il-proposta għal regolament u deċiżjoni tal-Kunsill) kellu bżonn jingħaqad fil-proposta unika emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Il-kompitu ewlieni tal-Aġenzija se jkun li twettaq it-tmexxija operattiva tas-SIS II, tal-VIS u tal-EURODAC, filwaqt li żżomm is-sistemi jaħdmu 24 siegħa kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa, biex b'hekk tiżgura fluss kontinwu u bla heda ta' skambju ta' data, mingħajr ma jkollha r-responsabbiltà għad-data mdaħħla fis-sistemi.

Għalkemm tappoġġa l-miri politiċi li l-ħolqien tal-Aġenzija jimmira lejhom, ir-Rapporteur madankollu għandha bżonn tqajjem xi mistoqsijiet mill-perspettiva baġitarja, filwaqt li żżomm f'moħħha li l-punti marbuta mal-missjoni u l-kompiti tal-aġenzija jew anke l-opportunità tal-ħolqien ta' din tal-aħħar jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kumitat ewlieni.

Baġit

Se jinħolqu żewġ linji baġitarji ġodda għall-iffinanzjar tal-aġenzija mill-baġit tal-UE taħt il-Kapitolu 18 02. L-ispiża totali sal-aħħar tal-qafas finanzjarju hija mistennija li tkun EUR 113 miljun, imqassma kif ġej:

EUR miljuni

 

2010

2011

2012

2013

Kost

Spiża finanzjarja totali

1.500

15.500

55.700

40.300

113.000

Kif issemma fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva, dawk l-approprjazzjonijiet se jiġu minn dawk il-linji baġitarji li bħalissa huma dedikati għas-sistemi tal-IT ikkonċernati: 18 02 04 "Sistema ta' informazzjoni ta' Schengen (SIS II)", 18 02 05 "Sistema ta' informazzjoni dwar il-Viża (VIS)" u 18 03 11 "Eurodac". Għalhekk, il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

Dawn il-linji baġitarji huma msejsa kif ġej għall-perjodu 2010-2013, skont l-aħħar figuri tal-ipprogrammar finanzjarju:

EUR miljuni

 

2010

2011

2012

2013

Kost

VIS, SIS II, Eurodac FP

58.000

112.000

109.000

122.000

401.000

Peress li l-approprjazzjonijiet li jibqa' (xi EUR 288 miljun) preżentati fil-linji baġitarji għall-VIS, is-SIS II u l-Eurodac baqgħu neċessarji minkejja l-ħolqien tal-aġenzija, ir-Rapporteur tixtieq tesprimi s-sorpriża tagħha li l-ammont globali meqjus neċessarju, inkluż għall-ħolqien ta' aġenzija, jaqbel perfettament mal-ammonti previsti inizjalment fl-ipprogrammar finanzjarju (bla ffrankar u bla spejjeż addizzjonali).

Ir-rapporteur tixtieq tfakkar ukoll li l-ħolqien ta’ aġenziji deċentralizzati jwassal sabiex fondi operattivi jintużaw biex ikopru spejjeż amministrattivi. Il-kwistjoni li tkun finanzjata parti mill-ispiża tal-aġenziji permezz tal-Intestatura 5 għandha tkun indirizzata. Il-marġni limitat disponibbli fl-intestatura 3a jsaħħaħ l-argument f’dan is-sens minħabba li jista’ ma jkunx possibbli li jkunu finanzjati prijoritajiet oħra tal-Parlament Ewropew. Ir-rapporteur tenfasizza li l-grupp ta’ ħidma interistituzzjonali dwar aġenziji regolatorji jippermetti aktar diskussjoni dwar dan il-qasam.

Persunal

B'pass normali l-aġenzija hija mistennija li timpjega 120 membru tal-persunal b'mod gradwali mill-bidu tal-2011 'il quddiem.

Minkejja l-fatt li l-kompiti tal-aġenzija se jiġu trasferiti mill-Kummissjoni, mhu mistenni ebda trasferiment ta' postijiet ta' xogħol mill-Kummissjoni għall-aġenzija:

- għall-Eurodac, 4 uffiċjali u aġenti temporanji u aġent estern bħalissa fi Brussell se "jinħelsu" u se jiġu trasferiti għal prijoritajiet oħra tal-Kummissjoni;

- u madwar 20 uffiċjal u 25 membru tal-persunal estern (aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati) li jaħdmu fuq l-iżvilupp u l-preparazzjoni tal-operat tas-SIS II u l-VIS se jiġu trasferiti bi qbil mal-istrateġija politika u mal-proċeduri tal-ġestjoni tal-Kummissjoni.

Għalhekk, ir-rapporteur jiddispjaċiha li l-esternalizzazzjoni tal-kompiti għal aġenzija qed tintuża biex jinħelsu xi postijiet ta' xogħol li se jintużaw għal prijoritajiet oħra. Kif rikonoxxut mill-Kummissjoni, huwa biss bl-esternalizzazzjoni tal-kompiti li l-Kummissjoni jirnexxielha tonora l-impenji tagħha li ma titlobx iktar persunal.

Valutazzjoni tal-impatt

Ir-rapportuer tqis li l-Valutazzjoni tal-Impatt provduta mill-Kummissjoni tippreżenta xi dgħufijiet sinifikanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni solida u kompleta tal-awtorità leġiżlattiva.

