Proċedura : 2005/2244(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0210/2006

Testi mressqa :

A6-0210/2006

Dibattiti :

PV 06/07/2006 - 3
CRE 06/07/2006 - 3

Votazzjonijiet :

PV 06/07/2006 - 6.17
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0319

RAPPORT     
PDF 354kDOC 359k
14 ta' Ġunju 2006
PE 371.990v04-00 A6-0110/2006

dwar l-iżvilupp u l-migrazzjoni

(2005/2244(INI))

Kumitat għall-Iżvilupp

Rapporteur: Marie-Arlette Carlotti

PROPOSTA TA' RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
 OPINJONI OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI
 OPINJONI Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Il-Ġustizzja u l-Intern
 OPINJONI Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 PROĊEDURA

PROPOSTA TA' RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-iżvilupp u l-migrazzjoni

(2005/2244(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–    wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp: xi orjentazzjonijiet konkreti" (COM(2005)0390),

–    wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-normi u l-proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li qegħdin fil-pajiż illegalment (COM(2005)0391),

–    wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titoli "Prijoritajiet ta' azzjoni quddiem l-isfidi tal-migrazzjoni: L-ewwel stadju tal-proċess ta' Hampton Court" (COM(2005)0621); "L-Istrateġija ta’ l-UE għal Azzjoni dwar il-Kriżi fir-Riżorsi Umani fil-qasam tas-Saħħa f’Pajjiżi li għadhom qed Jiżviluppaw" (COM(2005)0642) u "Programm tematiku għall-kooperazzjoni ma pajjiżi terzi fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-kenn politiku" (COM(2006)0026),

–    wara li kkunsidra l-punt IV tal-konklużjoniujiet tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-15 u s-16 ta' Diċembru 2005, intitulat "Approċċ globali dwar il-migrazzjoni",

–    wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet A/RES/58/208, A/RES/59/241 u A/RES/60/205 ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprevedu djalogu ta' livell għoli matul il-61 sessjoni tagħha fl-2006 dwar il-kwistjonijiet tal-migrazzjonijiet internazzjonali u ta' l-iżvilupp,

–    wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija bejn fuq naħa waħda l-membri tal-Grupp ta' l-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP), u fuq in-naħa l-oħra l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta Ġunju 2003 (il-Ftehima ta' Cotonou)(1), u emendat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005(2) b'mod partikulari l-Artikolu 13 dwar il-migrazzjonijiet,

–    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni u l-pjan ta' azzjoni ta' Brussell adottati fit-13 ta' April 2006 mill-ewwel laqgħa ta' ministri ACP inkarigati mill-kwistjonijiet ta' kenn, migrazzjoni u mobilità,

–    wara li kkunsidra d-deċiżjoni nru 4/2005 tal-Kunsill tal-ministri ACP-KE tat-13 ta' April 2005 dwar l-użu tar-riżerva ...... tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp, dedikat għall-iżvilupp fuq żmien twil(3)

–    wara li kkunsidra r-rapport tas-segretarju ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti intitolata "Studju global dwar l-irwol tan-nisa fl-iżvilupp, 2004: in-nisa u l-migrazzjoni internazzjonali", A/59/287/Add.1,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Dinji intitolat "Global Economic Prospects 2006: Economic Implications of Remittances and Migration"(4),

–    wara li kkunsidra r-rapport ta' Ottubru 2005 tal-Kummissjoni globali dwar il-migrazzjonijiet internazzjonali intitolat "Il-migrazzjonijiet f'dinja interdipendenti: perspettivi ġodda ta' azzjoni"(5)

–    wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-Artikoli 18, 19 u 21,

–    wara li kkunsidra l-impenji li ħadu l-Istati Membri fl-2005, b'mod partikulari:

–  li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jilħqu, minn issa sa l-2015, l-għan magħmul mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' 0.7% tad-dħul gross nazzjonali tagħhom, li għandu jfisser li l-kontribut ta' l-Unjoni lejn l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDG's) ta' 33 biljun EUR fl-2003 għal aktar minn 84 biljun EUR fl-2015 (konklużjonijiet tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tas-16 u s17 ta' Ġunju 2005),

–  li l-Unjoni Ewropea u l-provvedituri oħra tal-fond jirduppjaw l-għajnuna lill-Afrika, li għandu jfisser għajnuna pubblika għall-iżvilupp (PDA) ta' 25 biljun USD fl-2010(6), (komunikazzjoni maħruġa fit-8 ta' Lulju 2005 mill-G8 fi Gleneagles),

–    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni nru 151 ta' l-ILO dwar il-ħaddiema migranti,

–    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati membri fi ħdan il-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-politika ta' żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea intitolata "Il-kunsens Ewropew dwar il-politika ta' l-iżvilupp" ta' l-20 ta' Diċembru 2005, li tistabbilixxi l-qafas ġenarali ta' azzjoni tal-Komunità dwar l-iżvilupp,

–    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Vjenna adottata fir-IV laqgħa għolja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina fit-12 ta' Mejju 2006,

–    wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tas-17 ta' Novembru 2005 dwar strateġija ta' żvilupp għall-Afrika(7), tal-15 ta' Novembru 2005 dwar id-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni(8), tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar approċċ komunitarju lejn l-immaniġġjar tal-migrazzjonijiet ekonomiċi(9), tad-9 ta' Ġunju 2005 dwar ir-rabtiet bejn l-immigrazzjoni legali u illegali u l-integrazzjoni tal-migranti(10) u tat-12 ta' April 2005 dwar l-irwol ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDG's)(11),

–    wara li kkunsidra r-regolament (KE) nru 2836/98 tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-koperazzjoni għall-iżvilupp,

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarjiet Barranin, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarjiet Soċjali, tal-Kumitat għal-Libertajiet ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0210/2006),

A.  billi minn 175 miljun migrant (3% tal-popolazzjoni tad-dinja), 40% jgħixu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

B.   billi l-migrazzjonijiet mhumiex fenomenu ġdid iżda d-daqs tagħhom fil-kuntest tal-globalizzazzjoni u l-kuxjenza li teżisti dwarhom fl-oqsma kollha konċernati madwar id-dinja issa biddlu dan il-fenomenu f'tema politika ewlenija għall-komunità internazzjonali,

C.  billi, minkejja li l-immigrazzjoni ilha tiżdied b'mod sostanzjali sa mis-snin 80, ma kienx hemm rispons komuni u koerenti min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea,

D.  billi l-Unjoni Ewropea tilqa' immigranti li ġejjin prattikament mill-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw, jiġifieri numru kbir ta' dawn l-immigranti ġejjin mill-Ażja, mill-Afrika u mill-Amerika Latina, u li mhux probabbli li dan il-fenomenu jonqos fis-snin li ġejjin,

E.   billi l-mobilizzazzjoni tal-komunità internazzjonali qed iddum biex taffaċċja dawn il-fatti permezz ta' azzjonijiet sinifikanti komuni,

F.   billi l-kwistjoni tal-migrazzjonijiet teħtieġ risposta globali mill-komunità internazzjonali u li l-Unjoni Ewropea għadha ma offriet l-ebda risposta politika globali u ma armatx ruħha b'għodda adattati għal din il-problema,

G.  billi l-assenza ta' politika komuni dwar ir-regolazzjoni tal-flussi mitratorji tħalli lill-Istati Membri jadottaw deċiżjonijiet unilaterali li jagħmlu l-adozzjoni ta' pożizzjoni komunitarja koerenti diffiċli,

H.  billi r-rispons għall-fenomenu ta' l-immigrazzjoni għandu jkun riżultat ta' l-aktar kunsens wiesa' possibbli fi ħdan l-Unjoni Ewropea,

I.    filwaqt li jqis id-djalogu ta' livell għoli (HLD) dwar il-migrazzjonijiet internazzjonali u l-iżvilupp li se jsir waqt l-Assemblea ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-14 u l-15 ta' Settembru 2006,

J.    billi l-Unjoni Afrikana għażlet il-migrazzjoni bħala waħda mit-temi ta' azzjoni ewlenin tagħha, taħt il-patroċinju tal-President tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Afrikana, is-Sur Alpha Oumar Konaré,

K.  billi d-diversità tal-motivazzjonijiet, u għalhekk tal-kategoriji ta' migranti, tagħmilha diffiċli li jiġu implimentati politiki politiki koerenti bil-għan li l-migrazzjoni ssir strument ta' żvilupp,

L.   billi l-migrazzjoni globalment hija l-aktar iffukata fuq l-Ażja u l-Amerika Latina, imma billi l-Afrika tispikka minħabba l-impatti negattivi tal-fenomenu tal-migrazzjoni,

M.  billi l-analiżi ta' dan il-fenomenu huwa ffukat fuq il-pajjiżi tat-Tramuntana li jilqgħu l-immigranti, meta 60% tal-migranti ma jitilqux mill-emisfera ta' Nofsinhar,

N.  filwaqt li jqis l-impenn sabiex jimxi 'l quddiem id-djalogu globali u tissaħħaħ il-koperazzjoni dwar il-kwistjoni tal-migrazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina, stipulat fid-dikjarazzjoni ta' Vjenna adottata fir-IV laqgħa għolja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina fit-12 ta' Mejju 2006,

O.  billi ż-żieda fl-għajnuna pubblika lill-iżvilupp fiha nfisha m'hijiex risposta għall-kwistjoni tar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp, iżda hemm bżonn li jiġu żviluppati wkoll għodda speċifiċi u innovattivi bil-għan li jkun hemm għarfien aħjar u promozzjoni ta' l-irwol tal-migranti fil-ġlieda kontra l-faqar u għall-iżvilupp,

P.   billi l-isforz sabiex tinstab risposta għal dan il-fenomenu għandu jkun parti integrali ta' l-istrateġiji nazzjonali u internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-faqar, sabiex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp,

Q.  billi d-dritt tal-pajjiżi tan-Nofsinhar li jwettqu politika awtonoma dwar il-migrazzjoni għandu jiġi rikonoxxut u appoġġjat,

R.   billi, għall-pajjiżi tan-Nofsinhar, il-migrazzjoni tfisser li jitilfu ċ-ċittadini li għandhom l-għola livell ta' edukazzjoni jew sens qawwi ta' intrapriża, u li dan it-telf ta' kapaċitajiet jhedded il-proviżjoni u l-kwalità ta' bosta servizzi essenzjali, fosthom dawk tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni,

S.   billi l-eżodu tal-kapaċitajiet jiġi mħeġġeġ permezz tal-politiki ta' aċċettazzjoni selettivi għall-immigranti, imħaddna mit-Tramuntana taħt il-kappa ta' "migrazzjoni magħzula", u li dan jaggrava l-emoroġija tal-kapaċitajiet li minnha qed isofru bosta pajjiżi tan-Nofsinhar,

T.   billi, skond il-President tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Afrikana, is-Sur Alpha Oumar Konaré, dawn il-politiki "jinnegaw id-dritt għall-iżvilupp lill-Afrika",

U.  billi l-migrazzjonijiet ċirkulari, li jippermettu vjaġġi bir-ritorn bejn il-pajjiż ta' oriġini u d-destinazzjoni, joffru l-aħjar opportunitajiet ta' żvilupp għall-pajjiżi li qed jilqgħu l-immigranti kif ukoll għall-pajjiżi minn fejn jitilqu,

V.  billi l-iżvilupp konġunt, jiġifieri li wieħed juża bl-aħjar mod il-potenzjal tal-komunitajiet ta' migranti stabbiliti fil-pajjiżi żviluppati għas-servizz ta' l-iżvilupp tal-pajjiżi tagħhom ta' oriġini, jista' jbiddel il-migrazzjonijiet fi strument għall-iżvilupp u għajnuna reċiproka bejn il-popli,

W. billi l-flus li l-migranti jibgħatu lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom jirrappreżentaw opportunità ewlenija ta' żvilupp, billi dawn l-ammonti huma ferm ikbar minn dawk mogħtija bħala għajnuna pubblika (PDA) fuq skala globali u billi, fil-parti l-kbira tal-każijiet, l-ispejjeż finanzjarji u bankarji biex jintbagħtu dawn il-flus huwa għoli ferm, u l-proċess huwa nieqes mit-trasparenza; waqt li jenfasizza, madankollu, li dawn il-flus huma prinċipalment għall-konsum mill-familji u li parti żgħira biss minn dawn it-trasferimenti finanzjarji tiffinanzja l-investimenti u l-iżvilupp,

X.  billi, madankollu, dawn it-trasferimenti m'għandhomx l-irwol li jissostitwixxu jew jiġġustifikaw tnaqqis fl-għajnuna pubblika għall-iżvilupp,

Y.  billi fl-2005 fid-dinja kien hawn madwar 9.2 miljun rifuġjat u 25 miljun persuna li ħallew djarhom u ċċaqalqu fil-konfini ta' pajjiżhom stess (IDP's), nofshom fl-Afrika, u li ma jibbenefikawx minn ebda protezzjoni fuq livell internazzjonali, fatt li joħloq ġerarkija intolerabbli tal-vittmi,

Z.   filwaqt li jqis iż-żieda fin-numru ta' rifuġjati u ta' nies li ċċaqalqu minħabba ragunijiet "ekoloġiċi" li, skond il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), jista' jilħaq il-50 miljun ruħ ftit snin oħra,

AA. billi l-integrazzjoni tal-migranti hija proċess bilaterali bbażat fuq ir-reċiproċità tad-drittijiet u ta' l-obligazzjonijiet tal-migranti legali u tas-soċjetà li qed tilqagħhom, li għandha l-għan li tiżgura li l-immigranti jkunu kapaċi jipparteċipaw f'din is-soċjetà,

AB. billi l-migranti, vittmi ta' l-ittraffikar tal-bnedmin, tad-diskriminazzjoni u tal-pożizzjoni prekarja tagħhom fis-soċjetà, huma grupp li globalment mhuwiex protett biżżejjed mill-Komunità internazzjonali u minn ċerti leġiżlazzjonijiet nazzjonali,

AC. billi l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-migranti ma ġietx ratifikata minn l-ebda Stat Membru,

AD. billi l-Unjoni Ewropea ddedikat biss, nill-1999, 15-il miljun EUR għall-għan ta' l-integrazzjoni, jiġifieri 0.5 EUR għal kull immigrant,

AE. billi l-ġlieda kontra l-ittraffikar tal-bnedmin marbut mal-migrazzjoni u l-ġlieda kontra l-iskjavitù u l-isfruttament sesswali tan-nisa u tat-tfal għandhom isiru prijorità ta' l-Unjoni Ewropea,

AF. billi n-nisa jirrappreżentaw 51% ta' l-immigranti fid-dinja żviluppata u 46% fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw(12) filwaqt li jqis li l-informazzjoni mogħtija dwar ir-riskji ta' l-emigrazzjoni klandestina mhijiex suffiċjenti, u billi n-nisa migranti huma aktar esposti għall-isfruttament sesswali, għall-vjolenza, għad-diskriminazzjoni u għall-isfruttament fuq il-post tax-xogħol; u billi l-politiki tal-migrazzjoni ma jqisux l-irwol speċifiku tan-nisa,