B'mod partikolari, mhux indirizzat b'mod espliċitu għaliex aġenzija għandha bżonn twettaq kompitu tekniku li s'issa waqa' taħt ir-responsabilità tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-impatt twettqet fl-2007 u tidher li hi skaduta/inadegwata għal diversi raġunijiet, minkejja titjib kwalitattiv f'paragun ma' dawk li twettqu għall-aġenziji preċedenti:

- ma tqisux l-għażliet kurrenti kollha possibbli;

- ma jissemmiex kif tista' possibilment tindirizza aħjar id-diffikultajiet li tiltaqa' magħhom il-Kummissjoni jew kif il-kompiti tagħha jistgħu jiġu artikolati ma' dawk tal-Kummissjoni, b'mod partikolari minħabba t-tranżizzjoni diffiċli għas-SIS II;

- tqajjem xi tħassib ieħor mill-parlamenti nazzjonali li mhumiex indirizzati, b'mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data u d-diskonnessjoni bejn ir-responsabilitajiet proposti u n-nuqqas ta' aċċess għad-data;

- l-impatt baġitarju globali tal-ħolqien ta' aġenzija bħal din mhux preżentat b'mod ċar fil-valutazzjoni tal-impatt, kemm għall-baġit tal-Kummissjoni kif ukoll possibilment għall-baġits nazzjonali.

Din mhijiex l-ewwel darba li l-Kummissjoni ppreżentat valutazzjoni tal-impatt jew analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji inkonsistenti (CBA). Ir-rapporteur tqis li l-PE għandu janalizza l-possibilità li, fil-futur, il-Kummissjoni għandha tibgħat l-valutazzjoni tal-impatt/is-CBA tagħha dwar il-ħolqien ta’ aġenzija ġdida lill-Qorti tal-Awdituri, sabiex din tagħti opinjoni dwar il-konsistenza tal-valutazzjonijiet tal-impatt u hekk tkun evitata sitwazzjoni bħal din.

Emendi

L-emendi proposti jkopru l-aspetti li ġejjin tal-proposta:

- ir-referenza għall-ġabra kompluta tal-bażijiet legali (l-emendi 1, 3);

- il-protezzjoni tal-prerogattivi tal-PE fil-proċeduri baġitarji u ta' kwittanza, kif ukoll l-iskrutinju parlamentari (l-emendi 2, 11, 19, 20);

- il-kompiti tal-Qorti tal-Awdituri (l-emendi 2, 22);

- il-kompiti tal-Istati Membri ospitanti (l-emendi 4, 14);

- l-implimentazzjoni tal-ABB-ABM għal immonitorjar aħjar tal-attivitajiet u l-baġit tal-aġenzija (l-emendi 5, 9, 10, 16, 17, 20);

- l-attivitajiet reali ta' ġestjoni u superviżjoni mill-bord ta' tmexxija u kompetenzi adegwati tal-membri tiegħu (l-emendi 6, 7);

- is-segwitu tar-rapporti ta' verifika (l-emenda 8);

- it-tul tal-mandat tad-direttur (l-emenda 12);

- id-daqs raġonevoli tal-bordijiet konsultattivi (l-emenda 13);

- ir-riżultat tal-evalwazzjonijiet tal-aġenzija u l-informazzjoni tal-PE (l-emendi 15, 21);

- l-adattament għat-terminoloġija baġitarja tat-Trattat ta' Lisbona (l-emendi 18, 19);

- il-fażi inizjali tal-Aġenzija u l-appoġġ tal-Kummissjoni (l-emendi 23, 24).

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjonijiet 1 a u 1 b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1 (ir-Regolament Finanzjarju), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

 

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba, u b'mod partikulari l-punt 47 tiegħu,

 

1 ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

 

2 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir referenza għar-Regolament Finanzjarju (l-Artikolu 185) u għall-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-ġestjoni baġitarja u d-dixxiplina baġitarja (l-Artikolu 47) bħala bażi legali għat-twaqqif ta' aġenzija ġdida tal-UE.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Il-Kummissjoni għandha tissottometti pjan direzzjonali għall-iżvilupp ulterjuri tas-sistemi, b'mod partikolari s-SIS II u l-VIS, lill-awtorità baġitarja. Il-pjan direzzjonali għandu jindika liema passi tekniċi huma pjanati, meta u b'liema prezz. Jekk il-pjanijiet u l-iskedi ma jiġux irrispettati, l-awtorità baġitarja tista' tqiegħed il-fondi korrispondenti fir-riserva.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex tkun garantita l-awtonomija u l-indipendenza kompleta, l-Aġenzija għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-proċedura tal-baġit tal-Unjoni għandha tkun applikabbli sa fejn ikollhom x'jaqsmu l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u kull sussidju ieħor li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri.

(12) Sabiex tkun garantita l-awtonomija u l-indipendenza kompleta, l-Aġenzija għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-iffinanzjar tal-Aġenzija hu suġġett għal ftehim tal-awtorità baġitarja kif previst fil-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006. Il-proċeduri tal-baġit u ta' kwittanza tal-Unjoni għandha tkun applikabbli. Il-verifika tal-kontijiet u tal-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet li jaqgħu taħthom għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri.

Ġustifikazzjoni

Referenza għall-ħtieġa ta’ ftehim bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar l-iffinanzjar tal-Uffiċċju, kif mitlub mill-Ftehima Interistituzzjonali, għandha tkun inserita fil-premessa. Il-premessi għandhom ukoll jagħmlu referenza għall-proċedura ta' kwittanza u jirriflettu li l-kwittanza tal-aħħar tapplika mhux biss għall-attivitajiet iffinanzjati mill-UE. Barra minn hekk, kif inhi l-prattika bħalissa għal aġenziji oħra tal-UE, l-Aġenzija għandha tkun suġġetta għal verifika tal-legalità u r-regolarità u tat-transazzjonijiet li jaqgħu taħthom tal-kontijiet.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji operattivi fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, għandhom jinħolqu sinerġiji għal implimentazzjoni aħjar tal-politiki fil-qasam, sabiex tkun żgurata ġestjoni solida u sabiex ikun evitat id-dupplikar tal-proċeduri u tal-istrutturi u, b'konsegwenza ta' dan, tal-ispejjeż.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aġenzija Ewropea (“l-Aġenzija”) għat-tmexxija operattiva tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), l-EURODAC u għall-iżvilupp u t-tmexxija ta' sistemi oħra ta' informazzjoni teknoloġika ("IT") fuq skala kbira, fl-applikazzjoni tat-Titlu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'dan qed tkun stabbillita.