AG. billi l-migrazzjoni tista' tagħti ċ-ċans lin-nisa li jtejbu ħajjithom, li jżidu l-awtonomija tagħhom, li jgħinu li min huwa mwarrab u li jeħilsu minn relazzjonijiet soċjali oppressivi,

AH. billi, madankollu, in-nisa huma spiss imġiegħla jemigraw minħabba żwieġ sfurzat, faqar, kunflitti armati, eċċ.,

AI. billi n-nisa migranti huma aktar esposti għall-isfruttament sesswali, għad-diskriminazzjoni, għall-isfruttament fuq il-post tax-xogħol u għat-telf tal-kapaċitajiet (brain drain), għall-vjolenza u għar-riskji sanitarji, għall-iżolament soċjali u għall-ittraffikar tal-bnedmin,

AJ. billi bħallissa numru sostanzjali ta' migranti bla dokumenti jgħixu fl-UE, fatt li jżid ir-riskju ta' sfruttament fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll ir-riskju ta' sfruttament sesswali u ta' vjolenza sesswali għal dawk li huma esposti għal dawn il-perikli,

1.   Huwa tal-fehma li l-Unjoni Ewropea għandu jkollha rwol ewlieni sabiex il-migrazzjoni tinbidel fi strument ta' żvilupp;

2.   Jenfasizza li l-Unjoni għandha tipprovdi tweġiba globali, b'karattru reġjonali, għall-kwistjoni tar-rabta bejn l-iżvilupp u l-migrazzjoni, billi tagħti attenzjoni partikulari lill-Afrika u lill-migrazzjonijiet min-naħa tan-Nofsinhar għan-Nofsinhar; jitlob li l-kwistjoni tal-migrazzjoni titpoġġa fuq nett ta' l-aġenda u tad-djalogu politiku bejn l-Ewropa u r-reġjuni differenti li magħhom għandha relazzjonijiet, u jappoġġja l-organizzazzjoni ta' laqgħa għolja bejn l-Ewropa u l-Afrika bil-għan li tinstab tweġiba politika komuni;

3.   Iqis li l-politika Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp għandha l-ewwelnett tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' solidarjetà mal-pajjiżi terzi u ta' żvilupp konġuntbil-għan li jiġu affrontati l-kawżi profondi tal-migrazzjoni, u b'mod partikulari sabiex jinqered il-faqar;

4.   Itenni l-appoġġ tiegħu għal kunċett ta' mobilit­ tal-bnedmin bħala dritt tal-bniedem li, għalhekk, ma jistax jinqafel ġo loġika tas-suq; jenfasizza li l-politika kollha f'dan il-qasam għandu kollha l-għan li tippromwovi l-mobilità li tkun saret bħala għażla, u mhux li ġiet sfurzata;

5.   Jenfasizza li soluzzjoni adegwata għall-fenomenu ta' l-immigrazzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea tista' tinstab biss billi tinħoloq strateġija komuni li tistabbilixxi b'mod ċar l-għanijiet kif ukoll il-mekkaniżmi li jinsabu fid-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri biex ikunu jistgħu jiffaċċjaw dan il-fenomenu flimkien u bi spirtu ta' solidarjetà;

6.   Jipproponi li l-kwistjoni tal-migrazzjoni tkun integrata fil-politiki barranin ta' l-Unjoni Ewropea, fuq l-eżempju tal-proċess ta' Barċellona;

7.   Jilqa' l-proposta tal-Kunsill li fl-2006 tiġi organizzata laqgħa ministerjali Euromed dwar l-immigrazzjoni; jappoġġja bl-istess mod il-laqgħa għolja Ewro-Afrikana dwar il-migrazzjonijiet, li għandu jinżamm f'Rabat f'Lulju 2006, bil-ħsieb li jiddiskuti l-migrazzjoni mill-pajjiżi tal-Magreb u dawk 'l isfel mis-Saħara lejn l-Ewropa;

8.   Jilqa' kull miżura oħra adottata bil-għan li ttejjeb il-politika dwar il-migrazzjoni u jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ globali b'viżjoni preċiża ta' l-azzjonijiet l-aktar importanti li għandhom jittieħdu fil-qasam tal-politika dwar il-migrazzjoni, aktar milli jiġu appoġġjati miżuri frammentati għall-iżvilupp ta' din il-politika;

9.   Jirrakkomanda li l-Kunsill jadotta miżuri xierqa bil-ħsieb li jiggarantixxi f'kull Stat Membru tisħiħ tal-koperazzjoni u tal-koordinazzjoni bejn is-servizzi kompetenti differenti fil-qasam tal-migrazzjoni u ta' l-iżvilupp.

10. Jenfasizza li ż-żieda ta' l-għajnuna għall-iżvilupp hija kundizzjoni meħtieġa, imma mhix biżżejjed biex il-migrazzjoni ssir strument ta' żvilupp; jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jirrispettaw l-impenji politiċi li ħadu fl-2005;

11. Jirrakkomanda li l-migrazzjonijiet u l-impatt tagħhom fuq l-iżvilupp jiġu meqjusa b'mod transversali fil-kuntest tar-riflessjonijiet kollha u ta' l-azzjonijiet bil-għan li jitlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp; ifakkar li strateġja globali tista' biss tagħti l-frott jekk ikun hemm qafas legali xieraq, kemm fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-pajjiżi ta' oriġini;

12. jenfasizza li l-fenomenu tal-migrazzjoni għandu jiġi integrat aħjar fil-politiki u l-pjanijiet ta' żvilupp u jirrakkomanda li, fuq livell nazzjonali, il-migrazzjoni tagħmel parti mid-dokumenti ta' strateġija għat-tnaqqis tal-faqar (PRSP);

13. jagħraf l-importanza tad-dijaspori fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ta' oriġini, b'mod partikulari fil-qasam tal-migrazzjoni; jitlob li jkun hemm koperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, anke permezz tat-twettiq tal-proġetti ta' żvilupp konġunt;

14. Huwa ta' l-opinjoni li l-iżvilupp konġunt, jiġifieri li wieħed jagħraf u jappoġġja l-irwol tad-dijaspori għas-servizz ta' l-iżvilupp tal-pajjiżi ta' oriġini tagħhom, għandu jkun rikonoxxut b'mod sħiħ fuq livell Ewropew;

15. Jenfasizza li sabiex il-migrazzjoni ssir strument ta' żvilupp, l-Unjoni għandu jkollha żewġ strumenti prijoritarji :

-  fond speċifiku, b'immaniġġjar flessibbli biżżejjed u li jagħti rispons, u li b'hekk jagħmilha possibbli li jiġu ffinanzjati b'mod partikulari azzjonijiet ta' żvilupp konġunt,

-  fond ta' garanzija li jassigura l-vijabilità tal-mikro-proġetti tal-migranti u jagħmel impatt massimu fuq l-iżvilupp;

16. Iqis li l-programm AENEAS, bħall-programm li se jidħol fis-seħħ minfloku fl-2007, għandu jitpoġġa għas-servizz ta' strateġija ta' żvilupp, b'mod partikulari permezz tal-finanzjament ta' azzjonijiet ta' żvilupp konġunt, u li dan l-għan għandu jiġi rispettat bis-sħiħ sabiex jiġi evitat li, pereżempju, il-fondi jiġu ddedikati biex titkompla l-protezzjoni tal-fruntieri esterni ta' l-Unjoni;

17. Jenfasizza li dan il-programm għandu jsaħħaħ l-effikaċità tas-sistemi ta' l-immaniġġjar tal-flussi migratorji u l-appoġġ għall-pajjiżi ta' oriġini u għall-pajjiżi minn fejn jgħaddu l-migranti (pajjiżi tranżit); jirrakkomanda għal dan il-għan li dan il-programm ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:

-   bosta linji ta' approprjazzjonijiet (żvilupp konġunt, studji, sigurtà, eċċ.) bil-possibilità ta' finanzjament ta' proġetti integrati fuq diversi livelli,

-   kriterji ta' għażla tal-proġetti u regoli dwar it-tip u l-ammont ta' għajnuna li tista' tiġi mogħtija,

-   kumitat għall-għażla tal-proġetti b'libertà sħiħa fid-deċiżjonijiet tiegħu fil-qafas definit,

-  reviżjoni tar-regoli imposti fuq l-NGO's fil-qasam tad-depożitu tal-fondi ta' garanzija;

18. Jipproponi pjanijiet ta' żvilupp reġjonali integrati, iffukati fuq iz-zoni prinċipali ta' emigrazzjoni Afrikana, biex jiffinanzjaw :

-  l-installazzjoni ta' infrastrutturi (ilma tax-xorb, elettriku, ċentri tas-saħħa, skejjel, toroq...)

-  li l-ispejjeż tal-ħidma jitħallsu parzjalment minn appoġġ baġitarju speċifiku;

azzjonijiet ta' l-istess tip jistgħu wkoll jitwettqu fil-postijiet ewlenin ta' l-emigrazzjoni fl-Amerika Latina u fl-Ażja;

19. Jinsisti dwar id-diffikultajiet u l-ispejjeż għoljin li jkollhom iħallsu l-immigranti biex jibgħatu l-flus lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom, u jenfasizza wkoll in-nuqqas ta' trasparenza tas-sistema extra-bankarja; jisħaq li jeħtieġ li tiwaqqaf sistema sikura li tiggarantixxi l-ħarsien tad-dejta ta' min jibgħat u ta' min jirċievi l-flus, sabiex dawn l-għotjiet jintbagħtu permezz ta' trasfermimenti regolarizzati, billi ċertu sistemi alternattivi li jirrikorri għalihom l-immigranti kultant huma verament sistemi ta' użura;  

20. Jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet finanzjarji nazzjonali u internazzjonali biex jimplimentaw politiki bil-għan li :

-  jiffavorixxu u jiffaċilitaw it-trasferimenti tal-fondi ta' l-immigranti, jagħmluhom inqas għoljin, aktar mgħaġġlin u iktar sikuri, sabiex iħajjru lill-migrant jużaw is-sistemi fomali ta' trasferiment;

-  iżidu l-aċċes tal-migranti għas-servizzi finanzjarji;

-  jidderieġu l-flus li l-immigranti jibgħatu lura lejn pajjiżhom lejn l-investiment produttiv, billi jħaffu l-aċċess għall-kreditu tal-mikro-kumpaniji u tal-SME's, u billi jinvestigaw prodotti finanzjarji innovatti mmirati lejn il-komunitajiet tad-dijaspora, bħall-"Pjan ta' tfaddil għall-iżvilupp";

-  jassiguraw it-trasparenza tat-tranżazzjonijiet finanzjarji magħmula permezz ta' "sistemi informali" bħal, b'mod partikulari, in-netwerk Hawala;

21. Jitlob lill-Kummissjoni biex tħejji proposta ta' qafas regolatroji bil-għan li tnaqqas l-ispejjeż u żżid it-trasparenza fil-proċess tat-trasferimenti ta' fondi mill-immigranti lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom; ifakkar li dawn it-trasferimenti ta' flus jirrappreżentaw it-tieni sors ta' finanzjament estern għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li sa 20% ta' l-ammont totali tagħhom jintefqu fi spejjeż biex isir it-trasferiment;

22. Jagħraf l-importanza ta' l-irwol ta' l-SME's fil-ħolqien ta' l-impjiegi u fl-iżvilupp; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa, b'kollaborazzjoni mal-Bank Ewropew ta' l-Investiment, programmi li jinkoraġġixxu lill-migranti biex jivestu aktar f'dan it-tip ta' intrapriża;

23. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi bil-għan li jimmobilizzaw persuni kwalifikati tad-dijaspora biex jieħdu sehem fl-iżvilupp permezz ta' kumpens finanzjarju tas-salarji baxxi għall-migranti bi kwalifiki għolja li huma lesti jmorru lura f'pajjiżhom, jew billi jitwaqqfu sistemi ta' "doppja katedra" għall-ħaddiema tas-settur pubbliku tan-Nofsinhar (għalliema, riċerkaturi, tobba); jitlob lill-Kummissjoni li tagħmel studju dwar l-esperjenzi ta' l-Istati Membri fil-qasam ta' "doppja katedra";

24. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistħarrġu l-miżuri li jistgħu jieħdu biex jassiguraw it-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni u tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali tal-migranti li jerġgħu lura fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

25. Jilqa' l-propsta tal-Kummissjoni sabiex jiġu kkunsidrati l-miżuri dwar it-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u t-tħaddim ta' mekkaniżmi li jiffaċilitaw il-mobilità tar-riċerkaturi u profesjonisti oħra sabiex ikunu jistgħu, meta jixtiequ, jirriturnaw lura lejn pajjiżhom u jerġgħu jintegraw b'suċċess;

26. Jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-migrazzjoni ċirkulari jew pendulari :

-  billi jimplimentaw, bi qbil mal-pajjiżi ta' oriġini, politiki u programmi ta' migrazzjoni temporarja, bħall-ħruġ ta' viża multipla għal ċertu persuni;

-  billi jissistemaw it-trasferiment ta' kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u l-kontribuzzjonijiet soċjali kollha bejn il-pajjiż ta' oriġini u l-pajjiż ta' destinazzjoni, filwaqt li jassiguraw li l-ħaddiema għandhom aċċess effettiv għall-kontribuzzjonijiet (anqas minn 25% tal-migranti internazzjonali jgħixu f'pajjiżi marbuta bi ftehimiet ta' dan it-tip);

27. Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ migrazzjoni ċirkulari fejn il-migranti jivvjaġġaw bir-rirtorn bejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom u l-pajjiż tad-destinazzjoni, u b'hekk il-pajjiż ta' oriġini tagħhom ikun jista' jibbenefika mit-tagħlim u mill-esperjenza li kisbu; jenfasizza li jaqbel li l-migrazzjoni ċirkulari tkun akkumpanjata minn miżuri ta' integrazzjoni favur il-migranti meta huma joħroġu jew jidħlu fil-pajjiż; jenfasizza l-irwol li għandu jkollha s-soċjetà ċivili, l-NGO's u l-imsieħba soċjali f'dan il-proċess;

28. Jilqa' wkoll il-proposti tal-Kummissjoni biex isir djalogu dwar kwistjonijiet relatati mal- permessi ta' residenza u ta' xogħol, kif ukoll dwar it-tmexxija ta' programmi ta' mobilità tal-ħaddiema migranti li tgħaqqad il-kapaċitajiet ta' l-migranti u l-bżonnijiet tal-pajjiż li għadu qed jiżviluppa;

29. jistieden lill-awtoritajiet tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar biex jinvestu fl-edukazzjoni u fil-formazzjoni taċ-ċittadini; itenni l-appoġġ tiegħu għall-għan "20/20": 20% ta' l-għajnuna pubblika tat-Tramuntana u 20% tal-baġits nazzjonali tan-Nofsinhar jiġu dedikata għas-servizzi soċjali baziċi;