Aġenzija Ewropea (“l-Aġenzija”) għat-tmexxija operattiva tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), l-EURODAC u għall-iżvilupp u t-tmexxija ta' sistemi oħra ta' informazzjoni teknoloġika ("IT") fuq skala kbira, fl-applikazzjoni tat-Titlu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'dan qed tkun stabbilita, bi qbil mal-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

Ġustifikazzjoni

Għandha tiżdied referenza għar-regola bażika tar-regolament finanzjarju dwar it-twaqqif ta’ aġenziji deċentralizzati li fuqha se titwaqqaf l-Aġenzija fl-artikolu dwar id-definizzjoni legali u l-istatus tagħha.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha fi [...]

4. L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha fi [...]. L-Istat Membru ospitanti għandu jiżgura li l-Aġenzija tibbenefika minn kundizzjonijiet attraenti fir-rigward tal-akkomodazzjoni li għandha tiġi provduta lill-Aġenzija u r-regoli applikabbli għall-persunal u l-membri tal-korpi ta' tmexxija tal-Aġenzija, li għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali.

 

Sabiex ikun żgurat l-aħjar funzjonar possibbli tal-Aġenzija fuq perjodu ta’ żmien twil, evalwazzjoni tal-ispiża f'paragun mal-qligħ għandha ssir qabel il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-rieda u l-kapaċità tal-Istat Membru li jipprovdi r-riżorsi tiegħu proprji sabiex jospita l-Aġenzija sabiex ikunu żgurati l-istabbiliment u l-funzjonar bla xkiel tagħha.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni ta' kundizzjonijiet attraenti bħal dawn m'għandhiex tiddependi biss mir-rieda tajba tal-Istat Membru ospitanti magħżul. Filwaqt li l-Istati Membri jiddeċiedu dwar il-post tal-aġenzija, evalwazzjoni finanzjarja minn qabel b'referenza partikolari għall-istabbiliment fiżiku fil-pajjiż ospitanti għandha tiddetermina fejn jiġġarrbu l-inqas spejjeż żejda fir-rigward tal-istabbiliment tal-aġenzija u b'kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19 tar-Regolament. Dan għandu jirrifletti wkoll ir-rieda u l-kapaċità tal-Istat Membru li jipprovdi r-riżorsi tiegħu proprji biex jakkomoda l-bżonnijiet tal-aġenzija.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) qabel il-31 ta' Marzu kull sena, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena ta' qabel u jibagħtu l-aktar tard sal-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Qorti tal-Awdituri; ir-rapport annwali għandu jkun ippubblikat;

(j) qabel il-31 ta' Marzu kull sena, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena ta' qabel li jqabbel, b'mod partikolari, ir-riżultati miksuba mal-objettivi tal-programm annwali ta' ħidma, u jibagħtu l-aktar tard sal-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Qorti tal-Awdituri; ir-rapport annwali għandu jkun ippubblikat;

Ġustifikazzjoni

Skont il-prinċipji tal-ġestjoni bbażata fuq l-attività u tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività (ABM-ABB), ir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija għandu jkun relatat mal-objettivi stipulati fil-programm ta' ħidma, sabiex jagħmilha possibbli li jkun hemm immonitorjar solidu tal-kisbiet tal-Aġenzija.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt m a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ma) jimmonitorja u jagħti segwitu xieraq lis-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn diversi rapporti ta' verifika u valutazzjonijiet, kemm interni kif ukoll esterni;

Ġustifikazzjoni

Għal pussess u segwitu aħjar tas-sejbiet ta' verifika u ta' evalwazzjoni, il-Bord ta' Tmexxija, li d-Direttur huwa responsabilizzat lejh, għandu jkollu f'idejh b'mod espliċitu l-immonitorjar.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom ikunu maħtura fuq il-bażi tal-esperjenza u għarfien espert relevanti ta' livell għoli fil-qasam tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-ġustizzja, libertà u sigurtà.

3. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom ikunu maħtura fuq il-bażi tal-esperjenza u għarfien espert relevanti ta' livell għoli fil-qasam tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-ġustizzja, libertà u sigurtà. Dawn għandu wkoll ikollhom il-ħiliet amministrattivi u maniġerjali xierqa biex jissodisfaw il-kompiti msemmija fl-Artikolu 9.

Ġustifikazzjoni

Il-ħiliet tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom ikunu konformi mal-funzjonijiet mogħtija lilhom.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Jistabbilixxi u jimplimenta sistema effettiva biex tippermetti monitoraġġ u evalwazzjoni regolari tas-sistemi tal-IT, inklużi l-istatistika, tal-Aġenzija;

(d) Jistabbilixxi u jimplimenta sistema effettiva biex tippermetti monitoraġġ, verifika u evalwazzjoni regolari tas-sistemi tal-IT, inklużi l-istatistika, tal-Aġenzija anke f'termini tal-ksib effettiv u effiċenti tal-objettivi tal-Aġenzija;

Ġustifikazzjoni

B'konformità mal-emenda 6 hawn fuq / mal-Artikolu 9(1), inċiż ma, għandha tiġi applikata wkoll sistema għas-segwitu u l-indirizzar ta' sejbiet tal-verifika, mhux biss fir-rigward tal-verifika finanzjarja u ta' konformità imma wkoll ta' rendiment.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) jinnegozja u, wara approazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija, jiffirma Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali mal-Gvern tal-Istat Membru ospitanti.

(h) jinnegozja u jiffirma Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali mal-Gvern tal-Istat Membru ospitanti wara li dan ikun approvat mill-Bord ta' Tmexxija¸ wara li jkun ikkunsidra l-evalwazzjoni tal-ispiża f'paragun mal-qligħ kif speċifikat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4).