30. Jistieden lill-Istati tan-Nofsinhar biex jiżviluppaw strateġiji biex "jiffurmaw u jżommu" ċ-ċittadini, b'mod partikulari billi jevalwaw għal darb'oħra l-oqsma professjonali b'karattru soċjali u billi jpoġġu l-enfasi fuq is-sitwazzjoni tan-nisa li ta' spiss isofru diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess;

31. Jitlob lill-Unjoni biex tintegra b'mod konkret il-promozzjoni ta' xogħol deċenti fl-aġenda Ewropea fil-qasam ta' l-iżvilupp, b'mod partikulari billi :

-  jiġu inklużi klawżoli dwar ir-rispett tan-normi fundamentali tax-xogħol fil-ftehimiet kollha bilaterali ffirmati mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha,

-  jidħol fis-seħħ strument ta' kontroll ("osservaturi bilaterali"),

-  issir promozzjoni tax-xogħol deċenti bħala element fundamentali tad-disa' MDG;

jitlob, madankollu, li dan il-kunċett ma jiġix użat mit-Tramuntana biex isir "ostaklu li ma jikkonsistix f'tariffi" għall-aċċess għas-suq tagħhom;

32. Jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jimplimentaw politiki bil-għan li jillimitaw il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali negattivi tat-telf ta' l-aħjar imħuħ fuq il-pajjiżi tan-Nofsinhar :

-  billi jerġgħu jorjentaw il-formazzjoni lejn l-oqsma li l-aktar isofru minn-nuqqas ta' ħaddiema,

-  billi jiffinanzjar programmi ta' investiment konġunt bejn imsieħba tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar għall-pajjiżi u għall-oqsma partikularment affettwati mit-telf ta' l-aħjar imħuħ;

33. Jirrakkomanda l-adozzjoni ta' "kodiċi Ewropew ta' kondotta tajba" kif ukoll kodiċi nazzjonali fl-Istati Membri, bil-għan li jkun hemm sorveljanza dwar ir-reklutaġġ tal-ħaddiema;

34. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi programm speċifiku bħala rispons għall-kriżi tar-riżorsi umani fil-qasam tas-saħħa fl-Afrika;

35. Jilqa' l-pjan li jiġi żviluppat approċċ komprensiv u koerenti għal reklutaġġ etiku ta' staff f'setturi partikolarment vulnerabbli għat-telf ta' l-aħjar imħuħ;

36. Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Diċembru 2005 dwar "approċċ globali dwar il-kwistjoni tal-migrazzjoni" kif ukoll il-proposti reċenti tal-Kummissjoni dwar it-telf ta' l-aħjar imħuħ, dwar il-flus li jintbagħtu lejn il-pajjiżi ta' oriġini, dwar id-dijaspori, dwar il-migrazzjoni temporarja/ċirkulari, dwar id-drittijiet tas-sigurtà soċjali, dwar l-għoti ta' viża multipla, eċċ.;

37. Jenfasizza li "ċ-ċirkular" ta' l-imħuħ hija bażi ewlenija biex issaħħaħ il-kontribut pożittiv tal-migrazzjoni fuq l-iżvilupp, billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jipparteċipaw b'mod sħiħ fl-iskambju ta' kapaċitajiet fis-suq tax-xogħol globali; jirrakkomanda lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimpenjaw irwieħhom serjament f'din id-direzzjoni billi jijipproponu miżuri biex:

-  jippromwovu r-ritorn temporarju u virtwali, ibbażati fuq esperjenzi attwali tal-Komunità,

-  jinkoraġġixxu l-koperazzjoni istituzzjonali bejn organiżmi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (istituti ta' riċerka, universitajiet, sptarijiet);

-  iħeġġu li l-kwalifiki jiġu rikonoxxuti b'mod reċiproku;

38. Jinnota l-fatt li ċerti kwalifiki vokazzjonali u/jew akkademiċi tal-ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi terzi jew mhumiex rikonoxxuti jew huma rikonoxxuti b'diffikulta li tagħmilha aktar diffiċli għal ħaddiema bħal dawn sabiex jidħlu fis-suq tax-xogħol ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea bl-istess kundizzjonijiet; jikkunsidra l-fatt li l-migranti għandu jkollhom aċċess għall-programmi ta' taħriġ meta jkunu impjegati fl-Unjoni Ewropea sabiex jiżviluppaw il-kompetenza professjonali tagħhom;

39. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi inizjattivi li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u tistabbilixxi standards minimi rigward id-dħul fis-seħħ ta' sistema Ewropea ta' ekwivalenzi ta' diplomi barranin;

40. Jitlob li l-irwol speċifiku tan-nisa fil-migrazzjoni u fl-iżvilupp jiġi kkunsidrat u b'mod partikulari li :

-  id-dimensjoni tas-sessi tiġi integrata fil-programmi u fil-proġetti kollha dwar l-iżvilupp u dwar l-iżvilupp konġunt jew dwar l-iżvilupp konġunt marbut mat-tema tal-migrazzjoni,

-  in-nisa u l-assoċjazzjonijiet tan-nisa jiġu preferuti permezz ta' miżuri li għandhom l-għan li jagħtu responsabbiltà lill-komunitajiet tad-dijaspora u li jappoġġjaw il-proġetti tagħhom finanzjarjament;

-  jitniedu kampanji ta' informazzjoni fil-pajjiżi ta' oriġini dwar il-kundizzjonijiet ta' l-immigrazzjoni legali, dwar id-drittijiet tagħhom u dwar ir-riskji ta' l-immigrazzjoni klandestina, fosthom l-ittraffikar tal-bnedmin, il-vjolenza u l-isfruttament sesswali;

41. Jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu l-mezzi li permezz tagħhom il-ħaddiema migranti nisa jiksbu l-emanċipazzjoni soċjopolitika, ekonomika u psikoloġika tagħhom, speċjalment rigward il-familji tagħhom u jiksbu t-tagħrif meħtieġ għall-integrazzjoni b'suċċess fil-pajjiż li qed jilqagħhom u li permezz tagħhom id-drittijiet, il-pużizzjoni u l-irwol tal-ħaddiema migranti nisa huma assigurati, filwaqt li jissaħħaħ l-irwol ta' l-NGOs li jaħdmu fuq il-kwistjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll il-ħidma tan-netwerks tal-migranti nisa;

42. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-prinċipju kontra d-diskriminazzjoni huwa applikat f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess u l-parteċipazzjoni tan-nisa migranti fis-suq tax-xogħol tal-Komunità u li jiggarantixxu li d-drittijiet bażiċi soċjali u ekonomiċi, b'mod partikulari d-dritt ta' ħlas indaqs, huma rispettati;

43. Jistieden lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikulari lit-tfal tan-nisa migranti billi jiżguraw li dawn qed jibbenefikaw minn livell għoli ta' protezzjoni u aċċess eħfef għall-kura tas-saħħa u għall-edukazzjoni;

44. jappoġġja l-proposta tad-dikjarazzjoni u tal-pjan ta' azzjoni ta' Brussell adottati fit-13 ta' April 2006 mill-ministri tal-ACP inkarigati minn kwistjonijiet ta' kenn, migrazzjoni u mobilità, li jitolbu li jitwaqqaf osservatorju virtwali għall-migrazzjonijiet ACP bil-għan li tinġabar informazzjoni sħiħa u indipendenti mill-perspettiva ta' l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ACP għall-isfidi tal-migrazzjoni;

45. Jilqa' d-dħul fis-seħħ ta' strument ACP-UE dwar il-migrazzjonijiet minn issa sa l-aħħar ta' l-2006; jitlob, madankollu, lill-Kummissjoni biex tiċċara l-għanijiet tagħha u biex tiggarantixxi li dan l-istrument ma jiġix iddevjat mill-għan tiegħu ta' żvilupp;

46. Jiddubita minn kemm huma opportuni u effiċjenti l-ftehimiet u l-klawżoli dwar id-dħul mill-ġdid immirati biex jorbtu l-għajnuna finanzjarja u teknika mal-"prestazzjoni" tal-pajjiżi terzi fil-qasam ta' dħul mill-ġdid; jenfasizza li din il-politika ta' "għotja biex tpatti għal għotja oħra" thedded li tfaqqar il-pajjiżi li jiġġeneraw il-migranti;

47. Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri biex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta' l-Istati tan-Nofsinhar fl-immaniġġjar ta' politika migratorja awtonoma fil-qafas tal-fondi Ewropej dwar il-migrazzjoni jew ta' l-istrument ACP-EU;

48. Jenfasizza li l-Unjoni Afrikana u l-organizzazzjonijiet reġjonali Afrikani jista' jkollhom rwol importanti biex jidderieġu l-migrazzjonijiet ekonomiċi fl-Afrika, pereżempju permezz ta' ftehimiet ta' koperazzjoni għall-iżvilupp konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti, kif ukoll fil-qafas ta' ftehimiet bilaterali u multilaterali li jinkludu klawżoli dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u dwar l-istandards ta' l-ILO, u jqis li l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġja dan it-tip ta' inizjattivi;

49. Iqis li s-sħubija ACP-UE toffri qafas f'pożizzjoni lli jipproponi tweġibiet komuni għall-kwistjoni tal-migrazzjoni, skond l-Artikolu 13 tal-Ftehima ta' Cotonou; jitlob lill-Kummissjoni biex, fin-negozjati li qed isiru dwar il-ftehimiet ta' sħubija ekonomika (EPA) jew fin-negozjati futuri dwar il-ftehimiet ta' dħul mill-ġdid, tinkludi l-għanijiet li ġejjin:

-  trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini mill-ACP, li diġà giet prevista mill-Konvenzjoni ta' Lomé iżda baqgħet ma twettqitx,

-  aċċess aħjar għall-viżi mogħtija għal żmien qasir għaċ-ċittadini tal-pajjiżi ta' l-ACP, u regolamenti li jiffavorixxu aktar il-mobilità tal-ħaddiema temporarji,

-  id-dħul fis-seħħ ta' programm ta' informazzjoni fil-pajjiżi ACP immirat lejn dawk li qed jaħsbu biex jemigraw lejn l-Unjoni Ewropea;

50. jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal strateġija maħsuba biex tgħin lill-pajjiżi tad-destinazzjoni u l-pajjiżi tranżit li jiffaċċjaw flussi migratorji kbar u biex jeżaminaw flimkien mal-pajjiżi konċernati programmi ta' azzjoni rigward emigranti f'dawk il-'poli migratorji' u ż-żoni ta' tranżitu identifikati, u jiffukaw fuq dawk fost il-popolazzjonijiet migratorji l-aktar vulnerabbli (nisa, tfal waħedhom) b'dawn l-iskopijiet:

–  li jgħinu lill-popolazzjoni biex tikseb awtonomija u biex isibu l-milja tagħhom mingħajr il-bżonn ta' mobilità ,

–  - li jtejbu l-kundizjonijiet ta' għixien tal-migranti in transit, b'mod partikolari f'Sahel (ċentri ta' informazzjoni, ċentri ta' għajnuna għal migranti barranin),

–   li jipproponu attività ta' prevenzjoni u ta' kura tal-mard sesswali kontaġġjuż (MST) u ta' l-Aids fil-poli u fir-rotot migratorji, b'kunsiderazzjoni għar-rabta li teżisti bejn it-tixrid tal-MST u ċ-ċaqliq tal-popolazzjoni;

51. Jitlob li dawn il-programmi ta' azzjoni jikkonċentraw partikularment fuq l-analiżi ta' l-impatt soċjali u psikoloġiku tal-migrazzjonijiet u ta' l-espulsjonijiet, kif ukoll fuq l-appoġġ għan-nisa u tfal li jsofru minn dan l-impatt negattiv;

52. Jitlob li l-Unjoni tappoġġja l-inizjattivi tal-komunità internazzjonali biex jiġu ċċarati l-kunċetti ta' refuġjat politiku, refuġjat ekonomiku u refuġjat ambjentali u biex joffru lil kull waħda minn dawn il-kategoriji l-protezzjoni u l-għajnuna xierqa; iqis li nies spustjati jeħtieġ li jibbenefikaw minn protezzjoni daqs dik li tista' tingħata lir-refuġjati permezz tal-Konvenzjoni dwar l-istatus tar-refuġjati tat-8 ta' Lulju 1951; jitlob lill-Istati Membri u lill-komunità internazzjonali biex iħarsu "il-prinċipji gwida dwar l-ispostamenti interni" tan-Nazzjonijiet Uniti u jirrakkomanda li dawn in-normi ta' protezzjoni ta' nies spustjati jiġu stabbiliti bħala konvenzjoni internazzjonali;

53. Huma mħasseb bid-diffikultajiet finanzjarji li qed issib l-HCR, u huwa tal-parir li l-Kummissjoni għandha ssaħħaħ l-appoġġ finanzjarju tagħha għall-proġetti mmexxija mill-HCR u li l-Unjoni Ewropea, il-kontributur prinċipali għall-baġit tal-HCR, għandha tagħmel pressjoni fuq il-kontributuri l-oħra sabiex l-HCR ikollha l-mezzi biex twettaq il-missjoni fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli;

54. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex bi sħab mal-HCR u mal-pajjiżi jew organizzazzjonijiet reġjonali konċernati tiżviluppa proġetti :

–  għar-ripatrijazzjoni volontarja tar-refuġjati u tan-nies spustjati,

–  għat-twaqqif ta' proġetti ta' għajnuna għar-rilokazzjoni ta' dawn il-popolazzjonijiet;

55. Jinkuraġġixxi lill-pajjiżi ta' oriġini u lill-pajjiżi tul ir-rotta (transit) biex jieħdu parti attiva fl-approċċ ġdid għal migrazzjoni u l-iżvilupp tiegħu;

56. Jistieden lill-Kummissjoni biex tibda djalogu mal-pajjiżi ta' oriġini u biex jitlobhom biex jipprojbixxu l-użanzi li jmorru kontra d-drittijiet tal-bniedem bħalma huma l-mutilazzjonijiet ġenitali tan-nisa, iż-żwieġ bil-fors, il-poligamija u d-divorżju mingħajr kunsens reċiproku;

57. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva tan-nefqa fuq programmi ta' għajnuna għall-iżvilupp f'pajjiżi terzi, kif ukoll bilanċ tar-riżultati li jinkisbu minn dan, bil-fehma li jkun hemm titjib fil-qagħda tal-mara fil-pajjiżi minn fejn joriġinaw il-migranti;

58. Jistieden lill-Istati Membri biex jeżaminaw partikularment iktar l-impatt li l-ispostamenti li jirriżultaw minn kunflitti jistgħu jkollhom fuq is-sitwazzjoni soċjali, fiżika u psikoloġika tal-migranti nisa, li minħabba l-prekarjità tal-qagħda tagħhom, huma l-iktar nies suxxettibbli li jisfaw vittmi tal-vjolenza;

59. Jitlob lill-Istati Membri u lill-Unjoni Ewropea biex jiggarantixxu li n-nisa vittmi tal-vjolenza jiġu infurmati sewwa bid-drittijiet tagħhom, li jkollhom aċċess tabilħaqq għall-għajnuna legali u li jkunu jistgħu jitolbu status uffiċjali indipendenti u li jiksbu permess ta' residenza u biex jaħdmu;

60. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, bl-intervent ta' rappreżentanti u ambaxxati lokali, biex jinfurmaw lin-nisa li jixtiequ jemigraw lejn l-UE dwar il-kundizzjonijiet marbutin ma' l-immigrazzjoni legali, dwar id-drittijiet u l-obbligi li jkollhom, u dwar il-prinċipji u l-valuri fundamentali li fuqhom huma msejsa s-soċjetajiet Ewropej;

61. Jistieden lill-Istati Membri biex fl-istess ħin jiżviluppaw politiki u programmi speċifiċi ta' żvilupp maħsuba biex jiggarantixxu l-forniment ta' assistenza medika, soċjali u psikoloġika għan-nisa li jisfaw spustjati minħabba kunflitti, u nies oħra migranti li jbagħtu konsegwenzi mentali, fiżiċi u soċjali bħala nies spustjati;

62. Jinsisti fuq l-importanza ta' skambji ta' metodi ta' prattika tajba, kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari ma' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

63. Jiddeplora li l-Kummissjoni ma tatx każ tad-dimensjoni li għandha x'taqsam mad-differenza ta' sess fil-komunikazzjoni tagħha, "Il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp: orjentazzjonijiet konkreti"; jipproponi li qabel ma jiġu adottati miżuri fil-qasam tal-politika għall-immigrazzjoni, jinħoloq grupp ta' ħidma interistituzzjonali ta' livell għoli, inkarigat biex jissorvelja l-iżvilupp tal-politika Komunitarja għall-immigrazzjoni mill-aspett tad-differenza ta' sess, u biex jimplimenta mezzi ta' evalwazzjoni ta' l-impatt marbut mad-differenza ta' sess;

64. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex fil-qasam tal-politika għall-immigrazzjoni, u fl-evalwazzjoni regolari tal-politiki mill-aspett ta' differenza ta' sess, jadottaw linji gwida, kif ukoll objettivi u indikaturi Ewropej konkreti u mmirati lejn l-aspett tad-differenza ta' sess;

65. Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu qafas legali li jiggarantixxi lin-nisa migranti d-dritt li jkollhom passaport u permess ta' residenza individwali, u li jippermettu li jiġi meqjus kriminalment risponsabbli kulmin jikkonfiska dawn id-dokumenti;

66. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintensifikaw id-djalogu mal-pajjiżi ta' oriġini tan-nisa migranti, bl-iskop li jippromwovu r-rispett tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll il-ġlieda kontra l-faqar u d-dipendenza ekonomika tan-nisa;

67. Jenfasizza li l-migrazzjoni u l-integrazzjoni huma intimament marbutin ma' xulxin u li sabiex jiġi żgurat li migrazzjoni tirnexxi u li minnha jibbenefikaw il-partijiet kollha kkonċernati, l-istrateġiji għall-migrazzjoni jridu jkunu akkumpanjati minn strateġiji ħollistiċi u multidimensjonali;

68. Jiddeplora n-nuqqas ta' progress dwar kwistjonijiet ta' integrazzjoni minn wara s-Samit ta' Tampere fl-1999 u jqis li l-Unjoni Ewropea trid minn issa 'l quddiem tassumi r-responsabbiltajiet tagħha f'dan il-qasam; jifraħ f'dan ir-rigward bit-twaqqif tal-Fondi Ewropew għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi; jistqarr li jaqbel li għandu jitwaqqaf malajr osservatur Ewropew għall-migrazzjonijiet biex iħaffef l-isforzi ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-Istati Membri fil-kwistjoni ta' l-integrazzjoni;

69. Jenfasizza li l-migranti huma rikkezza għall-pajjiżi li jilqgħuhom u jisħaq li dan l-irwol għandu jkun rikonoxxut aħjar u msaħħaħ; jinsisti fuq il-fatt li ċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll il-ħaddiema migranti, għandhom dmirijiet u drittijiet li għandhom dejjem jiġu rrispettati;

70. Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu dawn l-aspetti pożittivi u jagħmlu minnhom elementi tal-kampanja nazzjonali ta' informazzjoni;

71. Jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu proċedura ġusta u trasparenti li tiffaċilita għall-migranti l-aċċess għal xogħol li l-kundizzjonijiet ta' iġene u ta' sigurtà tiegħu, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' kif jiġu impjegati, joffrulhom garanzija sħiħa għad-dinjità tagħhom;

72. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iwettqu għadd ta' programmi ta' skambji għaż-żagħżagħ fil-qasam tar-riċerka u biex jippromwovu rabtiet iktar mill-qrib fil-qasam tal-kultura u ta' l-edukazzjoni mal-pajjiżi terzi kkonċernati sabiex jiġu żviluppati sinerġiji bejn organizzazzjonijiet ta' l-edukazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea u dawk ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll biex jappoġġjaw il-miżuri għar-riintegrarazzjoni;

73. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi u ssaħħaħ, flimkien ma' l-Istati Membri, il-programmi ta' skambji ta' studenti u żgħażagħ gradwati minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex bi programmi bħal Erasmus, Erasmus-Mundus, Comenius, Socrate u Leonardo da Vinci, jilħqu l-objettivi tal-migrazzjoni temporanja, kif ukoll it-trasferiment ta' prattiki tajbin u ta' kompetenzi għall-pajjiżi ta' oriġini;

74. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itejbu l-aspett mhux finanzjarju tal-kontribuzzjoni għall-iżvilupp soċjo-professjonali billi jeżaminaw l-irwol taż-żagħżagħ u jiffavorixxu l-integrazzjoni u ċ-ċittadinza tagħhom billi jġibu flimkien il-parteċipanti differenti fil-qasam tal-migrazzjoni ekonomika, bħalma huma l-oganizzazzjonijiet li m'humiex statali u l-imsieħba soċjali tal-pajjiżi ta' oriġini u tal-pajjiżi ospitanti;

75. Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex, fir-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi, ma jħarsux lejn il-kwistjoni tal-migrazzjonijiet bħala t-tkomplija tal-politiki restrittivi tagħhom għall-migrazzjonijiet; jiddikjara li hu kontra kull "esternalizzazzjoni" tal-politika Ewropea u ta' l-Istati Membri għall-migrazzjoni li tikkonsisti biss filli titfa' lura fuq il-pajjiżi tan-Nofsinhar ir-responsabbiltà tal-kwistjoni tal-migrazzjonijiet;

76. Josserva barra minn hekk li l-immaniġġjar tal-flussi migratorji m'għandux ikun prirekwiżit għal kull ftehim ta' assoċjazzjoni;

77. Jitlob lill-Kumissjoni u lill-Istati Membri biex jipproponu inizjattivi konkreti biex jiġi żviluppat l-aċċess għall-proċeduri għall-immigrazzjoni legali biex hekk jikkumbattu s-suq ta' xogħol illegali u l-esplojtazzjoni li jaqgħu vittmi tagħha il-ħaddiema migranti;

78. Jitlob lill-Istati Membri biex jimplimentaw politika ġenwina biex jintlaqgħu l-migranti bbażata fuq ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi internazzjonali;

79. Iħeġġeġ kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-Unjoni biex ilkoll jirratifikaw il-Konvenzjoni internazzjonali dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-migranti u biex jirrispettaw kompletament l-impenji internazzjonali tagħhom dwar il-protezzjoni tal-migranti u tal-familji tagħhom;

80. Josserva li l-ħaddiema migranti qed jiġu esplojtati dejjem iktar u jistieden lill-Istati Membri biex jiggarantixxu l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet Ewropej u nazzjonali rigward l-impjiegi, u biex jipprovdu lill-ħaddiema migranti kollha l-protezzjoni legali u ċivili meħtieġa kontra l-abbuż u l-esplojtazzjoni;

81. Jitlob lill-Unjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu biex "iqarrbu l-istatus" tal-barranin li jinsabu legalment fl-Unjoni Ewropea ma' dak taċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, u li jagħtuhom l-ikbar sigurtà legali possibbli biex jintlaħaq l-objettiv tat-twettiq ta' ċittadinanza miftuħa għall-extra-komunitarji;

82. Jagħraf kemm huma importanti li jiġi talanqas garantit livell minimu ta' drittijiet komuni għaċ-ċittadini kollha ta' pajjiżi terzi li jinsabu fit-territorji kollha ta' l-Unjoni Ewropea; jifraħ sadanittant bil-proġetti kollha maħsuba biex jinħoloq pedament għall-immigrati kollha li jidħlu fis-swieq tax-xogħol ta' l-Unjoni;

83. Jifraħ bil-proġett sabiex tinħoloq proċedura ġusta u trasparenti biex jidħlu l-ħaddiema staġunali u biex jingħatawlhom id-drittijiet tagħhom; huwa konvint li wieħed għandu jagħti l-akbar attenzjoni li tixirqilhom lill-ħaddiema migranti xi ftit kwalifikati u dawk anqas kwalifikati; iqis li hu importanti li tingħata protezzjoni lill-din il-kategorija ta' ħaddiema li huma partikularment vulnerabbli, vittmi tad-diskriminazzjoni u l-esplojtazzjoni;

84. Jitlob lill-Istati Membri biex, ġaladarba tkun ġiet aċċettata rijunifazzjoni familjari, jiggarantixxu li jagħtu l-istatus ta' awtonomija u permess biex wieħed jista' jaħdem lis-sieħeb u lit-tfal ta' min jikseb l-istatus uffiċjali prinċipali, biex hekk jiġu garantiti u mħarsa bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom u biex titħaffef l-integrazzjoni soċjali tagħhom;

85. Jitlob lill-Istati Membri biex jikkunsidraw in-nominazzjoni ta' ombudsman f'livell nazzjonali jew lokali biex jittratta t-talbiet u l-ilmenti ta' l-immigranti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, is-sigurtà legali tagħhom jew it-trattamenmt diskriminatorju u jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina l-prattiki tajbin nazzjonali u reġjonali ta' l-Istati Membri f'din il-kwistjoni;

86. Jiddeplora n-nuqqas ta' għarfien tar-rabtiet li jeżistu bejn l-iskjavitù u l-migrazzjoni; jinnota li bosta nisa vittmi ta' l-iskjavitù m'għandhom ebda aċċess għal protezzjoni legali jew soċjali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkonċentraw fuq strateġiji biex jikkumbattu l-iskjavitù u li jirrigwardaw il-privenzjoni u l-protezzjoni tal-vittmi; jappella lill-Istati Membri biex jagħtu lil dawn in-nisa viża għal żmien twil;

87. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin li għandha x'taqsam mal-migrazzjoni tiġi meqjusa bħala prijorità għall-Unjoni Ewropea u li l-mezzi finanzjarji adegwati jiġu allokati għaliha; iqis li l-pjan ta' azzjoni li qed jiġi mħejji għandu jirrifletti din il-prijorità, jagħti importanza partikulari lill-persuni l-iktar vulnerabbli, b'mod partikolari lin-nisa u lill-minorenni, u jinsisti dwar il-kollaborazzjoni neċessarja mal-pajjiżi ta' oriġini u mal-pajjiżi ta' tranżitu;

88. Jistenna mingħand il-Kummissjoni li waqt l-adozzjoni tal-miżuri kontra t-traffikar organizzat tal-bnedmin li ġejjin minn pajjiżi li qed jiżviluppaw ma tikkriminalizzax lill-vittmi, imma tagħmel enfasi fuq l-ikkastigar tal-ħatjin; jinnota li bosta nisa vittmi ta' l-iskjavitù m'għandhom ebda aċċess għal protezzjoni legali jew soċjali; jistieden lill-Istati Membri biex jiggarantixxu lil dawn in-nisa l-possibbiltà li tingħatalhom viża għal żmien twil;

89. Jitlob lill-Kunsill biex idaħħal ir-rakkomandazzjonijiet ta' din ir-riżoluzzjoni fil-pożizzjoni komuni li qed titħejja għad-djalogu ta' livell għoli dwar il-migrazzjonijiet internazzjonali u dwar l-iżvilupp organizzat min-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru 2006;

90. Jitlob lill-President tiegħu biex jgħaddi r-riżoluzzjoni preżenti lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri, lill-pajjiżi kandidati ta' l-ACP, lill-Kunsill ta' l-ACP-UE u lill-Assemblea Parlamentari konġunta ACP-UE.

(1)

ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)

ĠU L 287, 29.5.1998, p. 4.

(3)

ĠU L 164, 29.5.1998, p. 46.

(4)

http://www.worldbank.org/globaloutlook

(5)

www.gci.org, Ottubru 2005.

(6)

Imqabbla mal-livelli ta' l-2004, dan huwa ekwivalenti għal irduppjar ta' l-għajnuna.

(7)

Testi adottati, 17.11.2005, P6_TA(2005)0445..

(8)

Testi adottati, 15.11.2005, P6_TA(2005)0427.

(9)

Testi adottati, 26.10.2005, P6_TA(2005)0408.

(10)

Testi adottati, 9.6.2005, P6_TA(2005)0235.

(11)

ĠU C 33, E 9.2.2006, p 311.

(12)

ILO: Preventing discrimination, exploitation and abuse of women migrant workers: an information guide – booklet 1: why the focus on women international workers, Ġinevra, 2003, OIT, p. 9.


NOTA SPJEGATTIVA

L-objettiv ta' dan ir-rapport dwar l-inizjattiva huwa li janalizza r-rabta bejn il-migrazzjonijiet internazzjonali u l-iżvilupp sabiex joħroġ rakkomandazzjonijiet għall-politika ta' kopereazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea.

Fil-bidu tas-Seklu 21 fid-dinja hawn 175 miljun migrant (3% tal-popolazzjoni tad-dinja). Din iċ-ċifra kważi ttriplikat ruħha fi żmien 40 sena.

40% tal-migranti jgħixu f'pajjiżi li qegħdin jiżvilupaw.

Il-mottivazzjonijiet tal-migranti huma diversi. Id-demografija u l-faqar jibqgħu l-fatturi essenzjali. Imma l-istorja tal-popli, ir-rabtiet kulturali, il-prossimità lingwistika jew ir-reġimi anti-demokratiċi huma wkoll fatturi importanti fid-dinamika tal-migrazzjoni.

L-Unjoni Ewropea għandha rwol ewlieni sabiex il-migrazzjoni ssir strument ta' żvilupp. Dan ir-rapport huwa mfassal bħala "kaxxa ta' l-għodda" li minnha wieħed ikun jista' jinqeda biex jintlaħaq dan l-iskop.

Imma dan ir-rapport ma jistax ikun ezawrjenti għal żewġ raġunijiet.

-     L-iskop tiegħu ma hux li jagħmel dikjarazzjoni dwar il-politika għall-migrazzjoni ta' l-UE u ta' l-Istati Membri.

-     Fuq il-qasam ta' l-iżvilupp innifsu, dan ir-rapport ma jippretendix li jkopri totalment suġġett hekk vast; ċerti riflessjonijiet u ċerti rakkomandazzjonijiet ma humiex għajr abbozzi u jkun jeħtieġ li jiġu żviluppati fil-futur.

I)  Il-kwistjoni tal-migrazzjonijiet: sfida għall-politika ta' koperazzjoni ta' l-UE

A - Approċċ ġdid

Il-politika għall-migrazzjoni ta' l-Unjoni tistrieħ fuq żewġ illużjonijiet.

l-illużjoni li aħna nistgħu nagħmlu l-fruntieri inpenetrabbli.

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri ma jħarsux lejn il-kwistjoni tal-migrazzjonijiet fir-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi jekk mhux bħala t-tkomplija tal-politiki restrittivi tagħhom għall-migrazzjonijiet. Dan hu li joħloq il-perspettiva ffukata għal kollox fuq id-difiża u s-sigurtà u li jwassal biex il-piż tar-risponsabbiltà jintefa' fuq l-Istati tan-Nofsinhar ("l-esternalizzazzjoni" tal-politika tagħna għall-migrazzjonijiet).

Din il-kwistjoni ma tirriżultax minn din il-konnessjoni. Ir-rapporteur madankollu jrid jenfasizza li logika bil-maqlub ta' din biss tkun tista' tippermetti li l-UE taħdem fuq dawn l-implikazzjonijiet li jirriżultaw mill-migrazzjonijiet u l-iżvilupp.

L-illużjoni li l-kawża ta' l-immigrazzjonijiet hija biss il-faqar.

Kuntrarjament għal dak li wieħed jista' jifhem, l-iżvilupp fil-fażi inizjali tiegħu jġib intensifikazzjoni tal-migrazzjonijiet iktar milli tnaqqis. Iż-żieda fl-għajnuna weħedha għalhekk ma hix soluzzjoni. Hija kundizzjoni meħtieġa, imma weħedha mhix biżżejjed.

Għalhekk l-approċċ ta' l-Unjoni Ewropea jeħtieġ li jiġi rivedut.

Jeħtieġ li jkollu l-appoġġ ta' mekkaniżmi innovattivi biex jagħraf u jippromwovi l-irwol tal-migranti fil-ġlieda kontra l-faqar u favur l-iżvilupp. Jeħtiġilna li nibdlu l-loġika tagħna minn "iktar żvilupp biex ikun hemm anqas migrazzjonijiet" għal "immaniġġjar aħjar tal-migrazzjonijiet biex ikun hemm iktar żvilupp"

Dan għandu jkun ikkonċentrat l-iktar fuq l-Afrika u fuq il-migrazzjonijiet min-Nofsinhar għan-Nofsinhar.

J.         L-Unjoni Afrikana għażlet il-migrazzjoni bħala waħda mit-temi ta' azzjoni ewlenin tagħha, taħt it-tmexxija tal-President tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Afrikana, A. Konaré. L-UE għandha tqiegħed il-kwistjoni tal-migrazzjonijiet fuq nett fl-aġenda u fid-djalogu politiku bejn l-Ewropa u l-Afrika.

B - Strumenti Ġodda

L-Unjoni dawn l-aħħar xhur għamlet analiżi pertinenti dwar il-kwistjoni tal-migrazzjonijiet u ta' l-iżvilupp. Imma llum għad m'għandha ebda strument adattat biex tilħaq l-objettivi tagħha.

1 - Preambolu :

Ir-rispett għall-impenji politiċi li l-UE assumiet fl-2005 fil-qasam ta' l-għajnuna għall-iżvilupp (0.7% tal-PGD sa l-2015, l-irduppjar ta' l-għajnuna għall-Afrika sa l-2010).

2 - Żewġ objettivi :

a) L-integrazzjoni tal-kwistjoni tal-migrazzjonijiet u l-impatt tagħhom fuq l-iżvilupp fl-ODM

Għaliex għalkemm il-kwistjoni tal-migrazzjonijiet hija s-sinsla ta' l-ODM kollha, ebda waħda ma ssemmiha espiliċitament b'isimha. b) It-tqegħid tal-migrazzjonijiet fil-qalba tas-sħubija ACP-UE.

Inizjattivi għall-migrazzjonijiet għandhom jidħlu fin-neguzjati li għaddejin bħalissa, skond l-Artikolu 13 tal-ftehima ta' Cotonou.

Mogħnija b'25 miljun EURO, il-faċilità ACP-UE għall-migrazzjonijiet li se tibda taħdem fi tmiem l-2006, għandha tippermetti li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-pajjiżi ta' l-ACP fil-qasam tal-migrazzjonijiet.

3 - Żewġ strumenti prioritarji :

a) Fond speċifiku li jkollu mmaniġġjar flessibbli biżżejjed u kapaċi jirreaġixxi biex jiffinanzja azzjonijiet ta' żvilupp konġunt.

L-UE llum għandha l-programm AENEAS iżda dan jintuża l-iktar għal attivitajiet ta' protezzjoni tal-fruntieri u għal studji li l-iskop tagħhom kultant ikun dubbjuż. Dan il-programm, bħal dak li jeħodlu postu fl-2007, għandu fil-fatt jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta' strateġija ta' tisħiħ tal-kontribuzzjoni tal-migrazzjonijiet għall-iżvilupp, b'mod partikolari għall-finanzjament ta' mikro-proġetti ta' żvilupp konġunt.

b) Fond ta' garanzija sabiex jassigura l-vijabilità tal-mikro-proġetti tal-migranti u jagħmel impatt massimu fuq l-iżvilupp.

Din il-kwistjoni ta' garanzija hija fundamentali. Fid-dispożizzjonijiet kollha attwali, dan huwa l-istrument li jonqos biex "ngħaddu għall-istadju li jmiss" u biex jippermetti lill-mikro-intraprendituri biex jiżviluppaw l-attività tagħhom u joħolqu SMEs.

(II).  Il-migranti għas-servizz ta' l-iżvilupp tal-pajjiżi ta' oriġini

A - Il-promozzjoni ta' żvilupp konġunt u l-konsakrazzjoni tiegħu fit-testi Ewropej

L-iżvilupp konġunt huwa definit bħala l-valorizzazzjoni tal-potenzjal li jirrapreżentaw il-komunitajiet ta' migranti stabbiliti f'pajjiżi sinjuri u għas-servizz ta' l-iżvilupp tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom. Dan għandu l-ħila jittrasforma l-migrazzjonijiet f'għodda potenzjali għall-iżvilupp, grazzi għall-għajnuna reċiproka bejn il-popli.

B - Għanjuna għat-trasferiment ta' fondi

It-trasferiment ta' fondi għall-pajjiżi ta' oriġini (232 miljardi ta' dollari fl-2005, li minnhom 167 mibgħuta lill-PVE) jaqbżu bil-bosta l-APD, u dan mingħajr ma wieħed iqis it-traserimenti informali li huma stmati li talanqas jilħqu l-50% taċ-ċifra uffiċjali. Il-biċċa l-kbira minn dawn il-fondi jservu biex jitimgħu l-familji, u ħafna drabi biex dawn ma jmutux bil-ġuħ. Parti żgħira biss minn dawn it-trasferimenti jmorru biex jiffinanzjaw investimenti. Il-politika ta' l-UE jeħtieġ tkabbar għall-massimu l-kontribuzzjoni tagħhom għall-iżvilupp tal-pajjiżi ta' oriġini billi:

-     tgħin biex tiffaċilita t-trasferiment ta' fondi għall-migranti.

-     tkabbar ta' l-aċċes tal-migranti għas-servizzi finanzjarji.

-     tindirizza l-flus li l-migranti jibagħtu lura f'pajjiżhom lejn investimenti produttivi.

C - Il-prevenzjoni tat-telf ta' l-aħjar imħuħ u l-mitigazzjoni ta' l-impatt negattiv fuq l-iżvilupp.

Għal ħafna pajjiżi tan-Nofsinhar, il-migrazzjonijiet huma sinonimi mat-tluq ta' ċittadini l-iktar kwalifikati jew l-iktar intraprenditorjali. Dan "it-telf ta' l-aħjar imħuħ" iċaħħad lill-Istati tan-Nofsinhar mid-dħul finanzjarju u jċaħħadhom milli japprofittaw mill-'profitt mill-investiment' li jkun sar fl-edukazzjoni ta' dawn il-persuni.

Imma dak li huwa iktar gravi hu li meta jintlaqtu professjonisti fis-setturi tas-saħħa jew ta' l-edukazzjoni, il-migrazzjoni tikkomprometti l-proviżżjoni u l-kwalità ta' serviżżi essenzjali fil-pajjiżi tan-Nofsinhar. Il-gravità tal-kriżi tas-sistemi tas-saħħa fl-Afrika titlob soluzzjoni urġenti u speċifika. Fin-Nofsinhar jeħtieġ li jitwettqu strateġiji biex "iħarrġu u jżommu".

Fit-Tramuntana jeħtieġ li jiġu adottati miżuri fil-qafas ta "kodiċi ta' kondotta tajba" Ewropej u nazzjonali, biex jiġi organizzat l-impjegar ta' ħaddiema min-Nofishar.

L-iskop prioritarju għandu jkun "iċ-ċirkulazzjoni" ta' l-imħuħ biex tpatti għall-effetti negattivi tat-"telf" tagħhom. L-iktar triq promettenti f'din id-direzzjoni tinsab fid-dispożizzjonijiet għal "karigi doppji" li għandhom jippermettu għar-riċerkaturi, l-għalliema u r-rappreżentati tal-korp mediku tan-Nofinhar li jiddedikaw nofs il-ħin tagħhom lil organizzazzjoni f'pajjiżhom.

D - L-adattament tal-politika għall-migrazzjoni għall-ħtiġijiet ta' l-iżvilupp

L-iskop hu li wieħed jinkuraġġixxi l-migrazzjonjiet ċirkulari jew "pendulari" li jagħtu l-iktar kontribuzzjoni sinifikkativa għall-iżvilupp tal-pajjiżi ospitanti jew tat-tluq.

III)   Ħidma dwar migrazzjonijiet min-Nofisnhar għan-Nofinhar.

A - It-tisħiħ tal-ħiliet fil-pajjiżi tan-Nofsinhar biex jimmaniġġjaw il-politika tagħhom għall-migrazzjoni.

Jeħtieġ li jiġi rikonoxxut id-dritt tal-pajjiżi tan-Nofsinhar li jmexxu politika awtonoma għall-migrazzjoni u li ma jisfawx l-istrument ta' politika għall-migrazzjopni dettata mit-Tramuntana, u jeħtieġ li l-ħiliet ta' dawn l-Istati f'dan il-qasam jiġu appoġġjati.

B - Appoġġ għall-inizjattivi ta' organizzazzjonijiet reġjonali

Fl-ispazju taċ-ċirkulazzjoni ħielsa uffiċċjali (tat-tip CEDEAO) huwa meħtieġ li wieħed iħallas biex jaqsam fruntiera internazzjonali. L'UA u l-organizzazzjonijiet reġjonali Afrikani jistgħu jkollhom rwol importanti fl-għoti ta' direzzjoni lill-migrazzjoni ekonomika fl-Afrika, permezz pereżempju ta' għadd ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali, flimkien ma' għażla ta' klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u man-normi ta' l-ILO.

C - It-tnedija ta' "mini Marshal Plans" reġjonali fiż-żoni prinċipali ta' emigrazzjoni fl-Afrika

Il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali tista' ssib effikaċità ġdida fi ħdan approċċ reġjonali integrat, iffukat fuq għadd ta' żoni kruċjali.

D - Azzjonijiet li jimmiraw lejn il-poli migratorji u ż-żoni ta' tranżitu tal-migranti.

Ikun utli li wieħed jidentifika l-"poli migratorji" li jfissru daqstant spażji fejn l-interventi huma possibbli. Il-poli migratorji jistgħu jiġu definiti bħala l-postijiet tal-konverġenza u tad-diverġenza tal-flussi ta' migranti volontarji. Dawn jistgħu jkunu nazzjonijiet (il-Gabon, in-Niġerja, il-Kosta ta' l-Avorju u l-Libja) jew bliet kbar (Dakar, Akkra, Cotonou, Doula, Nairobi...) li għandhom mezzi ta' trasport u ta' komunikazzjoni moderni, artijiet fejn jistgħu jospitaw, artijiet tat-tluq u ta' tranżitu li joħolqu "id-dehra" ta' rotta migratorja attiva ħafna (l-art fit-Tramuntana ta' Sahel).

Dawn l-azzjonijiet ikunu intiżi biex jgħinu lill-popolazzjoni tal-migranti l-iktar vulnerabbli (nisa, tfal weħedhom) biex jgħinuhom isiru awtonomi u jiksbu l-milja tagħhom mingħajr il-bżonn ewlieni tal-mobilità.

E - Il-kunsiderazzjoni li l-aħjar tittieħed: l-irwol speċifiku tan-nisa fil-migrazzjonijiet u fl-iżvilupp

Il-politiki għall-migrazzjoni ma jqisux, jew ftit iqisu, l-irwol speċifiku tan-nisa. Sadanittant, kważi nofs il-migranti internazzjonali (48.6%) huma nisa. Għadd ta' studji wrew ukoll li appoġġ li jingħata għal proġetti mmexxija minn nisa jagħti kontribut tajjeb ħafna għall-iżvilupp. Il-programmi jridu b'mod partikolari jappoġġjaw il-banek ta' l-irħula u l-gruppi femminili għat-tifdil li taw xhieda tajba tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp.

F - Investiment fl-edukazzjoni u fit-taħriġ

Il-Parlament ilu bosta snin jirrakkomanda li 20% tal-fondi għall-iżvilupp jiġu allokati għal skopijiet ta' edukazzjonu u ta' saħħa bażika. Ninsabu bogħod minn dan... L-istess, għall-pajjiżi ta' l-ACP, is-somma għall-edukazzjoni u s-saħħa fi ħdan il-FED (4.98% fl-2004) hija bogħod ħafna minn dan l-ammont ta' riferenza.

G - Il-promozzjoni ta' "xogħol deċenti"

Bħala protagonist fix-xena dinjija, l-UE għandha tkun wieħed mid-difensuri prinċipali ta' aġenda favur xogħol deċenti u pensjoni deċenti għal kulħadd. "Xogħol deċenti" għandu referenza doppja għall-migranti :

-     dik fit-Tramuntana, fejn il-pajjiżi sinjuri jmisshom joffri xogħol deċenti għal kulħadd,

-     dik fin-Nofsinhar, fejn sħubija għall-iżvilupp immirata fuq xogħol deċenti tkun tista' tippermetti interventi fuq il-migrazzjonijiet.

IV) Il-problema speċifika tar-refuġjati u n-nies "spustjati"

A - In-nies "spustjati" : vittmi minsija ta' kriżijiet minsija...

Fl-2005 fid-dinja hawn kważi 9.2 miljun refuġjat u 25 miljun ta' nies "spustjati fl-intern ta' pajjiżhom stess" minħabba gwerer u persekuzzjonijiet, u nofshom jinsabu fl-Afrika. Miljuni ta' ċittadini huma wkoll imtarrfin minn djarhom minħabba katakliżmi, bħalma huma n-nuqqas ta' xita u s-sitwazzjonijiet ta' kriżi minħabba deforestazzjoni u d-deżertifikazzjoni. Dan in-numru jista' jilħaq il-50 miljun minn hawn u ftit snin oħra.