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-programm ta' ħidma annwali u r-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija wara konsultazzjoni minn qabel mal-Gruppi Konsultattivi;

(a) il-programm ta' ħidma annwali u r-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija, b'indikazzjoni tar-riżorsi allokati għal kull attività, wara konsultazzjoni minn qabel mal-Gruppi Konsultattivi;

Ġustifikazzjoni

Skont il-prinċipji tal-ġestjoni bbażata fuq l-attività u tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività (ABM-ABB), il-programm ta' ħidma u r-rapport annwali tal-attività tal-Aġenzija għandhom jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżorsi allokati għall-attivitajiet li huma neċessarji biex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenzija.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-budget għas-sena li ġejja;

(c) il-baġit għas-sena li ġejja, stabbilit fuq il-bażi ta' bbaġittjar ibbażat fuq l-attività;

Ġustifikazzjoni

Skont il-prinċipji tal-ġestjoni bbażata fuq l-attività u tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività (ABM-ABB), il-baġit tal-Aġenzija għandu jkun ibbażat b'mod espliċitu fuq l-objettivi u l-attivitajiet tal-Aġenzija, filwaqt li ssir ir-rabta bejn il-missjoni u l-objettivi tal-Aġenzija u l-attivitajiet u r-riżorsi tagħha.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tat-Tmexxija jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat(i) kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu/tagħhom.

2. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tat-Tmexxija jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat(i) kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu/tagħhom. L-opinjoni tiegħu/tagħhom, jekk ikun hemm, għandha titqies qabel il-ħatra.

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe opinjoni tal-Parlament dwar il-kandidat magħżul għandha titqies qabel il-ħatra.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, u jqis ir-rapport ta' evalwazzjoni, u f'dawk il-każijiet biss fejn ikun iġġustifikat mid-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Aġenzija, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal mhux iktar minn tliet snin.

4. Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, u jqis ir-rapport ta' evalwazzjoni, u f'dawk il-każijiet biss fejn ikun iġġustifikat mid-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Aġenzija, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal mhux iktar minn tliet snin. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun fil-kariga għal perjodu ta' mhux iktar minn tmien snin.

Ġustifikazzjoni

Minħabba s-sensittività tal-kariga, m'għandux ikun possibbli għad-Direttur Eżekuttiv li jibqa' fil-kariga għal iktar minn tmien snin, inkluż permezz ta' applikazzjoni esterna għall-istess kariga wara l-estensjoni tal-mandat tiegħu/tagħha.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru, kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC u kif ukoll l-Kummissjoni għandu jaħtar membru wieħed għal kull Grupp Konsultattiv għal kariga ta' tliet snin, li tista' tkun imġedda.

2. Kull Stat Membru, kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC u kif ukoll il-Kummissjoni għandu jaħtar membru wieħed għal wieħed mit-tliet Gruppi Konsultattivi għal mandat ta' tliet snin, li jista' jiġġedded, fuq bażi rotanti.

Ġustifikazzjoni

Biex tkun evitata struttura governattiva li fiha l-membri ta' diversi bordijiet ikunu tant daqs il-membri tal-persunal tal-Aġenżija, il-Kumitati Konsultattivi għandhom ikunu magħmula minn mhux iktar minn terz tan-numru tal-Istati Membri. Dan hu kompatibbli man-natura konsultattiva tagħhom u hu kontrabilanċat mir-rappreżentanza sħiħa tal-Istati Membri fil-Bord ta' Tmexxija.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li l-Istat għandu jagħmel disponibbli kif ukoll ir-regoli partikolari applikabbli fl-Istat Membri ospitanti tal-Aġenzija, lid-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, il-persunal tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti konkluż wara li jkun approvat mill-Bord ta' Tmexxija. L-Istat Membru ospitanti tal-Aġenzija għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jkun żgurat it-tħaddim bla xkiel tal-Aġenzija inkluż edukazzjoni multilingwali b'dimensjoni Ewropea u konnessjonijiet ta' trasport xierqa.

L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li l-Istat għandu jagħmel disponibbli kif ukoll regoli partikolari bil-għan li jiżguraw l-kundizzjonijiet tajbin għall-persunal, applikabbli fl-Istat Membru ospitanti tal-Aġenzija, lid-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, il-persunal tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti konkluż wara li jkun approvat mill-Bord ta' Tmexxija. L-Istat Membru ospitanti tal-Aġenzija għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex ikun żgurat it-tħaddim bla xkiel tal-Aġenzija inkluż edukazzjoni multilingwali b'dimensjoni Ewropea u konnessjonijiet ta' trasport xierqa. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu eżaminati fl-evalwazzjoni tal-ispiża f'paragun mal-qligħ qabel ma jiġi ffirmat il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u bi qbil mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4) u b'kunsiderazzjoni tar-rieda u l-kapaċità tal-Istat Membru li jipprovdi r-riżorsi tiegħu proprji lill-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta' dispożizzjonijiet bħal dawn għandu jissemma b'mod espliċitu.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-evalwazzjoni għandha tistima l-utilità, r-relevanza u l-effettività tal-Aġenzija u l-prattiċi tax-xogħol tagħha. L-evalwazzjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, fil-livell Ewropew kif ukoll nazzjonali.

2. L-evalwazzjoni għandha tistima l-utilità, ir-relevanza, il-valur miżjud li jkun twettaq u l-effettività tal-Aġenzija u l-prattiċi tax-xogħol tagħha. L-evalwazzjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, fil-livell Ewropew kif ukoll nazzjonali. Għandha tindirizza, b'mod partikolari, il-bżonn possibbli li l-kompiti tal-Aġenzija jiġu modifikati jew estiżi jew li jintemmu l-attivitajiet tagħha fil-każ li l-irwol tagħha jkun sar superfluwu.

Ġustifikazzjoni

Għandu jissemma li evalwazzjonijiet regolari jistgħu jirriżultaw ukoll fl-eżami mill-ġdid tal-kompiti jew tal-eżistenza tal-Aġenzija, jekk ikun hemm dan il-bżonn.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-infiq tal-Aġenzija għandu jinkludi, fost l-oħrajn, il-ħlas tal-persunal, l-ispejjeż amminstrattivi u infrastrutturali, l-ispejjeż operattivi u l-infiq li għandu x'jaqsam ma' kuntratti konklużi mal-Aġenzija. Kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara u għandu jgħaddihom lill-Bord ta' Tmexxija, flimkien ma' abbozz ta' pjan għat-twaqqif.

2. L-infiq tal-Aġenzija għandu jinkludi, fost l-oħrajn, il-ħlas tal-persunal, l-ispejjeż amminstrattivi u infrastrutturali, l-ispejjeż operattivi u l-infiq li għandu x'jaqsam ma' kuntratti konklużi mal-Aġenzija. Kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal, fuq il-bażi tal-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija, abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara u għandu jgħaddihom lill-Bord ta' Tmexxija, flimkien ma' abbozz ta' organigramma.

Ġustifikazzjoni

Skont il-prinċipji tal-ġestjoni bbażata fuq l-attività u tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività (ABM-ABB), il-baġit tal-Aġenzija għandu jkun ibbażat b'mod espliċitu fuq l-objettivi u l-attivitajiet tal-Aġenzija, filwaqt li ssir ir-rabta bjen il-missjoni u l-objettivi tal-Aġenzija u l-attivitajiet u r-riżorsi tagħha.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-abbozz tal-programm ta' ħidma tiegħu,

(a) l-abbozz tal-programm ta' ħidma tiegħu, flimkien mar-riżorsi umani u finanzjarji antiċipati assoċjati ma' kull attività programmata;

Ġustifikazzjoni

Skont il-prinċipji tal-ġestjoni bbażata fuq l-attività u tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività (ABM-ABB), il-programm ta' ħidma tal-Aġenzija għandu jipprovdi informazzjoni dwar ir-riżorsi allokati għall-attivitajiet li huma neċessarji biex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenzija.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Id-dikjarazzjoni tal-estimi ghandha tintbagħat mill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (imsejħa l-awtorità tal-baġit) flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

7. Id-dikjarazzjoni tal-estimi għandha tintbagħat mill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (imsejħa l-awtorità tal-baġit) flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

L-applikazzjoni tan-nomenklatura tat-Trattat ta' Lisbona.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit generali tal-Unjoni Ewropea l-estimi li hi tqis xierqa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont ta' sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali, li hi għandha tpoġġi quddiem l-awtorità tal-baġit skont l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

8. Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-estimi li hi tqis xierqa għall-organigramma u l-ammont ta' sussidju li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali, li hi għandha tpoġġi quddiem l-awtorità tal-baġit skont l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien ma' deskrizzjoni ta' kwalunkwe differenza bejn id-dikjarazzjoni tal-estimi tal-Aġenzija u s-sussidju li għandu jittieħed mill-baġit ġenerali u ġustifikazzjoni ta' dik id-differenza.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel parti tal-emendi tirreferi għall-applikazzjoni tan-nomenklatura tat-Trattat ta' Lisbona. It-tieni parti għandha l-għan li tipprovdi lill-awtorità baġitarja b'informazzjoni adegwata fil-każ li l-estimi tal-Aġenzija jkunu modifikati mill-Kummissjoni.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Il-baġit tal-Aġenzija għandu jiġi adottat mill-Bord ta' Tmexxija. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-budget ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn hu xieraq, dan għandu jkun aġġustat kif meħtieġ.

10. Il-baġit tal-Aġenzija għandu jiġi adottat mill-Bord ta' Tmexxija. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn hu xieraq, dan għandu jkun aġġustat kif meħtieġ, flimkien mal-programm annwali ta' ħidma.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' tnaqqis baġitarju sinifikanti mill-Kummissjoni, l-Aġenzija m'għandhiex tkun mitluba li twettaq l-istess kompiti u attivitajiet b'riżorsi ridotti.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 11 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

11a. Il-Kummissjoni għandha tissottometti pjan direzzjonali għall-iżvilupp ulterjuri tas-sistemi, b'mod partikolari s-SIS II u l-VIS, lill-awtorità baġitarja. Il-pjan direzzjonali għandu jindika liema passi tekniċi huma pjanati, meta u b'liema prezz.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat kull sena lill-awtorità baġitarja kull tagħrif rilevanti dwar ir-riżultat tal-proċeduri tal-valutazzjoni.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat kull sena lill-awtorità baġitarja kull tagħrif fir-rigward tar-riżultat tal-proċeduri tal-valutazzjoni.

Ġustifikazzjoni

M'għandux ikun f'idejn id-Direttur tal-Aġenzija li jiddeċiedi dwar x'inhu rilevanti għall-Parlament.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha tivverifika l-kontijiet tal-Aġenzija u l-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet li jaqgħu taħthom. Din għandha tipprovdi wkoll, meta jkunu disponibbli, kwalunkwe sejba dwar ir-rendiment tal-Aġenzija fil-ksib tal-objettivi tagħha b'mod effiċenti u effettiv.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni dwar ir-rendiment tal-aġenziji spiss tkun nieqsa meta l-Parlament jiġi biex jevalwa l-ksib tal-objettivi tagħhom. Filwaqt li ma tistax tintalab il-verifika tar-renidment ta' kull aġenzija mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri bir-riżorsi kurrenti tagħha, l-informazzjoni disponibbli dwar ir-rendiment għandha tintbagħat lill-awtorità ta' kwittanza.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għal din ir-raġuni, sakemm id-Direttur Eżekuttiv j/tassumi d-dmirijiet tiegħu/tagħha wara l-ħatra tiegħu/tagħha mill-Bord ta' Tmexxija skont l-Artikolu 15 tar-Regolament, il-Kummissjoni tista' tassenja numru limitat ta' uffiċjali inkluż wieħed biex iwettaq il-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv, fuq bażi temporanja.