Is-sistema attwali ta' protezzjoni għar-refuġjati ma tippermettix li tingħata għajnuna lil dawn il-popolazzjonijiet, hekk li qed toħloq ġerarkija intollerabbli tal-vittmi. Mingħajr il-mandat biex tagħmel dan, l-HCR qiegħda tgħin 5.6 miljuni ta' nies spustjati, minnbarra l-attività tagħha fost 9.2 miljun refuġjat.

L-UE jeħtieġ li ssosni l-attività tagħha u tisħaq fuq il-komunità internazzjonali sabiex tiċċara l-kunċetti ta' refuġjat politiku, ekonomiku u ambjentali u biex toffri lil kull waħda minn dawn il-kategoriji l-protezzjoni u l-għajnuna xierqa.

Jeħtieġ li tingħata lin-nies "spustjati" immedjatament u b'urgenza l-protezzjoni prevista mill-Konvenzjoni tal-1951 għar-refuġjati.

B - Appoġġ għal operazzjonijiet ta' ripatrijazzjoni u ta' rijallokazzjoni volontarja tar-refuġjati u tan-nies spustjati bi sħubija ma' l-HCR u mal-pajjiżi jew l-organizzazzjonijiet reġjonali kkonċernati.

V) Il-migrazzjonijiet, id-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem

Il-migranti huma l-ewwel vittmi ta' sitwazzjoni prekarja minħabba żewġ raġunijiet : l-inugwaljanza soċjali u d-diskriminizzazzjoni, l-inugwaljanzi bejn il-pajjiżi u d-dominazzjoni tan-Nofisnhar mit-Tramuntana.

A - Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti

Ebda Stat Ewropew għadu ma rratifika l-iktar strument komprensiv għad-drittijiet tal-ħaddiema migranti : il-Konvenzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti adottatata fit-18 ta' Diċembru mill-Assemblea Ġenerali tan-NU u li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2003. Dan għandhom jagħmluh mill-iktar fiss.

B - Attività favur l-integrazzjoni tal-migranti.

Ċifra waħda hija biżżejjed biex turi n-nuqqas ta' involviment ta' l-UE fil-kwistjoni ta' l-integrazzjoni : 15 miljun EURO ntefqu mill-1999 'l hawn fuq programmi għall-integrazzjoni ta' l-immigranti legali, jiġifieri 0.5 EURO għal kull immigrant...

L-objettiv jibqa' li tiġi implimentata ċittadinaza Ewropea miftuħa għall-extra-komunitarji ("ċittadinanza ċivili"). Sakemm dan iseħħ, tajjeb li "jitqarreb l-istatus" tal-barannin li jinsabu fl-Unjoni Ewropea ma' dak taċ-ċittadini ta' l-Istati Membri u li tingħatalhom l-akbar sigurtà legali.

C - Il-ġlieda kontra t-traffikar marbut mal-migrazzjonijiet

L-għeluq tal-fruntieri ħoloq ekonomija ta' traffiku klandestin li nbidel fi traffiku mafjuż ta' l-immigrazzjoni, tad-dokumenti foloz u tal-forniment ta' ħaddiema.

L-UE jeħtieġ li tagħmel prijorità mill-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin marbut mal-migrazzjonijiet. Fil-pjan ta' azzjoni tagħha l-Kummissjoni għandha tagħti importanza partikulari lill-persuni l-iktar vulnerabbli, b'mod partikolari lin-nisa u lill-minorenni, u tinsisti fuq il-kollaborazzjoni neċessarja mal-pajjiżi ta' oriġini u mal-pajjiżi ta' tranżitu;


OPINJONI tal-Kumitat GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN (8.5.2006)

f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar l-iżvilupp u l-immigrazzjoni

(2005/2244(INI))

'Rapporteur' għal opinjoni: Ioannis Kasoulides

PROPOSTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarjiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat risponsabbli, biex jinkludi fil-proposta għal riżoluzzjoni li se jadottaw is-suġġerimenti li ġejjin:

1.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Diċembru 2005 dwar "approċċ globali dwar il-kwistjoni tal-migrazzjoni" kif ukoll il-proposti reċenti tal-Kummissjoni dwar it-telf ta' l-aħjar imħuħ, dwar il-flus li jintbagħtu lejn il-pajjiżi ta' oriġini, dwar id-dijaspori, dwar il-migrazzjoni temporanja/ċirkulari, dwar id-drittijiet tas-sigurtà soċjali, dwar l-għoti ta' viża multipla, eċċ.;

2.  jinkuraġġixxi lill-pajjiżi minn fejn joriġinaw u l-pajjiżi tul ir-rotta (transit) biex jieħdu parti attiva fl-approċċ ġdid għal migrazzjoni u l-iżvilupp tiegħu;

3.  jenfasizza l-importanża tat-traferiment ta' fondi lejn il-pajjiżi ta' oriġini u jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu definiti l-metodi li jippermettu li dawn il-fondi jaslu iktar malajr, b'mod għad sigur u b'anqas spejjeż għal min jirċevihom, li għandu jikkontribwixxi wkoll biex jiffaċilita l-investiment produttiv fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

4.  Jagħraf l-importanza tad-dijaspori fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ta' oriġini, b'mod partikulari fil-qasam tal-migrazzjoni; jitlob li jkun hemm koperazzjoni iktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, anke fit-twettiq tal-proġetti ta' żvilupp komuni;

5.  Jifraħ bl-inizjattivi li għandhom l-iskop li jwaqqfu t-telf ta' l-aħjar imħuħ minn ċerti pajjiżi partikulari u f'setturi preċiżi, hekk li jevolvuhom f'migrazzjoni ċirkulari, u jitlob li jiġi inkoraġġut it-twaqqif ta' koperazzjoni reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ta' oriġini, pereżempju b'istituzzjonijiet u programmi bħall-AENEAS;

6.  jitlob li tkun rikonoxxuta l-importanza ta' l-irwol tan-nisa għall-immigrazzjoni u għall-iżvilupp tal-komunità ta' oriġini tagħhom u jinsisti li tkun ikkunsidrata l-ugwaljanza tas-sessi fil-programmi u l-proġetti kollha bbażati fuq l-iżvilupp u l-immigrazzjonijiet;

7.  jipproponi li l-kwistjoni tal-migrazzjoni tkun integrata fil-politiki barranin ta' l-Unjoni Ewropea, fuq l-eżempju tal-proċess ta' Barċellona;

8.  jirrikonoxxi l-bżonn ta' ftehimiet ta' koperazzjoni u tad-dħul mill-ġdid bejn l-UE u l-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu ta' l-emigranti, skond il-prinċipji universali tad-drittijiet tal-bniedem u ta' tmexxija tajba.

9.  jilqa' l-proposta tal-Kunsill li fl-2006 tiġi organizzata laqgħa ministerjali Euromed dwar l-immigrazzjoni; jappoġġja bl-istess mod il-laqgħa għolja Ewro-Afrikana dwar il-migrazzjonijiet, li għanda tinżamm f'Rabat f'Lulju 2006, bil-ħsieb li tiddiskuti l-migrazzjoni mill-pajjiżi tal-Magreb u dawk 'l isfel mis-Saħara lejn l-Ewropa;

10. jirrakkomanda li l-Kunsill jadotta miżuri xierqa bil-ħsieb li jiggarantixxi f'kull Stat Membru tisħiħ tal-koperazzjoni u tal-koordinazzjoni bejn is-servizzi kompetenti differenti fil-qasam ta' l-immigrazzjoni u ta' l-iżvilupp.

PROĊEDURA

Titolu

L-Iżvilupp u l-Migrazzjoni

Numru tal-proċedura

2005/2244(INI)

Kumitat responsabbli

DEVE

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.12.2005

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

'Rapporteur' għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Ioannis Kasoulides

25.1.2006

'Rapporteur' għal opinjoni mibdul

 

Eżami fil-kumitat

20.4.2006

2.5.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

3.5.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

-:

0:

42

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bastiaan Belder, André Brie, Elmar Brok, Simon Coveney, Ana Maria Gomes, Alfred Gomolka, Richard Howitt, Jana Hybášková, Anna Ibrisagic, Toomas Hendrik Ilves, Ioannis Kasoulides, Bogdan Klich, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Cecilia Malmström, Emilio Menéndez del Valle, Francisco José Millán Mon, Pasqualina Napoletano, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Baroness Nicholson of Winterbourne, Cem Özdemir, Justas Vincas Paleckis, Alojz Peterle, Tobias Pflüger, João de Deus Pinheiro, Mirosław Mariusz Piotrowski, Michel Rocard, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Emil Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Antonio Tajani, Charles Tannock, Paavo Väyrynen, Ari Vatanen, Karl von Wogau, Luis Yañez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Irena Belohorská, Árpád Duka-Zólyomi, Michl Ebner, Kinga Gál, Milan Horáček, Aloyzas Sakalas, Inger Segelström, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli f'lingwa waħda biss)

 


OPINJONI OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI (21.3.2006)

f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar l-iżvilupp u l-migrazzjoni

(2005/2244(INI))

'Rapporteur' għal opinjoni: Ona Juknevičienė

PROPOSTI

Il-Kumitat għall-impjiegi u l-affarjiet soċjali jistieden lill-kumitat għall-iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, jinkludi fil-proposta għal riżoluzzjoni li jadottaw is-suġġerimenti li ġejjin:

1.  huwa ta' l-opinjoni li politika ċara u tajba definita mill-immigrazzjoni ekonomika tista' twassal għal soluzzjoni parzjali għal żmien qasir għan-nuqqas ta' ħaddiema li jaffetwaw lis-swieq tax-xogħol ikkawżat mit-tibdiliet demografiċi li għaddejja minnhom il-popolazzjoni Ewropea; iqis li politika ugwali ma għandix tevita milli tieħu azzjoni u tuża bl-aħjar mod ir-riżerva ta' ħidma eżistenti fis-swieq nazzjonali tax-xogħol ( nazzjonali u immigrati diġà stabbiliti);

2.  Jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu proċedura ġusta u trasparenti li tiffaċilita għall-migranti l-aċċess għal xogħol li l-kundizzjonijiet ta' iġene u ta' sigurtà tiegħu, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' kif jiġu impjegati, joffrulhom garanzija sħiħa għad-dinjità tagħhom;

3.  Jenfasizza li l-migrazzjoni u l-integrazzjoni huma intimament marbutin ma' xulxin u li sabiex jiġi żgurat li migrazzjoni tirnexxi u li minnha jibbenefikaw il-partijiet kollha kkonċernati, l-istrateġiji għall-migrazzjoni jridu jkunu akkumpanjati minn strateġiji ħollistiċi u multidimensjonali;

4.  Jinnota li l-biċċa kbira tal-migranti - ikun liema jkun l-istatus uffiċjali tagħhom - jgħixu fl-ibliet u li l-ibliet jeħtieġ li jagħrfu l-isfidi u jesplojtaw il-vantaġġi li jiġu mill-migrazzjoniji, indipendentement mill-kompetenzi u r-riżorsi disponibbli; iqis li dan għandu jirrifletti ruħu fil-programmi kollha u fil-politiki kollha li jikkonċernaw il-migrazzjoni u l-iżvilupp, inklużi l-programmi bħal AENEAS u Europe Aid;

5.  Jagħraf li l-fenomenu tat-"telf ta' kapaċitajiet", li jwassal għall-ftaqir tar-riżorsi intellettwali, akkademiċi u professjonali ta' pajjiżi terzi minħabba l-migrazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea, għandu impatt negattiv fuq l-iżvilupp ġenerali ta' dawn il-pajjiżi billi jaħlilhom ir-riżorsi professjonali tagħhom; iqis madankollu li jaqbel li wieħed joqgħod attent għal aġenżiji bla skrupli li jirrekrutaw staff kwalifikat bi pretensjonijiet foloż; lqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ migrazzjoni ċirkulari fejn il-migranti jivvjaġġaw bir-rirtorn bejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom u l-pajjiż tad-destinazzjoni, u b'hekk il-pajjiż ta' oriġini tagħhom ikun jista' jibbenefika mit-tagħlim u mill-esperjenza li kisbu; jenfasizza li jaqbel li l-migrazzjoni ċirkulari tkun akkumpanjata minn miżuri ta' integrazzjoni favur il-migranti meta huma joħroġu jew jidħlu fil-pajjiż; jenfasizza l-irwol li għandu jkollha s-soċjetà ċivili, l-NGO's u l-imsieħba soċjali f'dan il-proċess; iqis li l-Istati Membri li jattiraw parti mill-migrazzjoni jridu wkoll jikkontribwixxu u jirrispondu għall-ħtiġijiet ta' pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni; iqis li hu essenzjali li jittieħdu miżuri biex jipprevjenu l-migrażżjoni ta' bil-fors u partikularment jipprevjenu, jikkontrollaw u jillimitaw it-traffikar tal-bnedmin;

6.  Jilqa' wkoll il-proposti tal-Kummissjoni sabiex tħejji djalogu dwar kwistjonijiet relatati mal-permessi ta' residenza u ta' xogħol, kif ukoll dwar it-tmexxija ta' programmi ta' mobilità tal-ħaddiema migranti li tgħaqqad il-kapaċitajiet ta' l-migranti u l-bżonnijiet tal-pajjiż li għadu qed jiżviluppaw;

7.  Jinnota li billi ċerti kwalifiki vokazzjonali u/jew akkademiċi tal-ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi terzi jew mhumiex rikonoxxuti jew huma rikonoxxuti b'diffikultà id-dħul ta' ħaddiema bħal dawn sabiex jidħlu fis-suq tax-xogħol ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea bl-istess kundizzjonijiet huwa aktar diffiċli; jikkunsidra l-fatt li l-migranti għandu jkollhom aċċess għall-programmi ta' taħriġ meta jkunu impjegati fl-Unjoni Ewropea sabiex jiżviluppaw il-kompetenza professjonali tagħhom;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tibda djalogu mingħajr dewmien mal-gvernijiet tal-pajjiżi ta' oriġini, sabiex jikseb leġiżlazzjoni bilanċjata, kif ukoll assistenza finanzjarja u teknika, li tagħmel il-migrazzjoni possibbli u tippermetti l-iżvilupp ta' l-esperjenza professjonali; bl-istess mod jitlobha, fil-kuntest ta' dan id-djalogu, issaħħaħ l-iżvilupp ta' miżuri speċifiċi speċjalment fis-setturi affettwati mit-telf ta' l-aħjar imħuħ (per eżempju: il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ), b'koperazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tifformula programmi speċifiċi għall-pajjiż, li jistgħu jġibu lura fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw il-kapital uman, finanzjarju, ekonomiku u soċjali sabiex jissaħħaħ l-iżvilupp demokratiku u r-rispett tal-valuri fundamentali;

9.  Jinnota li l-migranti jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-iżvilupp ta' pajjiżhom permezz ta' l-esperjenza li jkunu kisbu mix-xogħol u mill-istudju fl-Unjoni Ewropea, iżda għandu jkun rikonoxxut il-fatt li għandha tkun l-għażla libera tal-migranti dwar jekk iridux u b'liema mod jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' pajjiżhom;