2. Għal din ir-raġuni, sakemm id-Direttur Eżekuttiv j/tassumi d-dmirijiet tiegħu/tagħha wara l-ħatra tiegħu/tagħha mill-Bord ta' Tmexxija skont l-Artikolu 15 tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tassenja numru limitat ta' uffiċjali inkluż wieħed biex iwettaq il-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv, fuq bażi temporanja.

Ġustifikazzjoni

Qabel ma l-aġenzija tikseb l-awtonomija tagħha, l-assistenza tal-Kummissjoni fil-bidu tat-twaqqif tal-Aġenzija m'għandhiex tkun ipotetika.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija għandha tieħu r-responsabbilitajiet tagħha stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 6 mill-1 ta' Jannar 2012.

2. L-Aġenzija għandha tieħu r-responsabilitajiet tagħha stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 6 mill-1 ta' Jannar 2012, sakemm l-Istati Membri jkunu qablu dwar il-lokalità tas-sede tagħha biżżejjed minn qabel biex ikun possibbli li l-infrastruttura u l-proċeduri bażiċi tagħha jsiru operattivi f'dik is-sede.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda hi maħsuba li tevita sitwazzjonijiet – kif ġara mal-EMSA – li fihom aġenzija tkun twaqqfet provviżorjament f’post differenti minn dak tas-sede definittiv tagħha u kellha tiffaċċa spejjeż addizzjonali biex jerġa' jsir it-trasferiment.

PROĊEDURA

Titolu

Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja

Referenzi

COM(2010)0093 – C7-0046/2009 – COM(2009)02932009/0089(COD)

Kumitat responsabbli

LIBE

Opinjoni mogħtija minn

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.7.2009

 

 

 

Relatur

       Data tal-ħatra

Jutta Haug

21.10.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

14.7.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Reimer Böge, Lajos Bokros, Giovanni Collino, Andrea Cozzolino, Isabelle Durant, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Carl Haglund, Jiří Havel, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Claudio Morganti, Miguel Portas, Dominique Riquet, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Maria Da Graça Carvalho, Peter Jahr, Riikka Manner, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis, Theodor Dumitru Stolojan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lucas Hartong


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (14.7.2010)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja

(COM(2010)0093 – C7-0046/2009 – 2009/0089(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marian-Jean Marinescu

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Aġenzija regolatorja ġdida timplika spejjeż addizzjonali. Huwa għalhekk ta' importanza fundamentali li jiġi żgurat l-iktar bilanċ xieraq bejn l-effikaċja, ir-riżultati u l-ispejjeż.

Il-konklużjoni, ibbażata fuq rapporti ta' evalwazzjoni differenti, hija li hemm ċerti aspetti li għandhom jitqiesu b'mod serju.

L-ewwel u qabel kollox, il-ħtieġa li jinħoloq dokument biex l-Istrateġija tal-Aġenzija tinbidel f'qafas multiannwali b'objettivi ċari u b'indikaturi tal-prestazzjoni. Dan se jtejjeb il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-Aġenzija.

It-tieni nett, il-ħtieġa li jitnaqqas in-numru tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija. Dan se jiżgura skema ta' xogħol iktar effikaċi u se jimpedixxi żieda fl-ispejjeż ta' governanza, kif ukoll defiċit strutturali għall-Aġenzija. It-tnaqqis fil-membri tal-Bord ta' Tmexxija naturalment se jwassal għal tnaqqis fil-membri tal-Kumitat ta' Verifika li se jassisti lill-Bord ta' Tmexxija fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.

It-tielet nett, f'ġieħ il-governanza tajba, l-għamla tal-Bord ta' Tmexxija għandha toffri l-possibilità ta' rappreżentanza ġusta tal-Istati Membri u din tista' tkun iggarantita, fost l-oħrajn, permezz tal-alternanza.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. L-aġenzija għandha tkun taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Anki jekk l-aġenzija tkun stabbilità bħala persuna legali indipendenti li tassumi reponsabilitajiet amministrattivi, ir-rispett tal-liġi min-naħa tal-amministrazzjoni jeħtieġ li jkun garantit fil-kuntest ta' funzjoni superviżorja tal-Kummmissjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) jadotta programm ta' ħidma multiannwali bbażat fuq il-kompiti msemmija fil-Kapitolu II - Kompiti, li għandu jitfassal fuq il-bażi ta' abbozz imressaq mid-Direttur Eżekuttiv imsemmi fl-Artikolu 14, wara konsultazzjoni mal-Gruppi Konsultattivi msemmija fl-Artikolu 16, u wara li jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-programm ta' ħidma multiannwali, mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali tal-Unjoni, għandu jinkludi stima baġitarja multiannwali u evalwazzjonijiet ex ante sabiex tinħoloq struttura għall-objettivi u l-istadji differenti tal-ippjanar multiannwali;

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament Finanjzarju ta' Qafas applikabbli għall-aġenziji jipprevedi obbligu dwar l-ippjanar multiannwali biss fir-rigward tal-persunal. Fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 5/2008 ''l-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea: niksbu r-riżultati'', il-Qorti tal-Awdituri rrakkomandat li l-aġenziji joħolqu dokument fejn jikkonvertu l-istrateġija tagħhom fi programm ta' ħidma multiannwali li jkollu objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni ċari. Dan intalab ukoll fir-Riżoluzzjoni tal-PE dwar ''Kwittanza 2008: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll tal-aġenziji"(Testi adottati tal-5 ta' Mejju 2010, P7_TA(2010)0139).