10. Jikkunsidra li l-flus li jintbagħtu mill-migranti jikkostitwixxu dħul finanzjarju importanti ħafna għall-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppwa u jilqa' l-propsti tal-Kummissjoni li jiġu ssimplifikati u jitraħħsu t-trasferimenti u li jinfetħu opportunitajiet għall-migranti li jkunu jixtiequ jużaw parti mill-kontribuzzjonijiet tagħhom għal kull tip ta' investiment li jappoġġja l-iżvilupp f'pajjiżhom;

11. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni sabiex jiġu kkunsidrati l-miżuri dwar it-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u t-tħaddim ta' mekkaniżmi li jiffaċilitaw il-mobilità tar-riċerkaturi u professjonisti oħra sabiex ikunu jistgħu, meta jixtiequ, jirriturnaw lura lejn pajjiżhom u jerġgħu jintegraw b'suċċess;

12. Jistenna mingħand il-Kummissjoni li bl-adozzjoni tal-miżuri kontra t-traffikar organizzat tal-bnedmin li ġejjin minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, ma tikkriminalizzax lill-vittmi, imma tagħmel l-enfasi fuq il-penalizzazzjoni tal-ħatjin; jinnota li bosta nisa vittmi tat-traffikar tal-bnedmin m'għandhom ebda aċċess għal protezzjoni legali jew soċjali; jappella lill-Istati Membri biex jiggarantixxu lil dawn in-nisa l-possibiltà li tingħatalhom viża għal żmien twil;

13. Josserva li l-ħaddiema migranti qed jiġu sfruttati dejjem aktar u jistieden lill-Istati Membri biex jiggarantixxu l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet Ewropej u nazzjonali rigward l-impjiegi, u biex jipprovdu lill-ħaddiema migranti kollha l-protezzjoni legali u ċivili meħtieġa kontra l-abbuż u l-isfruttament;

14. Jenfasizza li r-riċerka u t-taħriġ li jkunu ħadu l-migranti li ġejjin mill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw mill-Unjoni Ewropea għandhom ikunu akkumpanjati minn kundizzjonijiet xierqa għal negozjanti żgħażagħ sabiex dawn ta' l-aħħar ikollhom motivazzjoni akbar li jinvestu f'pajjiżhom, bil-ħsieb li jiżguraw li t-trasferimenti tal-flus ikunu jistgħu jintużaw b'mod effettiv;

15. Jagħraf l-importanza ta' l-irwol ta' l-SME's fil-ħolqien ta' l-impjiegi u fl-iżvilupp; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa, b'kollaborazzjoni mal-Bank Ewropew ta' l-Investiment, programmi li jħeġġu lill-migranti biex jivestu aktar f'dan it-tip ta' intrapriża;

16. Jirrikonoxxi li huwa essenzjali li ż-żgħażagħ jiġu mħeġġa li jżommu xi forma ta' relazzjoni ma' pajjiżhom u li jrabbu spirtu ta' impenn lejn l-iżvilupp ta' dak il-pajjiż; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iwettqu għadd ta' programmi ta' skambji għaż-żagħżagħ fil-qasam tar-riċerka u biex jippromwovu rabtiet aktar mill-qrib fil-qasam tal-kultura u ta' l-edukazzjoni mal-pajjiżi terzi konċernati biex jiġu żviluppati sinerġiji bejn organizzazzjonijiet ta' l-edukazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea u dawk ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll biex jappoġġjaw il-miżuri għar-riintegrarazzjoni;

17. Jirrikonoxxi wkoll il-bżonn ta' reviżjoni, fid-dawl ta' l-iżviluppi riċenti, tal-miżuri ristrettivi li jipprevjenu l-moviment ħieles tal-ħaddiema migranti mill-Istati Membri ġodda bil-ħsieb li jsir użu aħjar mill-forza tax-xogħol eżistenti fl-Unjoni Ewropea;

18. jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi u ssaħħaħ, flimkien ma' l-Istati Membri, il-programmi ta' skambji ta' studenti u żgħażagħ gradwati minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex bi programmi bħal Erasmus, Erasmus-Mundus, Comenius, Socrates u Leonardo da Vinci, jilħqu l-objettivi tal-migrazzjoni temporanja, kif ukoll t-trasferiment ta' prattiki tajbin u ta' kompetenzi lill-pajjiż ta' oriġini;

19. jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-aspett soċjo-professjonali u mhux finanzjarju tal-kontribuzzjoni għall-iżvilupp, billi jgħinu lill-pajjiżi jiddefinixxu d-dijaspora tagħhom u jistabbilixxu rabtiet magħha filwaqt li jeżaminaw l-irwol taż-żgħażagħ u jiffavorixxu l-integrazzjoni u ċ-ċittadinanza tagħhom billi jġibu flimkien il-parteċipanti differenti fil-qasam tal-migrazzjoni ekonomika, bħalma huma l-oganizzazzjonijiet li m'humiex statali u l-imsieħba soċjali tal-pajjiżi ta' oriġini u tal-pajjiżi ospitanti;

NOTA SPJEGATTIVA

L-Unjoni Ewropea qed taffaċċja sfidi kbar, fosthom l-isfida importanti tal-bidliet demografiċi. Minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-Unjoni Ewropea fil-futur qrib mhijiex se tkun kapaċi tissodisfa t-talbiet tas-suq tax-xogħol tagħha. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu żviluppati strateġiji u politiki ċari u definiti sewwa sabiex jipprevjenu jew għall-inqas jillimitaw il-konsegwenzi negattivi ekonomiċi u soċjali ta' dan il-fenomenu.

Wieħed mill-metodi possibbli li jwieġeb għat-talbiet tas-suq tax-xogħol ta' l-Unjoni Ewropea hija l-migrazzjoni ekonomika, li tkopri migrazzjoni mill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw lejn l-UE. Għalkemm il-politika ta' migrazzjoni minn dejjem kienet kompitu ta' l-Istati Membri, wasal iż-żmien li nwieġbu għall-isfidi li naffaċjaw fuq livell Ewropew.

Minkejja dan, hemm bżonn li wieħed jinnota li l-migrazzjoni ekonomika ma tistax tkun ħlief soluzzjoni proviżorja u li minnha għandhom japprofittaw mhux biss l-Unjoni Ewropea iżda wkoll il-pajjiżi ta' oriġini tal-miġranti.

Għalhekk, sabiex jitnaqqsu l-effetti negattivi mit-telf ta' l-aħjar imħuħ fil-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti u sabiex jiġu mgħejjuna dawk il-pajjiżi biex b'mod effettiv jużaw numru ta' benefiċċji konsiderevoli li rċevew mingħand il-migranti li marru lura, l-UE għandha tinkoraġġixxi diversi miżuri, fosthom il-migrazzjoni ċirkulari, rabtiet aktar mill-qrib mad-dijaspora, il-promozzjoni ta' programmi ta' skambji kulturali u edukattivi għaż-żgħażagħ.

PROĊEDURA

Titolu

L-iżvilupp u l-migrazzjoni

Numru tal-proċedura

2005/2244(INI)

Kumitat responsabbli

DEVE

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL
15.12.2005

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

'Rapporteur' għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Ona Juknevičienė
14.9.2005

'Rapporteur' għal opinjoni mibdul

 

Eżami fil-kumitat

22.2.2006

20.3.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

21.3.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

18

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Roselyne Bachelot-Narquin, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Proinsias De Rossa, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Joel Hasse Ferreira, Roger Helmer, Stephen Hughes, Ona Juknevičienė, Jan Jerzy Kułakowski, Jean Lambert, Raymond Langendries, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Mario Mantovani, Ana Mato Adrover, Maria Matsouka, Ria Oomen-Ruijten, Csaba Őry, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Jacek Protasiewicz, Kathy Sinnott, Jean Spautz, Anne Van Lancker et Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Mihael Brejc, Françoise Castex, Dimitrios Papadimoulis, Lasse Lehtinen, Leopold Józef Rutowicz, Elisabeth Schroedter, Georgios Toussas et Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli f'lingwa waħda biss)

...


OPINJONI Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Il-Ġustizzja u l-Intern (4.5.2006)

f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar l-iżvilupp u l-migrazzjoni

(2005/2244(INI))

'Rapporteur' għal opinjoni: Edit Bauer

PROPOSTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, jinkludi fil-proposta għal riżoluzzjoni s-suġġerimenti li ġejjin:

A. billi l-integrazzjoni tal-migranti hija proċess bilaterali bbażat fuq ir-reċiproċità tad-drittijiet u ta' l-obligazzjonijiet tal-migranti legali u tas-soċjetà li qed tilqagħhom, li għandha l-għan li tiżgura li l-immigranti jkunu kapaċi jipparteċipaw f'din is-soċjetà,

1.  Jikkunsidra li d-dħul ta' migranti ekonomiċi jista' jkun ta' benefiċċju għall-partijiet kollha kkonċernati;

2.  Jikkunsidra li l-politika Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp għandha l-ewwelnett tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' solidarjetà mal-pajjiżi terzi u ta' żvilupp konġunt bil-għan li jiġu affrontati l-kawżi profondi tal-migrazzjoni, u b'mod partikulari sabiex jinqered il-faqar;

3.  Jilqa' kull miżura oħra adottata bil-għan li ttejjeb il-politika dwar il-migrazzjoni u jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ globali b'viżjoni preċiża ta' l-azzjonijiet l-aktar importanti li għandhom jittieħdu fil-qasam tal-politika dwar il-migrazzjoni, aktar milli jiġu appoġġjati miżuri frammentati għall-iżvilupp ta' din il-politika;

4.  Jitlob lill-Istati Membri biex jimplimentaw politika ġenwina biex jilqgħu l-migranti bbażata fuq ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi internazzjonali;

5.  Jitlob lill-Kumissjoni u lill-Istati Membri biex jipproponu inizjattivi konkreti biex jiġi żviluppat aċċess għall-proċeduri għall-immigrazzjoni legali biex hekk jikkumbattu s-suq ta' xogħol illegali u l-esplojtazzjoni li jaqgħu vittmi tagħhom il-ħaddiema migranti;

6.  Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tintegra t-tmexxija konġunta tal-flussi migratorji b'mod aktar effettiv fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u li l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni għandhom jirriflettu l-impenn taż-żewġ partijiet sabiex jassumu l-obbligazzjonijiet tagħhom fil-kontroll tal-fruntieri u fit-tmexxija tal-flussi migratorji; jinsisti madanakollu, fuq il-fatt li dan għandu jsir fuq bażi ta' sħubija u li l-Unjoni Ewropea ma għandha fl-ebda ċirkustanza testernalizza t-tmexxija tal-fruntieri tagħha ma' pajjiżi terzi; josserva barra minn hekk li l-immaniġġjar tal-flussi migratorji m'għandux ikun prirekwiżit għal kull ftehim ta' assoċċjazzjoni;

7.  Jenfasizza l-effett pożittiv ta' l-involviment attiv tal-migranti fl-iżvilupp tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom fuq l-integrazzjoni tagħhom fil-pajjiż ta' residenza; huwa konvint li approċċ ta' sħubija bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ta' oriġini għandu jintegra l-politika migratorja; għalhekk jinkoraġġixxi lill-migranti jżommu u jiżviluppaw ir-rabtiet mal-pajjiżi ta' oriġini tagħhom;

8.  Jenfasizza l-bżonn ta' integrazzjoni effekaċi tal-migranti; madanakollu huwa konvint li huwa importanti li tkun rikonoxxuta l-"identità" doppja tal-migranti; jitlob f'dan il-qasam lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jevitaw in-nasba ta' assimilazzjoni sfurzata; jikkunsidra fi kliem ieħor, li l-migranti għandhom ikunu f'pużizzjoni li jipparteċipaw fil-ħajja ekonomika, soċjali, kulturali u ċivili tal-pajjiż li qed jilqagħhom u barra minn hekk, għandhom jirrispettaw ir-regoli u l-valuri fundamentali tas-soċjetà li qed tilqagħhom u jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess ta' integrazzjoni, mingħajr ma jkollhom għalfejn jitilfu l-identità tagħhom.

9.  Jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jkun massimizzat l-impatt, f'termini ta' żvilupp, tal-migrazzjoni li tirritorna u tal-migrazzjoni ċirkulari; huwa favur l-idea li jeżamina l-miżuri possibbli sabiex jiġi simplifikat ir-ritorn ta' ex-migranti fil-pajjiż li kien jilqagħhom, u anke li jipprovdi mekkaniżmi u mezzi li jagħmluha possibbli għal migranti li jiċċaqilqu b'mod relattivament faċli bejn il-pajjiżi ta' oriġini u l-pajjiżi fejn iridu jmorru;

10. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi inizjattivi li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u tistabbilixxi standards minimi rigward l-istabbiliment ta' sistema Ewropea ta' ekwivalenzi ta' diplomi barranin;

11. Jagħraf kemm huwa importanti li jiġi talanqas garantit livell minimu ta' drittijiet komuni għaċ-ċittadini kollha ta' pajjiżi terzi li jinsabu fit-territorji kollha ta' l-Unjoni Ewropea; jifraħ sadanittant bil-proġetti kollha maħsuba biex jinħoloq pedament għall-immigranti kollha li jidħlu fis-swieq tax-xogħol ta' l-Unjoni;

12. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw il-possibiltà li jintroduċu programmi ta' migrazzjoni temporanji ppreparati bir-reqqa bħala mezz ta' kif jiġu indirizzati l-bżonnijiet ekonomiċi kemm tal-pajjizi ta' oriġini u kemm tal-pajjiżi li qed jilqgħu lill-migranti;

13. Jifraħ bil-proġett sabiex tinħoloq proċedura ġusta u trasparenti biex jidħlu l-ħaddiema staġunali u biex jingħatawlhom id-drittijiet tagħhom; huwa konvint li wieħed għandu jagħti l-akbar attenzjoni li tixirqilhom lill-ħaddiema migranti xi ftit kwalifikati u dawk anqas kwalifikati; iqis li hu importanti li tingħata protezzjoni lil din il-kategorija ta' ħaddiema li huma partikolarment vulnerabbli, vittmi tad-diskriminazzjoni u ta' l-isfruttament;

14. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistħarrġu l-miżuri li jistgħu jieħdu biex jassiguraw it-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni u tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali tal-migranti li jerġgħu lura fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

15. Jiffavorixxi l-idea li jiġu eżaminati miżuri possibbli li jagħmlu t-trasferimenti ta' flus irħas, iktar mgħaġġla u iktar siguri; jenfasizza minkejja dan, li l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus hija ta' importanza kbira u li hemm bżonn li tiġi evitata kull possibilità li jingħata xi appoġġ lill-organizzazzjonijiet terroristiċi;

16. jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-miżuri dwar it-trasferimenti tal-flus, sabiex ikunu konformi mal-proposta għal Regolament dwar informazzjoni relatata mal-pagatur li takkumpanja t-trasferimenti tal-flus; jiġbed l-attenzjoni li t-trasferimenti ta' flus uffiċjali u reġistrati huma preferuti minn flussi informali minħabba li jnaqqsu r-riskju li migranti u riċevituri jkunu esplojtjati minn ħasil ta' flus illegali;

17. Jilqa' l-pjan li jiġi żviluppat approċċ komprensiv u koerenti għal reklutaġġ etiku ta' staff f'setturi partikolarment vulnerabbli għat-telf ta' l-aħjar imħuħ.