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) jadotta l-pjan ta' politika multiannwali tal-persunal u jibagħtu l-iktar tard sal-31 ta' Marzu kull sena lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja;

(h) jadotta l-pjan ta' politika multiannwali tal-persunal u abbozz ta' programm annwali ta' ħidma u jibagħthom l-iktar tard sal-31 ta' Marzu kull sena lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja;

Ġustifikazzjoni

Għall-konsistenza mal-Artikolu 28(6)(a).

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) qabel it-30 ta' Settembru kull sena, u wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bi dritt għall-vot, u skont il-proċedura baġitarja annwali tal-Unjoni u l-programm leġiżlattiv tal-Unjoni fl-oqsma li jaqgħu taħt it-Titlu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija tas-sena ta' wara; u jiżgura li l-programm ta' ħidma adottat ikun mibgħut lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni u ppubblikat;

(i) skont il-programm multiannwali, qabel it-30 ta' Settembru kull sena, u wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bi dritt għall-vot, u skont il-proċedura baġitarja annwali tal-Unjoni u l-programm leġiżlattiv tal-Unjoni fl-oqsma li jaqgħu taħt it-Titlu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija tas-sena ta' wara; u jiżgura li l-programm ta' ħidma adottat ikun mibgħut lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni u ppubblikat;

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) il-programm ta' ħidma multiannwali;

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija, minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, għal perjodu ta' ħames snin.

1. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija, minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, għal perjodu ta' ħames snin. Il-kandidati għandu jkollhom il-kwalitajiet u kompetenzi meħtieġa biex jaqdu b'effikaċja l-funzjoni ta' direttur Eżekuttiv tal-aġenzija, partikolarment rigward ir-regolazzjoni finanzjarja applikabbli għall-aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun konsistenti mal-Artikolu 14, paragrafu 3.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru, kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC u kif ukoll l-Kummissjoni għandu jaħtar membru wieħed għal kull Grupp Konsultattiv għal kariga ta' tliet snin, li tista' tkun imġedda.

2. Kull Grupp Konsultattiv għandu jkollu għaxar membri. Il-Kummissjoni għandha taħtar membru wieħed ta' kull Grupp Konsultattiv. Disa’ membri jinħatru mill-Kunsill għal kull Grupp Konsultattiv. Il-membri kollha għandhom jinħatru għal kariga ta' tliet snin, li tista' tkun imġedda.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-Gruppi Konsultattivi għandhom jagħmlu ħilithom biex jaslu għal kunsens fil-pożizzjonijiet tagħhom, Gruppi Konsultattivi li jkunu kbar wisq ma jgħinux fid-definizzjoni tal-opinjonijiet. Gruppi Konsultattivi kbar wisq għalhekk jistgħu jtaqqlu x-xogħol tal-aġenzija bla ħtieġa.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Kapitolu IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

IT-TĦADDIM

PERSUNAL

Ġustifikazzjoni

Titolu ġdid dwar il-provvista tal-persunal

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-Aġenzija m'għandhiex tirrekluta persunal temporanju biex iwettaq dawk li huma meqjusa bħala kompiti finanzjarji delikati.

Ġustifikazzjoni

Ir-reklutaġġ ta' persunal temporanju biex iwettaq kompiti finanzjarji delikati jista' jaffettwa l-prestazzjoni tal-Aġenzija minħabba persunal mhux ikkwalifikat, mhux imħarreġ jew mhux immotivat biżżejjed. Dan jista' wkoll jesponi l-Aġenzija għal frodi finanzjarja peress li huwa iktar probabbli li persunal temporanju jiġi influwenzat biex jikseb it-tiġdid tal-kuntratt. Ara wkoll ir-Riżoluzzjoni PE ''Kwittanza tal-2008: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll tal-aġenziji", paragrafu 7(Testi adottati tal-5 ta' Mejju 2010, P7_TA(2010)0139).

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Jekk il-Kummissjoni tistabbilixxi li jkun sar ksur ripetut tal-istatut jew tal-kundizzjonijiet tal-impjieg u li l-Bord ta' Tmexxija tal-aġenzija f'dan il-qasam ma jkunx qiegħed jaqdi l-kompiti ta' kontroll mogħtija lilu, il-Kummissjoni tista' tesiġi li fil-qafas tal-funzjoni superviżorja tagħha taġixxi fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-persunal hija stess minflok l-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Fl-imgħoddi f'aġenziji oħra ġara li l-kompetenzi tad-Direttur Eżekuttiv fil-qasam tal-persunal ma kinux soġġetti għal kontroll adegwat min-naħa tal-Bord ta' Tmexxija. Anki meta sar ksur ripetut u evidenti tal-istatut tal-persunal, il-Bordijiet ta' Tmexxija f'aġenziji oħra assumew il-funzjoni tagħhom ta' kontroll biss kontra qalbhom. Din l-emenda għandha tqiegħed f'idejn il-Kummissjoni mezz ta' ultima ratio fil-qafas tal-funzjoni superviżorja tagħha.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 17 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17a

Privileġġi u immunitajiet

 

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 20 tal-proposta tal-Kummissjoni issa sar l-Artikolu 17a (ġdid).

Emenda  12

Proposta għal regolament

Kapitolu IV a (ġdid) – qabel Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

KAPITOLU IVa

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Ġustifikazzjoni

Kapitolu ġdid.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri l-oħra tal-Gruppi Konsultattivi għandhom jaħdmu biex jaġixxu fl-interess pubbliku. Għal dan il-għan, dawn għandom jagħmlu dikjarazzjoni ta' impenn bil-miktub kull sena.

Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri l-oħra tal-Gruppi Konsultattivi għandhom jaħdmu biex jaġixxu fl-interess pubbliku. Għal dan il-għan, dawn għandom jagħmlu dikjarazzjoni ta' impenn bil-miktub kull sena. Il-lista tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandha tkun ippubblikata fis-sit tal-internet tal-aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Dan bil-għan li tissaħħaħ it-trasparenza, ġaladarba l-użanzi tal-aġenziji mhumiex uniformi f'dan ir-rigward.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali

Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u l-Kundizzjonijiet tal-Operat

Ġustifikazzjoni

Bdil fit-Titolu.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 20

 

Privileġġi u immunitajiet

 

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Aġenzija.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Inutli minħabba Emenda 11.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 23 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23a

 

Kontrolli Amministrattivi

L-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni tal-Ombudsman Ewropew bi qbil mal-Artikolu 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Evalwazzjoni

Evalwazzjoni u reviżjoni

Ġustifikazzjoni

Għandhom jitqiesu wkoll il-possibilitajiet ta' reviżjoni.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi żmien tliet snin mid-data meta l-Aġenzija ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha, u kull ħames snin wara, il-Bord ta' Tmexxija għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi tat-termini ta' referenza maħruġa mill-Bord ta' Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

1. Fi żmien tliet snin mid-data meta l-Aġenzija ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha, u kull tliet snin wara, il-Bord ta' Tmexxija għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi tat-termini ta' referenza maħruġa mill-Bord ta' Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-evalwazzjoni għandha tistima l-utilità, r-relevanza u l-effettività tal-Aġenzija u l-prattiċi tax-xogħol tagħha. L-evalwazzjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, fil-livell Ewropew kif ukoll nazzjonali.

2. L-evalwazzjoni għandha tistima l-utilità, r-relevanza u l-effettività tal-Aġenzija u l-prattiċi tax-xogħol tagħha. Din l-evalwazzjoni għandha wkoll tqis jekk l-istruttura ta' ġestjoni hijiex adegwata għat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija. L-evalwazzjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, fil-livell Ewropew kif ukoll nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Din l-evalwazzjoni għandha wkoll tqis jekk l-istruttura ta' ġestjoni hijiex adegwata għat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jircievi l-evalwazzjoni u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar it-tibdiliet għal dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prattiċi tax-xogħol tagħha lill-Kummissjoni, li tista’ tibgħathom flimkien mal-opinjoni tagħha kif ukoll proposti xierqa, lill-Kunsill. Pjan ta' azzjoni bi skeda ta' żmien għandu jiġi inkluż, fejn xieraq. Kemm l-evalwazzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi.

3. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jircievi l-evalwazzjoni u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar it-tibdiliet għal dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prattiċi tax-xogħol tagħha lill-Kummissjoni, li tista’ tibgħathom flimkien mal-opinjoni tagħha kif ukoll proposti xierqa, lill-Kunsill. Kemm l-evalwazzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi.

Ġustifikazzjoni

L-iskeda għal evalwazzjonijiet futuri għandha tiġi trattata f'paragrafu separat u iktar dettaljat, meta jitqiesu s-sejbiet tar-rapport ta' evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Ara Emenda 21 hawn taħt.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Il-Bord ta' Tmexxija, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi dwar l-iskeda għal evalwazzjonijiet futuri, billi jqis is-sejbiet tar-rapport ta' evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal Emenda 20.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-abbozz tal-programm ta' ħidma tiegħu,

(a) l-abbozz tal-programm ta' ħidma annwali tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Ara Emenda 2.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 6 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) il-programm ta' ħidma multiannwali aġġornat tiegħu,

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat kull sena lill-awtorità baġitarja kull tagħrif rilevanti dwar ir-riżultat tal-proċeduri tal-valutazzjoni.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat kull sena lill-awtorità baġitarja rapport li jiġbor fih l-għadd u t-tip ta' verifiki interni mwettqa mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet imfassla u l-azzjoni li tkun ittieħdet fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet, skont l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/20021.

 

___________

1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-kompiti mistennija mid-direttur eżekuttiv ikunu ppreċiżati skont ir-Regolament Finanzjarju.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet preparatorji

Il-bidu tal-Attivitajiet tal-Aġenzija

Ġustifikazzjoni

Tibdil fit-titolu.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dħul fis-seħħ u l-applikabilità.

Id-dħul fis-seħħ

PROĊEDURA

Titolu

Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja

Referenzi

COM(2010)0093 – C7-0046/2009 – COM(2009)02932009/0089(COD)

Kumitat responsabbli

LIBE

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

14.7.2009

 

 

 

Relatur

Data tal-ħatra

Marian-Jean Marinescu

1.10.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

31.5.2010

 

 

 

Data tal-adozzjoni

12.7.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Ville Itälä, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Olbrycht, Aldo Patriciello, Theodoros Skylakakis, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Brzobohatá, Edit Herczog, Ivailo Kalfin, Olle Schmidt, Derek Vaughan


PROĊEDURA

Titolu

Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja

Referenzi

COM(2010)0093 – C7-0046/2009 – COM(2009)02932009/0089(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

19.3.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

14.7.2009

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.7.2009

CONT

14.7.2009

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Carlos Coelho

2.9.2009

 

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

12.4.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

15.6.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

15.6.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Rita Borsellino, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Rosario Crocetta, Cornelis de Jong, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Clemente Mastella, Véronique Mathieu, Claude Moraes, Jan Mulder, Georgios Papanikolaou, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Rui Tavares, Wim van de Camp, Daniël van der Stoep, Axel Voss, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Michael Cashman, Anna Maria Corazza Bildt, Luis de Grandes Pascual, Ioan Enciu, Heidi Hautala, Mariya Nedelcheva, Norica Nicolai, Zuzana Roithová, Michèle Striffler, Cecilia Wikström

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marita Ulvskog

Data tat-tressiq

21.6.2011

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Ġunju 2011Avviż legali