PROĊEDURA

Titolu

L-Iżvilupp u l-Migrazzjoni

Numru tal-proċedura

2005/2244(INI)

Kumitat responsabbli

DEVE

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE
15.12.2005

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

'Rapporteur' għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Edit Bauer
4.10.2005

'Rapporteur' għal opinjoni mibdul

 

Eżami fil-kumitat

20.3.2006

4.5.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

4.5.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Johannes Blokland, Mario Borghezio, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Fausto Correia, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Elly de Groen-Kouwenhoven, Ewa Klamt, Ole Krarup, Barbara Kudrycka, Henrik Lax, Jaime Mayor Oreja, Claude Moraes, Hartmut Nassauer, Martine Roure, Inger Segelström, Ioannis Varvitsiotis, Stefano Zappalà, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Panayiotis Demetriou, Genowefa Grabowska, Luis Herrero-Tejedor, Sophia in 't Veld, Herbert Reul, Rainer Wieland

Sostituti (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli f'lingwa waħda biss)

...


OPINJONI Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (5.5.2006)

f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar l-iżvilupp u l-migrazzjoni

(2005/224(INI))

'Rapporteur' għal opinjoni: Feleknas Uca

PROPOSTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, jinkludi fil-proposta għal riżoluzzjoni s-suġġerimenti li ġejjin:

-    wara li kkunsidra l-istħarriġ dinji tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-2004 dwar l-irwol tan-nisa fl-Iżvilupp: In-nisa u l-Migrazzjoni Internazzjonali,

-    wara li kkunsidra r-regolament (KE) nru 2836/98 tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-koperazzjoni għall-iżvilupp,

-    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni nru 151 ta' l-ILO dwar il-ħaddiema migranti,

A. billi n-nisa jirrappreżentaw 51% ta' l-immigranti fid-dinja żviluppata u 46% fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw(1)

B.  billi l-migrazzjoni tista' tagħti ċ-ċans lin-nisa li jtejbu ħajjithom, li jżidu l-awtonomija tagħhom, li jgħinu li min huwa mwarrab u li jeħilsu minn relazzjonijiet soċjali oppressivi,

C. billi, madankollu, in-nisa huma spiss imġiegħla jemigraw minħabba żwieġ sfurzat, faqar, kunflitti armati, eċċ.,

D. billi n-nisa migranti huma aktar esposti għall-isfruttament sesswali, għad-diskriminazzjoni, għall-isfruttament fuq il-post tax-xogħol u għat-telf ta' l-aħjar imħuħ, għall-vjolenza u għar-riskji sanitarji, għall-iżolament soċjali u għall-ittraffikar tal-bnedmin,

E.  billi bħalissa numru sostanzjali ta' migranti bla dokumenti jgħixu fl-UE, fatt li jżid ir-riskju ta' sfruttament fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll ir-riskju ta' sfruttament sesswali u ta' vjolenza sesswali għal dawk li huma esposti għal dawn il-perikli;

F. Jistieden lill-Istati Membri isaħħu l-mezzi li permezz tagħhom il-ħaddiema migranti nisa jiksbu l-emanċipazzjoni soċjopolitika, ekonomika u psikoloġika tagħhom, speċjalment rigward il-familji tagħhom u jiksbu t-tagħrif meħtieġ għall-integrazzjoni b'suċċess fil-pajjiż ospitu u li permezz tagħhom, id-drittijiet, il-pużizzjoni u l-irwol tal-ħaddiema migranti nisa huma assigurati, filwaqt li jissaħħaħ l-irwol ta' l-NGOs li jaħdmu fuq il-kwistjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll il-ħidma tan-netwerks tal-migranti nisa;

1.  Jitlob lill-Istati Membri biex, ġaladarba tkun ġiet aċċettata rijunifazzjoni familjari, jiggarantixxu li jagħtu l-istatus ta' awtonomija u permess biex wieħed jaħdem lis-sieħeb u lit-tfal ta' min jikseb l-istatus uffiċjali prinċipali, biex hekk jiġu garantiti u mħarsa bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom u biex titħaffef l-integrazzjoni soċjali tagħhom;

2.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki u programmi li jikkunsidraw oqsma ta' l-ugwaljanza tas-sessi sabiex itejbulhom il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, speċjalment l-iġene u s-sikurezza u s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tan-nisa migranti, u jiggarantulhom aċċess aħjar għall-edukazzjoni, għas-servizzi soċjali u tas-saħħa, għat-taħriġ fil-lingwi u għat-taħriġ vokazzjonali u sabiex jinvolvu organizzazzjonijiet ta' nisa migranti fil-formulazzjoni, implimentazzjoni u evalwazzjoni ta' politiki bħal dawn;

3.  Jappella lill-Istati Membri u lill-Unjoni Ewropea jieħdu l-miżuri kontra l-fenomenu ta' ħela ta' l-aħjar imħuħ (brain waste), bħar-rikonoxximent tad-diplomi;

4.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-prinċipju kontra d-diskriminazzjoni huwa applikat f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess u l-parteċipazzjoni tan-nisa migranti fis-suq tax-xogħol tal-Komunità u li jiggarantixxu li d-drittijiet bażiċi soċjali u ekonomiċi, inkluż id-dritt ta' ħlas indaqs huma rispettati;

5.  Jinsisti b'mod partikolari fuq il-bżonn li jkun permess li nisa migranti irregolari ikollhom aċċess għall-kura tas-saħħa u għall-assistenza legali u psikoloġika, partikolarment permezz ta' l-NGOs li jaħdmu għall-ugwaljanza bejn is-sessi u permezz tan-netwerks tan-nisa migranti;

6.  Jistieden lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lit-tfal tan-nisa migranti billi jiżguraw li dawn qed jibbenefikaw minn livell għoli ta' protezzjoni u aċċess eħfef għall-kura tas-saħħa u għall-edukazzjoni;

7.   Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa favur ir-regolamentazzjoni tal-flussi migratorji u r-rikonoxximent tad-diplomi, partikolarment bil-ħsieb li jagħmilha possibbli kemm għall-migranti ħaddiema nisa u kemm irġiel li jagħtu lill-pajjiżi ta' oriġini l-benefiċċji tal-kompetenzi u l-kwalifiki li jkunu kisbu;

8.  jistieden lill-Kummisjoni biex jibda djalogu mal-pajjiżi ta' oriġini u biex jitlobhom biex jipprojbixxu l-użanzi li jmorru kontra d-drittijiet tal-bniedem bħalma huma il-mutilazzjonijiet ġenitali tan-nisa, iż-żwieġ bil-fors, il-poligamija u d-divorżju mingħajr kunsens reċiproku;

9.  Jinsisti b'mod partikolari fuq il-bżonn li jittejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ tan-nisa fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom u li tiġi faċilitata l-migrazzjoni ċirkulari sabiex jitnaqqsu l-konsegwenzi negattivi tal-fenomenu "telf ta' l-aħjar imħuħ" u jkun appoġġjat l-iżvilupp tal-pajjiżi ta' l-oriġini;

10. Jiddeplora n-nuqqas ta' għarfien tar-rabtiet li jeżistu bejn l-iskjavitừ u l-migrazzjoni; jinnota li bosta nisa vittmi ta' l-iskjavitừ m'għandhom ebda aċċess għal protezzjoni legali jew soċjali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkonċentraw fuq strateġiji biex jikkumbattu l-iskjavitù u li jirrigwardaw il-privenzjoni u l-protezzjoni tal-vittmi; jappella lill-Istati Membri biex jagħtu lil dawn in-nisa viża għal żmien twil;

11. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva ta' l- infieq u tal-programmi ta' għajnuna għall-iżvilupp f'pajjiżi terzi, kif ukoll tagħmel bilanċ tar-riżultati li jinkisbu minn dan bil-fehma li jkun hemm titjib tal-qagħda tal-mara fil-pajjiżi minn fejn joriġinaw il-migranti;

12. Jistieden lill-Istati Membri biex b'mod partikulari jeżaminaw aktar l-impatt li l-ispostamenti li jirriżultaw minn kunflitti jistgħu jkollhom fuq is-sitwazzjoni soċjali, fiżika u psikoloġika tal-migranti nisa, li minħabba l-prekarjità tal-qagħda tagħhom, huma l-aktar suxxettibbli li jisfaw vittmi tal-vjolenza;

13. Jitlob lill-Istati Membri u lill-Unjoni Ewropea biex jiggarantixxu li n-nisa vittmi tal-vjolenza jiġu infurmati sewwa bid-drittijiet tagħhom, li jkollhom aċċess tabilħaqq għall-għajnuna legali u li jkunu jistgħu jitolbu status uffiċjali indipendenti u li jiksbu permess ta' residenza u biex jaħdmu,

14. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, bl-intervent ta' rappreżentanti u ambaxxati lokali, biex jinfurmaw lin-nisa li jixtiequ jemigraw lejn UE dwar il-kundizzjonijiet marbutin ma' l-immigrazzjoni legali, id-drittijiet u l-obbligi li jkollhom u l-prinċipji u l-valuri fundamentali li fuqhom huma msejsa s-soċjetajiet Ewropej;

15. Jitlob sabiex jiġu mfakkra l-migranti li jmutu waqt li jkunu qed jippruvaw jilħqu x-xtut ta' l-Unjoni Ewropea, bħal fil-każ ta' kważi elef u ħames mitt migrant li ġejjin mill-pajjiżi 'l isfel mis-Sahara, fosthom nisa u tfal li ntilfu fil-baħar ħdejn il-gzejjer Kanari f'perjodu ta' 45 jum; jisħaq għal darb'oħra li l-Kummissjoni għandha tiddefinixxi u tiżviluppa strateġija li tappoġġja dawk iz-zoni ta' l-Unjoni Ewropea li jaffaċċjaw l-akbar pressjoni migratorja u li l-akbar bżonnijiet tagħhom huma meta jkunu jridu jipprovdu reazzjoni immedjata għal dan il-fenomenu;

16. Jistieden lill-Istati Membri biex fl-istess ħin jiżviluppaw politiki u programmi speċifiċi ta' żvilupp maħsuba biex jiggarantixxu l-forniment ta' assistenza medika, soċjali u psikoloġika għan-nisa li jisfaw imċaqalqa minħabba kunflitti, u nies oħra migranti li jbagħtu konsegwenzi mentali, fiżiċi u soċjali bħala refuġjati;

17. Jinsisti fuq l-importanza ta' skambji ta' metodi ta' prattika tajba, kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari ma' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

18. Jiddeplora li l-Kummissjoni ma' tatx kas ta' kwistjonijiet ta' differenza ta' sess fil-komunikazzjoni tagħha, "Il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp: orjentazzjonijiet konkreti" jipproponi li jinħoloq grupp ta' ħidma interistituzzjonali ta' livell għoli inkarigat biex jissorvelja l-iżvilupp tal-politika Komunitarja għall-immigrazzjoni mill-aspett tad-differenza ta' sess, u biex jimplimenta mezzi ta' evalwazzjoni ta' l-impatt marbut mad-differenza ta' sess qabel ma jiġu adottati miżuri fil-qasam tal-politika għall-immigrazzjoni;

19. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw linji gwida kif ukoll objettivi u indikaturi Ewropej konkreti u mmirati lejn l-aspett tad-differenza ta' sess fil-qasam tal-politika għall-immigrazjoni, u l-evalwazzjoni regolari tal-politiki mill-aspett ta' differenza ta' sess.

20. Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu qafas legali li jiggarantixxi lin-nisa migranti d-dritt li jkollhom passaport u permess ta' residenza individwali u li jippermetti li jiġi meqjus kriminalment risponsabbli kulmin jikkonfiska dawn id-dokumenti;

21. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintensifikaw id-djalogu mal-pajjiżi ta' oriġini tan-nisa migranti bl-iskop li jippromwovu r-rispett tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll il-ġlieda kontra l-faqar u d-dipendenza ekonomika tan-nisa;

22.  Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tinkoraġġixxi l-sforzi sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Millenju għall-iżvilupp fl-oqsma tat-tnaqqis tal-faqar, l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi billi ssir enfasi partikolari fuq l-edukazzjoni tan-nisa, it-titjib tas-saħħa materna u l-aċċess tan-nisa għall-ħajja politika.

PROĊEDURA

Titolu

L-Iżvilupp u l-Migrazzjoni

 

Numru tal-proċedura

(2005/2244(INI))

Kumitat responsabbli

DEVE

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM
15.12.2005.

'Rapporteur' għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Feleknas Uca
28.11.2005

Eżami fil-kumitat

21.3.2006

25.4.2006

3.5.2006

 

 

Data ta' l-adozzjoni

3.5.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

4

01

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Hiltrud Breyer, Maria Carlshamre, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Lissy Gröner, Zita Gurmai, María Esther Herranz García, Piia-Noora Kauppi, Urszula Krupa, Pia Elda Locatelli, Astrid Lulling, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Marie-Line Reynaud, Teresa Riera Madurell, Amalia Sartori, Eva-Britt Svensson, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Katerina Batzeli, Iratxe García Pérez, Mary Honeyball, Christa Klaß, Heide Rühle, Feleknas Uca, Marta Vincenzi

(1)

ILO: Preventing discrimination, exploitation and abuse of women migrant workers: an information guide – booklet 1: why the focus on women international workers, Ġinevra, 2003, OIT, p. 9.


PROĊEDURA

Titolu

L-Iżvilupp u l-Migrazzjoni

Numru tal-proċedura

2005/2244(INI)

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir ta' l-awtorizzazzjoni fis-seduta plenarja

DEVE
15.12.2005

Kumitat mitlub għal opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET
15.12.2005

EMPL
15.12.2005

CULT
15.12.2005

LIBE
15.12.2005

FEMM
15.12.2005

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

CULT
23.1.2006

 

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur
  Data tal-ħatra

Marie-Arlette Carlotti
5.10.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Eżami fil-kumitat

21.3.2006

24.4.2006

30.5.2006

 

 

Data ta' l-adozzjoni

30.5.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Margrietus van den Berg, Danutė Budreikaitė, Marie-Arlette Carlotti, Thierry Cornillet, Hélène Goudin, Michael Gahler, Gay Mitchell, Glenys Kinnock, Luisa Morgantini, José Javier Pomés Ruiz, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Feleknas Uca, Mauro Zani, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Milan Gaľa, Ana Maria Gomes, Alain Hutchinson, Linda McAvan, Manolis Mavrommatis, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Zbigniew Zaleski, Gabriele Zimmer

Sostituti (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

David Martin, Martine Roure, María Isabel Salinas García

Data tat-tressiq

14.6.2006

Kummenti (informazzjoni disponibbli f'lingwa waħda biss)

 

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Lulju 2006Avviż legali